B'effett minn meta ġew iffirmati l-kuntratti mal-kumpaniji, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, sal-lum, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienu l-pagamenti li ngħataw lil dawn il-kumpaniji, sena b'sena? Jista' jinkludi wkoll f'dawn l-ammonti kull pagamenti li ngħataw, anke dawk li ma kenux skont il-kuntratt? Jista' jgħid kemm ġew miżmuma minn dawn l-ammonti għal nuqqasijiet ta' dawn il-kumpaniji, sena b' sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 6980.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5398 u jgħid liema huma l-proġetti f’Għawdex li applika għalihom il-Ministeru għal Għawdex u li ma ġewx aċċettati biex isiru permezz tal-'Operational Programme I - European Structural and Investment Funds 2014-2020' “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont globali fi flus li ħa l-Ministeru għal Għawdex minn dan il-programm matul is-snin 2014 u 2020?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġetti li ma ġewx aċċettati biex isiru permezz tal-Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”, huma Promoting the Water Heritage of Gozo u Upgrading of Taċ-Ċawla Housing Estate.
L-ammont globali fi flus li ħa l-Ministeru għal Għawdex minn dan il-programm matul is-snin 2014 u 2020 huwa ta’ €7,708,688.
Ministeru għal Għawdex – tender għas-servizz ta’ sigurtà
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar it-tender li nħareġ reċentement għas-servizz ta' sigurtà mill-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jgħid għaliex reġa’ ħareġ mill-ġdid? Jista' jgħid ukoll kemm hu stmat dan il-kuntratt u għal kemm-il sena hu dan it-tender u jelenka s-servizzi kollha li se jkunu qed jingħataw u fejn se jingħataw?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5399 u ċjoè: B 'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3681 u b’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1672, li ngħatat fil-21 ta' Ġunju 2022, rigward kemm fl-aħħar żewġ leġiżlaturi (2013–2022) saru toroq jew partijiet minn toroq f’Għawdex li ngħataw il-base course biss u sal-lum għadhom ma ngħatawx il-wiċċ finali, fejn ġie mwieġeb li “ix-xogħol fuq il-maġġor parti tagħhom għadu għaddej”, jista’ l-Ministru jgħid f'kull triq li ssemmiet fit-tweġiba meta nbeda x-xogħol fuqha, kemm tħallsu flus sa issa fuq kull triq, liema xogħlijiet għad fadal isiru, fiex jikkonsistu, u meta se jingħata l-wearing course? Jista' jgħid ukoll jekk baqax kontijiet pendenti u jekk iva, fiex jikkonsistu u kemm jammontaw dawn il-kontijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1672 u 3681.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb (xahar u sena) biex terġa’ toħroġ is-sejħa 'FOR THE HIRE OF ONE ROPAX VESSEL UNDER A TIME CHARTER AGREEMENT' (BIMCO ROPAXTIME)' biex jinkera r-raba’ vapur għall-Gozo Channel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Enemalta – talbiet għal bozoz pubbliċi ġodda mill-Ministeru għal Għawdex
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5718, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm-il talba għal bozoz pubbliċi ġodda rċeviet l-Enemalta mill-Ministeru għal Għawdex biss mill-bidu tal-2019 sal-lum? Tista’ tgħid kemm minn dawn ġew approvati u kemm ġew rifjutati? Tista’ tgħid fejn huma l-bozoz li ġew approvati u kemm minnhom bdew jiffunzjonaw u kemm minnhom le?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li mill-2019 sal-24 ta’ Frar 2023, l-Enemalta installat 302 bozza filwaqt li 6 applikazzjonijiet oħra għadhom pendenti kif murija fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-istatistika li għandha l-Enemalta tinkorpora t-talbiet tal-Ministeru għal Għawdex u tal-Kunsilli Lokali flimkien.
Għawdex – Wied il-Lunzjata u widien oħrajn – ilma ġieri
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'passi qed jittieħdu biex l-ilma ġieri ta' Wied il-Lunzjata u widien oħrajn fil-qrib f'Għawdex ma jibqax jintilef fil-baħar, imma jiġi salvat u utilizzat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li Project Green bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru ta’ Għawdex għaddejja bi preparamenti għal interventi f’Wied tal-Grixti, liema wied jagħmel parti mill-catchment area ta’ Wied il-Lunzjata.
Fost l-oħrajn dawn l-interventi se jinvolvu xogħol ta’ tindif ġenerali, tħammil, tneħħija ta’ speċi aljeni u invażivi, tħawwil ta’ siġar u arbuxelli addattati, u restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ.
Dawn l-interventi huma ko-finanzjati taħt il-proġett LIFE Integrated Project u bil-għan li jirriabilitaw il-wied, b’mod li jżidu fiż-żamma tal-ilma ġieri u jħarsu l-bijodiversità.
Ministeru għal Għawdex — proġetti ambjentali u infrastrutturali
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5672, jista' l-Ministru jgħid xi proġetti ambjentali saru mill-Ministeru għal Għawdex matul is-sena 2022 f’Kemmuna u kemm ġew jiswew? Jista' jgħid ukoll xi proġetti ambjentali u infrastrutturali hemm ippjanati li jsiru f’Kemmuna matul is-sena 2023 mill-Ministeru tiegħu u fiex jikkonsistu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'iniex infurmat li saru proġetti f’Kemmuna fl-2022 u mhux ser isiru ebda żviluppi din is-sena.
Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati – Marixxalli stazzjonati fil-Qorti ta’ Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-14-il Marixxall li hemm impjegati mal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati huma stazzjonati b'mod permanenti fil-Qorti ta' Għawdex? Jista' jgħid mill-1 ta' Jannar 2023 sal-lum kemm-il ġurnata kien hemm Marixxall fil-Qorti ta' Għawdex u għal kull ġurnata li kien hemm Marixxall, għal kemm-il siegħa kien preżenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati hija waħda, u għalhekk tieħu ħsieb kemm il-Qrati ta’ Malta kif ukoll dawk ta’ Għawdex. Kif diġà infurmajt lil din il-Kamra fit-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari 1501, 1671 u 5887, l-Aġenzija għandha biżżejjed Marixxalli biex ikopru dawn id-dmirijiet. In-notifiki qed isiru b’mod iktar effiċjenti, irrispettivament mill-ammont ta’ Marixxalli stazzjonati b’mod permanenti fil-Qorti ta’ Għawdex u mis-sigħat li kienu preżenti fil-Qorti ta’ Għawdex.
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema fil-Carpentry Section
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex li qed jaħdmu fil-Carpentry Section? Jista’ jgħid kull ħaddiem kemm ilu jaħdem f'din is-sezzjoni? Jista’ jgħid ukoll xi grad hu kull ħaddiem u kemm hemm minnhom tal-iskema u/jew bil-kuntratt?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tabella t'hawn taħt li turi l-gradi tal-ħaddiema kollha.
1
Principal Technical Officer
1
Technical Officer
2
Principals
3
Senior Foreman
6
Foreman
16
Tradesman
1
Supervisor
1
Driver
Port tal-Imġarr Għawdex – proġett għal triq ġdida bejn il-Port u Triq il-Madonna ta’ Lourdes
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22730 tat-XIII-il Leġiżlatura dwar il-proġett propost fil-Baġit 2019 għal triq ġdida bejn il-Port tal-Imġarr, Għawdex u Triq il-Madonna ta' Lourdes f'Għajnsielem (triq alternattiva għall-Port tal-Imġarr), fejn kien ġie mwieġeb li “qabel ma tittieħed deċiżjoni fuq dan il-proġett, il-Ministeru hu tal-fehma li ssir konsultazzjoni pubblika mill-GRDA sabiex jiġu wkoll diskussi l-effetti ambjentali li tali proġett jista’ jikkawża”, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx, fiex waslu u meta bdew il-konsultazzjonijiet pubbliċi mill-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta' Għawdex (GRDA) sabiex jiġu diskussi l-effetti ambjentali ta' dan l-imsemmi proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ġiet diskussa fil-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet ta' Għawdex tal-Parlament fejn saret preżentazzjoni mis-CEO tal-GRDA.
Ministeru għal Għawdex – Sezzjoni tal-Animal Welfare – Welfare Officers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Animal Welfare Officers fis-Sezzjoni tal-Animal Welfare fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġibiet li tajt fil-mistoqsijiet parlamentari bin-numri 2811,3428,3643 u 3822. Meta jkun hemm bżonn ta’ infurzar, uffiċjali mill-Animal Welfare ta’ Malta jagħtu l-għajnuna.
Għawdex – skejjel primarji ta’ Kerċem, Żebbuġ, Għarb u diversi skejjel oħrajn – xogħol ta’ tisbiħ u modernizzar
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5924, peress li din ma tweġibx il-mistoqsija kollha, jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm kienet in-nefqa u x'sar:
a. fuq it-tisbiħ u modernizzar tal-Iskola Primarja ta' Kerċem;
b. fuq it-tisbiħ u modernizzar tal-Iskola Primarja taż-Żebbuġ;
ċ. fuq it-tisbiħ u modernizzar tal-Iskola Primarja tal-Għarb; u
d. fuq it-tisbiħ ta' diversi faċċati ta' diversi skejjel f'Għawdex?
F'kull każ, jista' jagħti data meta se jkun lest ix-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 5924.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5765 kollha kemm hi (intera) u jgħid ukoll liema huma dawk il-karozzi użati mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li jintużaw fil-weekends u fil-festi? Min jagħmel użu minnhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 5765. L-użu tagħhom isir skont il-ħinijiet tax-xogħol.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5763 u jgħid kemm hemm subbasti pendenti fil-Qorti ta' Għawdex? Jista' jgħid kemm minnhom huma appuntati u kemm minnhom għad iridu jiġu appuntati? Jista' jgħid f'kull każ kemm ilhom pendenti dawn is-subbasti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi subbasti pendenti fil-Qorti t’Għawdex hemm 21 li għad iridu jiġu appuntati. It-tabella t’hawn taħt turi kemm ilhom pendenti.
2012
1
2013
1
2016
3
2017
1
2019
1
2020
2
2022
12
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5761 u jgħid kemm hemm LSEs jaħdmu f'Għawdex li ntbagħtu jaħdmu Għawdex mhux għax kien imisshom fil-lista ta' Għawdxin li jaħdmu f'Malta, iżda minħabba raġunijiet mediċi? Jista' jgħid, f'kull każ, kull waħda minn dawn l-LSEs kemm ilha/ilu taħdem/jaħdem f'Għawdex? Jista' jgħid kemm ilhom jaħdmu bħala LSEs f'Malta l-ewwel għaxar LSEs Għawdxin li hemm jaħdmu fi skejjel f'Malta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 26 LSE li minħabba raġunijiet mediċi jaħdmu f’Għawdex. Minn dawn is-26 LSE hemm min ilu jaħdem Għawdex 17-il sena u hemm min reċentement beda jaħdem dawn l-aħħar ftit xhur. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li minħabba l-privatezza tal-individwi, tali informazzjoni mhux ser tiġi ppreżentata.
Fir-rigward tal-ewwel għaxar LSEs Għawdxin, ninforma lill-Onor. Interpellant li ilhom matul dawn l-aħħar 20 sena jaħdmu fl-iskejjel f’Malta. F’dan il-każ ukoll, għar-raġuni ta’ privatezza, tali informazzjoni mhux ser tiġi ppreżentata.
Jista’ l-Ministru jqis li meta ssir explanatory note dwar xi liġi, din tkun inkluża bħala anness mal-liġi li qed issir minflok tkun ippubblikata għal rasha fil-Gazzetta tal-Gvern, sabiex wieħed ikun jista’ jsegwi aħjar it-tagħrif mogħti fir-rigward tal-liġi inkwistjoni (ara pereżempju l-avviż numru 224 tal-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tal-21 ta’ Frar 2023 li jidher li sar fir-rigward tal-A.L. 41 tal-2023)?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nikkonferma li n-Noti ta’ Spjegazzjoni li m'għandhomx forza ta' liġi jsiru kif rikjest mill-Att dwar l-Intrapriżi ż-Żgħar (Kap. 512 tal-Liġijiet ta’ Malta) https://legislation.mt/eli/cap/512/mlt (skont l-Iskeda III tal-istess Kapitolu). L-istess Noti ta' Spjegazzjoni jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern li tinkorpora l-avviżi tal-Gvern lill-pubbliku inġenerali fl-istess ġurnata li tiġi ppubblikata l-leġiżlazzjoni li jkunu qed jispjegaw u jirreferu għaliha.
B'hekk jiġi sodisfatt l-element ta' pubbliċità fir-rigward tan-negozji li jridu jaġġustaw għar-rikjesti l-ġodda tal-leġiżlazzjoni li se tidħol fis-seħħ, kif ukoll għaċ-ċittadini li se jiġu affettwati bl-istess leġiżlazzjoni. L-għan tan-Noti ta' Spjegazzjoni kif stipulat fl-imsemmija Skeda tal-Kap. 512 huwa li jispjega u jagħmel aċċessibbli l-leġiżlazzjoni għall-qarrejja li mhumiex kwalifikati fil-liġi u li m'għandhomx għarfien speċjalizzat tal-materja tas-suġġett. Għaldaqstant huwa idoneu li l-imsemmija Noti jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern mal-Avviżi tal-Gvern lill-pubbliku u mhux fis-Suppliment tal-Gazzetta li hu intiż esklussivament għall-pubblikazzjoni tal-leġiżlazzjoni primarja u sekondarja.
In oltre, għandu jingħad li s-Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern jinkorpora l-leġiżlazzjoni primarja kif ukoll dik sekondarja li tiġi ppubblikata bil-mod segwenti:
TAQSIMA A tinkorpora l-Atti;
TAQSIMA B tinkorpora l-Avviżi Legali;
TAQSIMA Ċ tinkorpora l-Abbozzi tal-Liġi; u
TAQSIMA D tinkorpora l-Bye Laws.
Ċirkewwa and Imġarr passenger ferry terminals — sejħa għal e-ticketing project
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti s-sejħa SPD3/2022/065, CFT Title ‘Construction, finishing works and commissioning of an e-ticketing project at Ċirkewwa and Mġarr passenger ferry terminals’ u kemm hi stmata li tiswa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni rilevanti rigward din is-sejħa.
Ministeru għal Għawdex — servizz ta’ sigurtà minn kumpaniji privati - nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għas-servizz ta' sigurtà minn kumpaniji privati lill-Ministeru għal Għawdex u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, sena b' sena mis-sena 2012 sal-aħħar tas-sena 2022?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha kif mitlub se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6080, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk fir-raħal tal-Għasri hemmx għassa tal-pulizija u jekk iva, f’liema indirizz tinsab? Jista' jgħid din l-għassa, bħala medja, kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienet miftuħa għall-pubbliku u b'uffiċjali tal-pulizija fiha?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fir-raħal tal-Għasri m’hemmx għassa tal-pulizija. Ir-raħal hu kopert minn ronda regolari li ssir minn uffiċjali mill-Iskwadra Mobbli tad-Distrett kif ukoll mill-Pulizija tal-Komunità.