Infrastructure Malta — policy dwar sinjali tat-traffiku fit-toroq
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy ta' Infrastructure Malta sabiex is-sinjali tat-traffiku fit-toroq kollha jiġu mogħtija ż-żebgħa/materjal ieħor sabiex jibqgħu jidhru?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta kontinwament tagħmel spezzjonijiet tat-toroq arterjali u distributorji biex fost l-oħrajn tara li fejn ikun hemm bżonn, isir “refreshing” tal-linji tat-triq.
Il-policy ta’ Infrastructure Malta f’dan ir-rigward hija din:
· F’toroq arterjali u distributorji jintuża materjal “thermoplastic” bi ħxuna ta’ madwar 2.3mm u li jservi sa 2 miljun passaġġ ta’ vetturi;
· F’toroq mhux arterjali u distributorji (il-maġġor parti residenzjali) tintuża żebgħa tat-toroq normali “acrylic / alkyd” li tiflaħ sa 1 miljun passaġġ.
· Fiż-żewġ każijiet il-materjal ikun skont l-istandard Ewropew EN 1436.
· Regolarment isiru wkoll testijiet taż-żebgħa (“retroreflection” – vizibilita” billejl) li tkun ġiet applikata. Dawn isiru mil-Laboratorju akkreditat MCCAA u l-ħlas isir biss jekk tali testijiet jirriżultaw konformi mal-ispeċifikazzjoni.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7574 li ngħatat fl-1 ta' Novembru 2022 dwar meta se jitkompla x-xogħol fuq Triq Papa Piju XII fil-Qala, Għawdex, u dwar meta hu mistenni li x-xogħol f'din it-triq ikun lest għalkollox fejn kien ġie mwieġeb li “ix-xogħol fuq Triq Papa Piju XII fil-Qala tlesta, fil-ġimgħat li ġejjin mistenni li jingħata l-wearing course”, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-wearing course ingħatax u jekk le, x'inhuma r-raġunijiet għala għaddew iktar minn seba’ xhur u nofs u għadu ma ngħatax il-wearing course?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 8739.
Għawdex — Triq li twassal għall-Bajja ta’ Ħondoq – xogħlijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3651 li ngħatat fl-14 ta' Novembru 2022 u t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7574 li ngħatat fis-17 ta' April 2023 dwar x'qed isir fil-parti tat-triq li twassal għall-Bajja ta' Ħondoq li bdiet tisfronda, peress li din it-triq kien sar xogħol fuqha fi żmien il-Ministru Refalo iżda ftit wara bdiet tisfronda, fejn ġie mwieġeb li x-xogħlijiet huma ppjanati li jsiru ladarba jiġi pproċessat it-tender, jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender ġiex ipproċessat u jindika meta, bejn wieħed u ieħor, hu maħsub li jibda x-xogħol meħtieġ fuq l-imsemmija triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet neċessarji ser ikunu qed isiru ladarba jiġi deċiż l-appell fuq sejħa għall-offerti għal xogħlijiet fuq toroq li hemm quddiem il-PCRB u sabiex il-Ministeru ma jerġax jinqabad f’sitwazzjoni li ma jkollux tender/kuntratt biex jaħdem xogħol ta’ urġenża, fil-ġimgħat li ġejjin mistennija toħroġ DPS.
Xlendi, Għawdex – proġett ta’ riġenerazzjoni tal-parkeġġ
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslu l-konsultazzjonijiet bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma dwar il-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-parkeġġ tax-Xlendi? Tista’ tgħid jekk intlaħaqx ftehim reċiproku u jekk iva, fiex jikkonsisti? Tista’ tgħid ukoll meta bejn wieħed u ieħor hu maħsub li jibda x-xogħol li hemm bżonn min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġewwa x-Xlendi biex l-infrastruttura tilqa’ għaż-żieda fin-numru ta’ residenti u fiex se jkun jikkonsisti dan ix-xogħol u kemm hu maħsub li se tkun l-ispiża?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, għalkemm mhijiex l-entità responsabbli mir-riġenerazzjoni tal-parkeġġ, kienet f’diskussjonijiet kontinwi mal-Ministeru għal Għawdex sabiex tiġi integrata l-aħjar infrastruttura tad-drenaġġ ma’ dan il-proġett. Id-diskussjonijiet ġew konklużi u bi qbil bejn il-partijiet konċernati il-Korporazzjoni qed timplimenta l-istudji tekniċi meħtieġa sabiex tiddisinja l-pumping station adekwata u jinbidlu wkoll il-pajpijiet li jwasslu għas-sentina. Ladarba jitlestew dawn l-istudji wieħed imbagħad ikollu idea ċara ta’ kemm se tkun l-ispiża u kemm se jieħu żmien dan ix-xogħol biex jitwettaq.
Jista’ l-Ministru jgħid x'għamel s'issa u x’beħsiebu jagħmel fil-futur qarib dwar parti minn Triq Taċ-Ċawl fil-Qala, Għawdex, peress li f’dawn l-aħħar xhur parti minn din it-triq kompliet iċċedi u tisfronda? Jista’ jgħid jekk fil-preżent hemmx periklu għan-nies/bdiewa u għall-vetturi li jgħaddu minn din l-imsemmija triq? Jista' jgħid ukoll jekk marx perit tal-Gvern fuq il-post u x'ġie deċiż?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 10131 tal-lum stess.
Prim’Awla Sede Kostituzzjonali – kawżi pendenti kontra l-Avukat tal-Istat
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9466 mogħtija fis-seduta tal-14 ta’ Ġunju, 2023, jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-partijiet f’kull waħda mill-kawżi elenkati f’dik it-tweġiba?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sas-6 ta’ Ġunju 2023.
Prim’Awla Sede Kostituzzjonali – kawżi pendenti kontra l-Avukat tal-Istat
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9466 mogħtija fis-seduta tal-14 ta’ Ġunju, 2023, tenut kont tan-numru konsiderevoli ta’ kawżi li hemm pendenti dwar l-allegat ksur tal-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjoni, fejn jidher li l-poteri ta’ diversi regolaturi taħt diversi liġijiet li jimponu sanzjonijiet, inkluż penalitajiet sostanzjali, qed jiġu ddikjarati mill-qrati li huma bi ksur tal-istess artikolu 39(1), jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed iqis x’passi leġiżlattivi jistgħu jittieħdu biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni?
Operaturi li għandhom liċenzja biex jikru umbrelel u/jew deckchiars ħdejn il-bajjiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm operaturi, sena b'sena, f'dawn l-aħħar għaxar snin u anke fil-preżent, li għandhom liċenzja biex jikru umbrelel u/jew deckchairs fuq jew ħdejn il-bajjiet? Kif inhuma mqassmin, kemm f'Malta, kemm f'Għawdex kif ukoll f'Kemmuna, u f’liema bajjiet jistgħu joperaw? Kif jinħarġu dawn il-liċenzji, kull meta jiġu mħallsa u kif jiġi determinat l-ammont dovut għal din il-liċenzja?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-informazzjoni tas-snin 2013 sa 2020, ninfurmah li tlabt biex tinġabar il-kumplament tal-informazzjoni.
Sena
Lokalità
Numru ta’ Operaturi
2013
Mellieħa – Armier
5
Mellieħa – Għadira
6
Mellieħa – Għajn Tuffieħa
1
Mellieħa – Ġnejna
1
Mellieħa – Paradise Bay
1
Kemmuna – Blue Lagoon
2
Għawdex – Marsalforn
1
Għawdex – Ramla l-Ħamra
1
2014
Mellieħa – Armier
5
Mellieħa – Għadira
7
Mellieħa – Għajn Tuffieħa
1
Mellieħa – Ġnejna
1
Mellieħa – Paradise Bay
1
Kemmuna – Blue Lagoon
4
Għawdex – Marsalforn
1
Għawdex – Ramla l-Ħamra
1
2015/6
Mellieħa – Armier
5
Mellieħa – Għadira
7
Mellieħa – Għajn Tuffieħa
1
Mellieħa – Ġnejna
1
Mellieħa – Paradise Bay
1
Kemmuna – Blue Lagoon
3
Kemmuna – Santa Marija
1
Għawdex – Marsalforn
1
Għawdex – Ramla l-Ħamra
1
2017/8
Mellieħa – Armier
5
Mellieħa – Għadira
7
Mellieħa – Għajn Tuffieħa
1
Mellieħa – Ġnejna
1
Mellieħa – Paradise Bay
1
San Pawl il-Baħar – Qawra
1
Kemmuna – Blue Lagoon
3
Kemmuna – Santa Marija
1
Għawdex – Marsalforn
1
Għawdex – Ramla l-Ħamra
1
2019/20
Mellieħa – Armier
5
Mellieħa – Għadira
7
Mellieħa – Għajn Tuffieħa
1
Mellieħa – Ġnejna
1
Mellieħa – Paradise Bay
1
San Pawl il-Baħar – Qawra
1
Sliema – Fond Għadir
1
Kemmuna – Blue Lagoon
3
Kemmuna – Santa Marija
1
Għawdex – Marsalforn
1
Għawdex – Ramla l-Ħamra
1
Jista’ l-Ministru jgħid liema bajjiet ġewwa Għawdex u Kemmuna ġew magħluqa u ddedikati għall-għawm sabiex in-nies, b’mod partikolari t-tfal, jgħumu f’ambjent aktar sigur? Jista’ jgħid liema bajjiet fadal ġewwa Għawdex u Kemmuna jiġu magħluqa biex ikunu ddedikati għall-għawm għan-nies u meta se jingħalqu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ żoni ddedikati għall-għawm tinsab hawn taħt:
Għawdex:
Ø Mgarr ix-Xini
Ø Il-Bajja tax-Xlendi
Ø Il-Bajja tal-Qbajjar
Ø Il-Bajja ta’ Marsalforn
Ø Ir-Ramla
Ø Il-Bajja ta’ San Blas
Ø Il-Bajja ta’ Hondoq ir-Rummien
Kemmuna:
Ø Blue Lagoon
Ø Il-Bajja ta’ San Niklaw
Ø Santa Maria I(inner & Outer)
Qed jiġu installati s-swimmer zones bħalissa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ alka nġabret, minn liema bajjiet ġewwa Għawdex u Kemmuna nġabret, minn min sar ix-xogħol ta’ ġbir tal-alka, jekk sarx bl-idejn jew inkella b’makkinarju apposta u fejn twaddbet l-alka wara li nġabret mill-bajjiet mill-1 ta’ Novembru 2021 sal-ġurnata meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid liema bajjiet oħra ġewwa Għawdex u Kemmuna hemm ippjanat li tinġabar alka minnhom fil-ġranet u ġimgħat li ġejjin?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-alka f’ċertu każijiet jew tintradd lura l-baħar, jew tiġi xxiftjata għal post ieħor, jew tinġabar u tintbagħat il-facilità tal-Wasteserv f’tal-Kus. L-interventi fuq l-alka jsiru ġeneralment mill-bajjiet tar-Ramla, Marsalforn, Qbajjar, Xwejni, San Blas u Santa Marija f’Kemmuna.
Din is-sena r-Ramla u San Blas kien hemm ftit li xejn alka. Marsalforn, Qbajjar u Xwejni l-alka ntraddet lura l-baħar. L-ammont ta’ alka jiddependi ħafna mit-temp, ir-riħ, u mill-kurrent tal-ilma baħar li kapaċi f’ġurnata jieħu l-alka li tkun inġemgħet kollha lura l-baħar. L-interventi fuq l-alka jsiru kemm bl-idejn u kif ukoll bil-makkinarju meta l-ammont ikun qawwi.
Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra dwar is-sejħa ‘Competitive Procedure with Negotiation’ għall-proġett to design, build and operate a waste-to-energy plant in Magħtab? Tista’ tgħid fiex wasal il-proċess ta' aġġudikazzjoni ta' din is sejħa u meta hu maħsub li jiġi konkluż?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 9730.
Nadur, Għawdex – Triq it-Tiġrija – ftuħ ta’ dar tal-anzjani
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7703, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Anzjanità Attiva, u jgħid jekk id-dar tal-anzjani li kellha tinbena fi Triq it-Tiġrija, in-Nadur, u li waħda mill-predeċessuri tiegħu kienet għamlet konferenza tal-aħbarijiet biex tħabbar il-bini u l-ftuħ ta' din id-dar, għadhiex taqa' taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħu u jekk iva, fiex wasal il-proċess? Jekk le, taħt liema Ministeru għadda dan il-proġett wara li kien tħabbar b'tant pompa mill-Gvern Laburista fl-ewwel leġiżlatura tiegħu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li infurmat li din id-dar hija dar tal-knisja/kurja. Sa issa ma rċevejt ebda komunikat sabiex din id-dar tgħaddi mill-kurja għal għand il-Gvern għal imsemmi skop. Madanakollu fil-jiem li għaddew ġie diskuss ma' xi membri tal-paroċċa rigward possibbilita ta’ użu għal skop soċjali kemm-il darba jkun hemm ftehim bejn il-Gvern u l-Knisja.
Rabat, Għawdex – proġett ta’ konsolidazzjoni strutturali tal-pedamenti
Question
B’referenza għall-proġett ta’ konsolidazzjoni strutturali tal-pedamenti u l-konservazzjoni tal-akwadott fir-Rabat, Għawdex, li ilu jiġi mwiegħed f’diversi baġits f’dawn l-aħħar snin, jista’ l-Ministru jagħti breakdown tal-flus li ntefqu s’issa fuq dan il-proġett? Jista’ jgħid jekk inħarġitx is-sejħa u ġietx awarded għal xogħol ta' konsolidazzjoni strutturali tal-pedamenti u l-konservazzjoni tal-akwadott? Jista’ jgħid ukoll bejn wieħed u ieħor meta hu ppjanat li jinbeda x-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa issa ntefqu €63,480.29 bħala spejjeż. Bħalissa qegħdin fil-proċess li tinħareġ is-sejħa għall-offerti. Il-proġett mistenni li jitlesta fl-2027.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-bidu ta’ din is-sena, xahar b’xahar, jekk ġewx imposti penalitajiet finanzjarji (irrispettivament mill-mod kif deskritti) da parti tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA)? Jekk ġew imposti xi penalitajiet, jista’ f’kull każ jgħid:
a. kemm kien l-ammont tal-penali imposti;
b. jekk deċiżjoni tal-MFSA fejn imponiet il-penali, ġietx appellata; u
ċ. jekk fil-konfront tal-istess deċiżjoni sarx rikors kostituzzjonali minħabba allegazzjoni li d-deċiżjoni meħuda kienet bi ksur tal-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjoni u/jew l-artikolu 6(1) tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (ECHR)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ċentru tal-Università — Ix-Xewkija – xogħlijiet fuq l-estensjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4372, 6381, 7410 u 9266 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2543 dwar ix-xogħlijiet fuq l-estensjoni taċ-Ċentru tal-Università fix-Xewkija, Għawdex, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija kollha kemm hi (intiera) u jgħid din l-estensjoni meta hu maħsub li tkun lesta minn kollox u tibda tintuża? Jista' jgħid ukoll meta nbeda x-xogħol fuqha?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-Master Plan ta' Kemmuna u jgħid ukoll meta nbeda (sena u xahar) u meta hu ppjanat li jiġi konkluż? Jista’ jgħid fil-konkret x'sar matul is-sena 2022 u fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2023 dwar dan il-Master Plan u kemm intefqu flus matul is-sena 2022 u fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2023 u għal xiex intefqu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet fir-rigward ta’ Kemmuna jsiru minn żmien għal żmien anke flimkien mal-Ministeri rispettivi. Sa issa ma ġie sottomess ebda masterplan imsemmi mal-awtoritajiet.
Ministeru għal Għawdex – sejħa pubblika ta’ Headship Positions
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta hu maħsub, bejn wieħed u ieħor, li tinħareġ is-sejħa pubblika ta' ‘Headship Positions’ (DGs u Diretturi) fi' ħdan il-Ministeru għal Għawdex, peress li ħafna minn dawn il-‘Headship Positions’ fil-ġimgħat li ġejjin jiskadi t-terminu tagħhom? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx ħsieb li fil-futur qarib jinħolqu karigi ġodda ta' ‘Headship Positions’ (DGs u Diretturi) fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u jekk iva, liema se jkunu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi għadha kif inħarġet sejħa għal headship positions li tkopri 14-il Ministeru u madwar 70 pożizzjoni. Hekk kif jingħalaq dan il-proċess tinħareġ sejħa oħra skont pjanijiet li jiġu diskussi u approvati u skont esiġenzi tas-servizz. Dan huwa proċess kontinwu li jsir diversi drabi matul is-sena.
Għawdex – Triq tal-Lanterna l/o Għasri — xogħlijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3808 li ngħatat fit-22 ta' Novembru 2022 dwar Triq tal-Lanterna, limiti tal-Għasri fejn ix-xogħol fuqha beda lejn l-aħħar tas-sena 2020, fejn kien ġie mwieġeb li "x-xogħlijiet mistennija jkunu lesti lejn il-bidu tas-sena d-dieħla", u għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7571 li ngħatat fid-29 ta' Marzu 2023 fejn kien ġie imwieġeb li "x-xogħol fuq din it-triq għadu għaddej b’reviżjoni riċenti tal-pjanti u d-disinni tal-istruttura li tinkludi piling u li ġew ibbażati fuq studji ġeotekniċi li saru fis-sit, dawn ix-xogħlijiet fuq it-triq mistennija jkomplu fil-ġimgħat li ġejjin", jista’ l-Ministru jgħid għala f'dawn l-aħħar ġimgħat u xhur ma tkompla ebda xogħol infrastrutturali u ma kienx hemm makkinarju u ħaddiema f'din it-triq? Jista’ jgħid jekk din it-triq hijiex miftuħa u sigura għall-pubbliku u għall-vetturi li qed jgħaddu minnha? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew jiswew s’issa x-xogħlijiet fuq din l-imsemmija triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanti reviżjonati u d-disinni reviżjonati tal-istruttura li ġew sottomessi lill-Ministeru għal Għawdex ġew analizzati mill-perit tal-Gvern flimkien mal-istess perit tal-kuntrattur li ħarġu bil-pjanti u bid-disinn tal-istrutturi, u mal-perit tal-kuntrattur inkarigat mix-xogħlijiet. Intalbu xi emendi żgħar u ġie stabbilit il-pjan ta’ ħidma.
Ix-xogħlijiet mistennija jibdew lejn l-aħħar ta’ Lulju. Il-karozzi jistgħu jaslu sa fejn il-parking ta’ fuq u l-bqija huwa passaġġ bir-riġel. Il-kontijiet marbuta ma' dawn ix-xogħlijiet għadhom qed jinġabru.
Malta, Għawdex u Kemmuna – applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ liċenzji għal kiri ta’ umbrelel u/jew deckchairs
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, sena b' sena f dawn l-aħħar għaxar snin, kemm kien hemm applikazzjonijiet ġodda minn operaturi u kemm ingħataw permessi u fejn mill-Awtorità tal-Artijiet ġewwa Malta, Għawdex u Kemmuna għal-liċenzja biex jikru umbrelel u/jew deckchairs fuq jew ħdejn il-bajjiet? Jista jgħid kemm minn dawn ġew milqugħin jew inkella rifjutati? Jista’ jgħid ukoll fil-preżent kemm hemm talbiet pendenti? Globalment kemm hemm operaturi li għandhom il-permessi mill-Awtorità tal-Artijiet ġewwa Malta, Għawdex u Kemmuna u fejn jinsabu għal-liċenzja biex jikru umbrelel u/jew deckchairs fuq jew ħdejn il-bajjiet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Għawdex – annimali li ttieħdu mingħand sidhom mill-Animal Welfare
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' klieb, qtates u annimali oħrajn (f'dak il-każ jispeċifika x'annimali kienu) li ttieħdu mingħand sidhom ġewwa Għawdex mill-Animal Welfare minn Jannar 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn l-annimali ngħataw lura lil sidhom u x'kienet ir-raġuni li ngħataw lura?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li xogħol l-Animal Welfare Gozo hu li tiġbor qtates u klieb fit-triq li huma mweġġa jew morda, u tagħti kura lil dawn l-annimali. Ma huwiex fir-responsabiltà ta’ Animal Welfare Gozo li tieħu klieb, qtates u annimali oħra mingħand sidhom ġewwa Għawdex.