FIAU – Avukati mqabbda
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11851 jista’ l-Ministru jgħid f’ kull każ fejn applikabbli, min kienu ‘l-avukati esterni’ mqabbda mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lil-Onor. Interpellant illi l-avukati esterni mqabbda mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) huma ż-żewġ ditti legali Refalo Advocates u/jew Mamo TCV Advocates.
Illi kif diġa` ntqal nista’ jikkonferma li sal-aħħar ta’ Settembru 2023, infetħu wieħed u għoxrin (21) każ kostituzzjonali kontra l-FIAU u l-Avukat tal-Istat.
Fir-rigward tal-mistoqsija parlamentari 12764, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hekk kif mitluba minnu fir-rigward tal-kawżi kostituzzjonali hija kif tidher fit-tabella ta’ hawn taħt:
Referenza tal-kawża
Ditta Legali
212/2020GM
Refalo Advocates
114/2021TA
Refalo Advocates
129/2021ISB
Refalo Advocates
372/2021GM
Refalo Advocates
394 / 2021GM
Mamo TCV Advocates
579/2021TA
Refalo Advocates
11/2022TA
Refalo Advocates
175/2021/1LM
Mamo TCV Advocates
121/2022GM
Refalo Advocates
154/2022TA
Mamo TCV Advocates
247/2022JVC
Refalo Advocates
300/2022JVC
Refalo Advocates
51/2022AD
Refalo Advocates
556/2022GG
Refalo Advocates
569/2022DC
Refalo Advocates
18/2023RM
Mamo TCV Advocates
36/2023GG
Refalo Advocates
35/2023GG
Refalo Advocates
246/2023AF
Refalo Advocates
351/2023LM
Refalo Advocates
403/2023DC
Refalo Advocates
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant illi f’kawżi quddiem il-Qorti Kostituzzjonali, f’appelli mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali), il-Korp ikun irrappreżentat miż-żewġ ditti legali jaħdmu flimkien, u ċjoè Refalo Advocates kif ukoll Mamo TCV Advocates.