Peress li l-appell ġie deċiż u t-tender ġiet awarded, jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jibda x-xogħol biex tinbena mill-ġdid Triq Sir Arturo Mercieca fir-Rabat, Għawdex, peress li tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hu ppjanat li toħroġ tender sabiex issir.
Ministeru għal Għawdex — Direttur Ġenerali (Major Projects)
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema direttorati u/jew taqsimiet fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ser jgħaddu u jibdew jaqgħu taħt ir-responsabbilità diretta tad-Direttur Ġenerali (Major Projects) il-ġdid fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttur Ġenerali (Major Projects) se jkun responsabbli mid-Direttorat ta’ Eko Għawdex, mill-Projects Unit u mill-proġetti maġġuri ġodda li se jitwetqu mill-Ministeru għal Għawdex.
Framework Contract for the Supply and Delivery of Water by Bowser for Irrigation at Various Areas in Gozo for the Rural Gozo Directorate
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għala nħasset il-ħtieġa li toħroġ is-sejħa SPD3/2023/109 - 'Framework Contract for the Supply and Delivery of Water by Bowser for Irrigation at Various Areas in Gozo for the Rural Gozo Directorate? Jista’ jgħid ukoll f'dawn l-aħħar xhur u snin minn min kien qed jingħata dan is-servizz?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar xhur u snin, il-ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex kienu u għadhom qed jagħmlu dan ix-xogħol. Din it-tender ħarġet peress li x-xhur ta’ nixfa qegħdin dejjem jiżdiedu. Għaldaqstant b’din it-tender se jkun hemm backup f’każ ta’ ħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid fil-każ tal-proġett ta’ konsolidazzjoni strutturali tal-pedamenti u l-konservazzjoni tal-Akwadott fir-Rabat, Għawdex, kemm hu l-Vot tax-Xogħol għal dan il-proġett għas-sena 2024?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-estimi tal-vot tax-xogħol għall-proġett ta’ konsolidazzjoni strutturali u l-konservazzjoni tal-Akwadott għas-sena 2024, hu mitejn elf ewro (€200,000.00).
Ta’ Ċenċ — Xogħlijiet mill-Water Services Corporation
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12420 rigward fiex jikkonsistu u ser ikunu jikkonsistu x-xogħlijiet li nbdew iktar minn xahrejn ilu mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) fit-triq li twassal għall-ġibjuni tal-WSC ġewwa Ta' Ċenċ, Għawdex fejn ġie imwieġeb li 'dan il-proġett huwa maħsub biex jintegra ż-żewġ ġibjuni prinċipali t’Għawdex. L-għan ewlieni tiegħu huwa sabiex il-konsumatur igawdi minn kwalità ta’ ilma aħjar, jiġi ffaċilitat it-taħlit tal-ilma fil-ġibjuni, kif ukoll tissaħħaħ il-pressa tal-ilma madwar Għawdex kollu. Dan il-proġett huwa ppjanat li ser jieħu madwar sena biex jitlesa u stmat li se jiswa madwar €500,000.', tista’ l-Ministru tgħid meta u fejn ħarġu s-sejħiet biex isiru dawn ix-xogħlijiet meħtieġa u minn min qed isir ix-xogħol? Tista’ tgħid ukoll għalfejn f'dawn l-aħħar ġimgħat ma tkompliex ix-xogħol fit-triq li twassal għall-ġibjuni tal-WSC ġewwa Ta' Ċenċ, Għawdex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett, li primarjament huwa maħsub sabiex il-konsumatur ikun moqdi bi kwalità ta’ ilma aħjar, jiġi ffaċilitat it-taħlit tal-ilma fil-ġibjuni u tissaħħaħ il-pressa tal-ilma madwar Għawdex kollu, qed isir b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tas-Sannat. Il-kuntrattur li qed iwettaq ix-xogħol huwa Gatt Construction Ltd, l-istess offerent li ntgħażel permezz ta’ sejħa pubblika maħruġa mill-Kunsill Lokali u li kienet tittratta twettiq ta’ xogħlijiet fit-toroq f’Sannat. Infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma vverifikat li l-għażla tal-offerent saret skont il-prinċipju ta’ governanza tajba. Wara li tlestiet l-ewwel fażi tal-proġett, ix-xogħlijiet se jissuktaw wara li jinħarġu l-permessi meħtieġa, li għalihom diġà ddaħħlu l-applikazzjonijiet, għall-fażi li jmiss.
Tista’ l-Ministru tgħid x'ħidmiet varji saru fil-bajjiet u areas ġewwa Għawdex u Kemmuna li għandhom x'jaqsmu magħhom l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u Ambjent Malta matul is-sena 2023 u x'ħidmiet varji hemm ippjanati li jsiru matul is-sena 2024 f'dawn il-bajjiet u areas?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żoni f’Għawdex u Kemmuna li kemm l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u Ambjent Malta għandhom responsabbiltajiet ambjentali fuqhom huma ż-żoni ta’ Natura 2000.
Ninsab infurmata li fl-2023, Ambjent Malta flimkien mal-ERA għamlu numru ta’ xogħlijiet f’Kemmuna, fejn tkompla r-restawr ambjentali tal-campsite antika ta’ Santa Marija permezz ta’ tħawwil ta’ siġar, kif ukoll saru manutenzjoni u estensjoni tal-cordoning madwar l-għaram tar-ramel f’din il-bajja. F’Għawdex saru xogħlijiet ta’ manutenzjoni tal-ħbula u l-poles tal-injam li jipproteġu l-għaram tar-ramel fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra, filwaqt li fid-Dwejra tneħħew diversi tabelli u installazjonijiet antiki li kienu fi stat ħażin u twaħħlu tabelli informattivi ġodda biex jidderiġu lill-viżitaturi.
Din is-sena se jitkomplew ix-xogħlijiet f’Kemmuna billi se jsiru aktar interventi ta’ manutenzjoni fiż-żoni fejn sar restwar ambjentali fil-bajja ta’ Santa Marija u jitkompla l-immaniġġjar tar-Ramla l-Ħamra.
Jista' l-Ministru:
a. jgħid kemm artijiet ġew jew qegħdin fil-proċess li jiġu esproprjati fuq talba mill-Ministeru għal Għawdex mill-1 ta' Lulju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?;
b. f'liema lokalitajiet f’Għawdex jinsabu l-artijiet esproprjati?;
ċ. iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ‘Site Plan’ immarkata għal kull biċċa art u post fejn il-Ministeru għal Għawdex talab lill-Awtorità tal-Artijiet biex jiġu esproprjati artijiet f'Għawdex fil-perjodu indikat? u;
d. jgħid l-użu li sar jew se jsir minn kull waħda minn dawn l-artijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ix-Xagħra, Għawdex – Triq ta’ Stellini — Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet fadal isiru fi Triq ta' Stellini fix-Xagħra, Għawdex u kemm huma stmati li se jiġu jiswew? Jista' jgħid ukoll kemm ilu li nbeda x-xogħol u għaliex f'dawn l-aħħar ġimgħat ma tkompla l-ebda xogħol?
Meta ser jitkompla x-xogħol f'din it-triq u meta ser titlesta minn kollox?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet mistennija jitkomplew fil-ġimgħat li ġejjin.
Għawdex — Recovery and Resilience Facility Fund (RRF) - Proġetti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti u inizjattivi li l-Ministeru għal Għawdex applika għalihom permezz tal-programm ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea 'Recovery and Resilience Facility Fund (RRF)' u liema proġetti ġew aċċettati u nbeda x-xogħol fuqhom jew għadu ma nbediex ix-xogħol fuqhom, liema proġetti għadhom ma ġewx aċċettati u liema proġetti ma ġewx aċċettati?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proġett li bbenefika minnu l-Ministeru għal Għawdex mill-programm ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea 'Recovery and Resilience Facility Fund (RRF)' huwa r-Rinovar tal-iSkola Primarja tan-Nadur, li tlesta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u fejn (post) tħawlu siġar u arbuxelli mill-Ministeru għal Għawdex, xahar b'xahar, matul is-sena 2023? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża biex tħawlu u minn min sar ix-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 14061 Tħawwil ta siġar u arbuxelli.pdf
Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – multi amministrattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar tmien snin, maqsuma sena b'sena, kemm inħarġu multi amministrattivi hekk kif jirrikjedi l-artikolu 47 tal-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Animali, Kap. 439 tal-Liġijiet ta' Malta ġewwa l-gżira ta' Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, ser jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13136 u jgħid kemm hemm Kindergarten Educators (KGE) Għawdxin li jaħdmu fi skejjel primarji, ġewwa Malta maqsuma sena b'sena mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll f’liema lokalità (lokalità b' lokalità) u x'etajiet għandhom dawn il-ħaddiema, u kemm ilhom snin jaħdmu ġo skejjel primarji ġewwa Malta? Jista’ jgħid kemm minnhom huma relievers, f'liema skola huma relievers u kemm ilhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba raġunijiet ta’ privatezza u sigurtà, il-Ministeru ma jistax jippublika l-informazzjoni fl-intier tagħha. Infurmat li fil-perjodu msemmi kien hemm total ta’ 26 KGE li għal ċertu perjodu ħadmu f’xi skola f’Malta fis-snin imsemmija.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Ħaddiema Għawdxin
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5396 u jgħid kemm kien hemm u preżentement kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu ġewwa Malta f'dipartimenti, awtoritajiet, aġenziji u entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sena b’sena mis-sena 2020 sal-lum? Jista' jgħid preżentement dawn il-ħaddiema ma' liema entità qed jaħdmu u xi grad huma?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7820.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm u kemm hemm jaħdmu preżentement ħaddiema Għawdxin ġewwa Malta f'dipartimenti, awtoritajiet, aġenziji u entitajiet governattivi? Jista' jgħid ukoll ma' liema entità qed jaħdmu dawn il-ħaddiema preżentement u xi grad huma?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub rigward l-ħaddiema li jidher li għandhom indirizzz fuq Għawdex huwa kif ġej:
Sena
Servizz Pubbliku
Awtoritajiet, Aġenziji u Entitajiet Governattivi li huma fid-dekasteru tal-Prim Ministru
2023
1,500
10
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Animal Welfare fil-gżira ta' Għawdex matul is-sena 2023 u kemm ittieħdu passi legali fuq trattament mhux xieraq ta’ annimali fl-istess perjodu fil-gżira ta' Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm-il sid ġie mwiddeb mingħajr ma ttieħdu passi u kemm minnhom tressqu l-Qorti? Jista’ wkoll jagħti break down sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2023 saru 33 spezzjoni u kien hemm 2 sidien li ġew mogħtija multa amministrattiva u 4 każijiet li ser jitressqu l-Qorti mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali ġewwa l-gżira ta' Għawdex. Ma kien hemm l-ebda każ ta’ sid li ġie mwiddeb għaliex ttieħdu l-passi legali propizji.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 1672, 3681 u 9004, li ngħataw fil-21 ta' Ġunju 2022, fis-16 ta' Novembru 2022 u fit-22 ta' Mejju 2023 rispettivament, dwar kemm fl-aħħar żewġ leġiżlaturi (2013–2022) saru toroq jew partijiet minn toroq f’Għawdex (Triq tal-Ħanaq Nadur, Triq Franġisk Portelli Għarb, Triq l-Imgħallem Victoria, Triq Daħlet Qorrot Nadur u Triq Papa Piju XII Qala) li ngħataw il-base course biss u sal-lum għadhom ma ngħatawx il-wiċċ finali, fejn ġie mwieġeb li, “Ix-xogħol fuq il-maġġor parti tagħhom għadu għaddej u se jingħataw il-wearing course daqt.”, jista’ l-Ministru jgħid f'kull triq li ssemmiet fit-tweġiba meta nbeda x-xogħol fuqha, kemm tħallsu flus sa issa fuq kull triq, liema xogħlijiet għad fadal isiru, fiex jikkonsistu, u meta se jingħata l-wearing course? Jista’ jgħid ukoll f’kemm minn dawn it-toroq tlesta x-xogħol kollu, inkluż il-wearing course, f'dawn l-aħħar ħames xhur u nofs?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq Triq l-Imgħallem tlesta kollu bħala parti mill-xogħol li qed issir f’Triq l-Imgħallem u Triq ta’ wara s-Sur. S’issa tħallsu Euro 785.061.12 (incl VAT). F’Triq Daħlet Qorrot s’issa tħallset is-somma ta’ Euro 1,640.35 (incl VAT) mentri f’Triq Papa Piju XII il-Qala ix-xogħol għadu ma tħallasx. Filwaqt li f’triq Frangisk Portelli Euro 658,799 (incl VAT) tħallas Euro u Triq tal-Ħanaq tħallas Euro 105,222,66 (incl VAT).
Għawdex, Triq l-Imġarr, — Inċidenti tat-traffiku - Miżuri
Question
Fid-dawl tal-inċidenti, anki serji, li seħħew f’dawn l-aħħar xhur u ġimgħat fi Triq l-Imġarr li twassal mill-Port tal-Imġarr sar-Rabat Għawdex u li tgħaddi minn Għajnsielem u x-Xewkija, jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu jew beħsiebhom jittieħdu mill-Gvern jew l-entitajiet tiegħu sabiex tiġi indirizzata l-problema ta’ sewqan eċċessiv jew abbużiv f’dawn it-toroq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-aħħar xhur, Transport Malta għamlet ‘network-wide road safety assessment’ li kien jinkludi evalwazzjoni tat-toroq arterjali u distributorji u Triq l-Imgarr (Ghajnsielem/Xewkija/Rabat), kienet tagħmel parti minn din l-evalwazzjoni. Ir-rakkomandazzjonijiet għall-immaniġġar ta’ sigurtà aħjar fuq din it-triq ser jiġu pprovduti lill-Ministeru għal Għawdex malli jitlesta r-rapport.
In oltre, Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba għal ‘fixed speed camera’, madanakollu ser tkun qed tevalwa il-kriterji meħtieġa skont kif imniżżel fl-iSpeed Management on Maltese Roads Policy and Technical Guidance Manual - Annex 3C.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6298 dwar xogħlijiet ta’ cables tad-dawl li baqgħu mwaħħlin mal-faċċati tad-djar u bini ieħor fil-Pjazza tax-Xewkija, Pjazza San Franġisk fir-Rabat u l-waterfront ta’ Marsalforn, fejn kien ġie mwieġeb li "t-tender ser joħroġ fil-ġimgħat li ġejjin.", jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender ħarġitx u jekk iva, meta nħarġet u meta se jibdew ix-xogħlijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender SPD3/2023/011 – Tender to provide cable management systems and laying of Enemalta cable ħarġet f'Mejju 2023, u għalqet fis-6 ta’ Ġunju 2023. Ma rċivejna l-ebda sottomissjoni għal din it-tender.
Ministeru għal Għawdex — proġetti mill-Connecting Europe Facility of the European Union Fund
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti f’Għawdex li l-Ministeru għal Għawdex applika għalihom sa issa u liema minnhom ġew aċċettati u liema ma ġewx aċċettati biex isiru mill-programm 'Connecting Europe Facility of the European Union' (Perjodu 2021-2027), kemm ingħataw flus s’issa u kemm se jingħataw flus minn dan il-fond lill-Ministeru għal Għawdex għal dawn il-proġetti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 12882.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-uffiċjali kollha fil-gradi ta' Manager, Senior Manager, Manager Operations Manager I u Manager fil-Ministeru għal Għawdex, bid-dettalji tar-responsabbiltajiet tagħhom u l-pakkett finanzjarju sħiħ ta’ kull uffiċjal u kemm ilhom (inkluż snin u xhur) f'din il-kariga?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex għandu impjegati miegħu 22 Manager I, 21 Manager II, 3 Operations Manager, żewġ Senior Managers u wieħed bħala Programme Manager. Ir-responsabilitajiet ta’ dawn l-uffiċjali varjaw minn compliance, research, human resources, accounting and finance u project management, fost l-oħrajn. L-uffiċjali fi grad ta’ Senior Manager, Manager I u Manager II huma eliġibbli għal bonus ta’ massimu ta’ 15%, apparti l-paga bażika skont l-iskala rispettiva.