Jista' l-Ministru jgħid xi skemi ħareġ id-Dipartiment għall-Gvern Lokali fis-sena 2023 u kemm applikaw Kunsilli għal kull skema u liema kienu dawn il-Kunsilli? Jista' jgħid ukoll liema Kunsilli ngħataw fondi minn kull skema u kemm kien l-ammont ta' fondi li ngħata kull Kunsill Lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba qieghda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-allokazzjoni li tiġi allokata fil-baġit annwali għal kull Kunsill Lokali tingħata permezz ta' erba' pagamenti li jiġu mgħoddija lill-Kunsilli Lokali kull tliet xhur? Jista' jikkonferma wkoll li dawn il-pagamenti suppost jgħaddu għand il-Kunsilli Lokali fl-1 ta' Jannar, fl-1 ta' April, fl-1 ta' Lulju u fl-1 ta' Ottubru ta' kull sena? Jista' jagħti d-dati eżatti meta fis-sena 2023 kull Kunsill ġie mgħoddi l-allokazzjoni tiegħu kull tliet xhur?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi l-allokazzjoni finanzjarja tkun imqassma f'erba' depożiti fil-kontijiet rispettivi tal-Kunsilli Lokali.
Infurmat li kull pagament ta' mhux aktar minn 25% tal-allokazzjoni ikunu mistennija li jgħaddu sal-aħħar ta' Marzu, ta' Ġunju, ta' Settembru u ta' Diċembru ta' kull sena.
Fl-2023 l-allokazzjoni għaddiet kif ġej:
1st Tranche
30/01/2023
2nd Tranche
05/04/2023
3rd Tranche
21/07/2023
4th Tranche
23/10/2023
Intant infurmat li l-ewwel tranche għas-sena 2024 għaddiet fis-16 ta' Jannar 2024.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi proġetti saru f'Għawdex mid-dħul tat-taxxa fuq kull lejl fil-hotels u akkomodazzjoni oħra matul is-sena 2023? Jista' jgħid kemm kien id-dħul minn Għawdex u dan peress li l-Ministri għal Għawdex, għat-Turiżmu u għall-Finanzi t-tlieta qalu fi tweġibiet separati li m'għandhomx x'jaqsmu ma’ din il-materja? Jista' jgħid kemm minn din it-taxxa ġiet investita f'Għawdex stess?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
B'referenza għal-cables tad-dawl li baqgħu mwaħħlin mal-faċċati tad-djar u bini ieħor fil-waterfront ta’ Marsalforn, jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender ħarġitx biex jitgħaddew minn ġo culvert taħt l-art li kien sar meta sar il-promenade ta' Marsalforn u jekk iva, meta nħarġet is-sejħa u meta se jibdew ix-xogħlijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ħarġet ebda sejħa għall-offerti f’dan is-sens.
Ir-Rabat, Għawdex — Awtorità tal-Ippjanar – Uffiċini ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jinbnew uffiċini ġodda jew jittranġaw l-uffiċini tal-Awtorità tal-Ippjanar li kien hemm fi Triq il-Kapuċċini kantuniera ma’ Triq Sir Luigi Camilleri, ġewwa r-Rabat Għawdex, peress li sa ftit tas-snin ilu din il-binja kienet tintuża ta' kuljum mill-ħaddiema u mill-klijenti tal-Awtorità tal-Ippjanar u llum tinsab magħluqa u fi stat ta' abbandun?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini fi Triq il-Kapuċċini kantuniera ma’ Triq Sir Luigi Camilleri fir-Rabat Għawdex - li l-Awtorità tal-Ippjanar kienet tagħmel użu minnhom sa ftit tas-snin ilu - ġew irritonati lura lill-Awtorità tal-Artijiet f’Awwissu 2022.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3809 li ngħatat fit 22 ta’ Novembru 2022, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta’ esproprjazzjoni sabiex tinfetaħ it-triq li diġà hi schemed u li twassal għall-parking tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, u dan qabel issir il-parti l-ġdida li diġà ġiet iffurmata, u liema triq, meta tinfetaħ, se tkun qed tagħti aċċess aħjar lir-residenti u lill-poplu inġenerali?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex għamel żewġ esproppjazzjonijet fi Triq Ġuzeppi Spiteri. B’dawn l-esprozzjanijiet ser jinfetaħ aċċess għall-parti ta’ wara tal-isptar, hekk kif issir ir-relokazzjoni tal-kamra mortwarja tal-GGH peress li din l-schemed road tgħaddi minn go parti minnha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal bini jew estensjoni ta' sheep farms jew inkella bdil ta' użu għal sheep farms ġewwa Għawdex bejn 1 ta' Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati, kemm minnhom ġew rifjutati u kemm minnhom għadhom pendenti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru totali ta’ applikazzjonijiet ppubblikati mill-Awtorità tal-Ippjanar bħala kompluti bejn l-1 ta’ Ġunju 2022 u s-17 ta’ Jannar 2024, relatati ma’ bini, estenzjonijiet u bdil fl-uzu għal irziezet tan-nagħaġ f’Għawdex jammontaw għal sittax. Minn dawn l-applikazzjonijiet, tnejn ġew approvati, filwaqt li erbatax għadhom pendenti. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-istess Awtorità fejn id-deskrizzjoni tal-proposta tinkludi l-kliem “sheep” u “nagħaġ”.
Attachments:PQ 14980 - Pending or Decided Cases by Proposal in Gozo (sheep).pdf
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il post f'Għawdex hemm, fejn bħalissa qed jittieħdu kampjuni tal-arja biex tiġi studjata l-kwalità tal-arja? Tista' tgħid fl-aħħar sena u nofs kemm-il darba ttieħdu kampjuni tal-arja miċ-ċentru tar-Rabat, Għawdex u b'mod partikolari minn Triq ir-Repubblika? Tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati ta' dawn il-kampjuni li ttieħdu?
Response (DALLI, MIRIAM)
L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) timmaniġġja netwerk li jimmonitorja l-kwalità tal-arja f’Malta u Għawdex. F’Għawdex hemm ħdax-il lokalità li minnhom jittieħdu kampjuni tad-diossidu tan-nitroġenu (nitrogen dioxide) u l-benżin (benzene) kull erba’ ġimgħat, kif ukoll hemm stazzjon ta’ monitoraġġ kontinwu li hu lokalizzat fl-Għarb. Fir-Rabat, Għawdex hemm stazzjon ta’ monitoraġġ fi Triq ir-Repubblika. Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bir-riżultati disponibbli għas-sena 2023.
Tista’ l-Ministru tagħti informazzjoni dwar il-proġett ta' Eco Park li kien imwiegħed li kellu jsir mill-Ministeru tagħha fl-area tal-Playing Field tal-Barmil fix-Xewkija, Għawdex? Tista' tgħid ukoll meta hu maħsub li jinbeda u jitlesta dan il-proġett?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Project Green ressqet l-applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar li qed tikkonsulta m’entitajiet oħrajn biex ikun jista’ jitwettaq il-proġett ġewwa Ġnien il-Kunsill, fix-Xewkija, Għawdex, li fih se jintużaw tekonoloġiji innovattivi li jiġġeneraw l-enerġija rinnovabbli. Sadanittant, qed jitħejja l-abbozz tas-sejħa għall-offerti relatati max-xogħolijiet meħtieġa għal dan il-proġett, li qed isir b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tax-Xewkija, biex b’hekk ikunu jistgħu jiġu pubblikati malli jinħarġu l-permessi meħtieġa.
Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika — Ċifri dwar il-popolazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-popolazzjoni ta' kull lokalità (kull lokalità kif definita fl-Att dwar il-Kunsilli Lokali) skont l-aħħar ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika? Jista' jgħid ukoll meta dawn iċ-ċifri dwar popolazzjoni ta' kull lokalità ġew ippubblikati l-aħħar, fejn ġew ippubblikati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-aħħar ċifri mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (stimi tal-1 ta’ Jannar 2023) ġew ippublikati fil-Gazzetta tal-Gvern tal-Ġimgħa 22 ta’ Settembru 2023 (paġna 10,825)
L-istess informazzjoni hija ppublikata fuq is-sit tal-NSO.
Għawdex – Triq tal-Lanterna l/o Għasri — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet (xahar u sena) fi Triq tal-Lanterna, limiti tal-Għasri u kemm-il xahar ilha magħluqa din it-triq? Meta se jitlestew dawn ix-xogħlijiet u kemm se jiswew? Jista’ jelenka x-xogħlijiet li twettqu jew li għad iridu jitwettqu f’din it-triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq din it-triq bdew lejn l-aħħar tas-sena 2020. Il-parking ta’ fuq ilu aċċessibbli mill-bidu tal-2022. Ix-xogħlijiet li tlestew fuq din it-triq jinkludu l-pedamenti għall-ħitan tas-sejjieħ, it-trinek għas-servizzi, u l-bini tal-ħitan tas-sejjieħ sal-parkeġġ ta’ fuq.
Bdew ukoll, u tlestew, ix-xogħlijiet fuq il-konsoldazzjoni tal-parti ta’ fuq tat-triq fuq in-naħa tax-xellug, u issa ser jibdew ix-xogħlijiet fuq il-konsolidazzjoni tal-ħajt tan-naħa tal-lemin li qiegħed iżomm il-parti l-wieqfa tat-triq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża ta' kull reġjun fuq il-ġbir tal-iskart matul is-sena 2023? Kemm ġabar flus għall-ġbir tal-iskart kull reġjun mingħand il-Kunsill Lokali li jaqa' taħtu? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm differenza bejn dak li r-reġjun ġabar u dak li għandu jħallas għall-ġbir tal-iskart għal matul is-sena 2023? Jekk iva, minn fejn ser titħallas din id-differenza?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li l-informazzjoni għadha qed tiġi miġbura.
Tista’ l-Ministru tgħid f-liema xahar tas-sena hu maħsub li jibda x-xogħol relatat mas-sejħa 'TD-T-3733-2023 (6349) - TRENCHING AND CABLE LAYING WORKS TO ENERGIZE SHILANDI SUBSTATION XLENDI IN AN ENVIRONMENTALLY FRIENDLY MANNER'? Tista’ tgħid ukoll kemm hu stmat li ħa jiġi jiswa x-xogħol kollu relatat ma’ din is-sejħa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li x-xogħol inkwistjoni jkun jista’ jibda meta l-iżviluppatur privat ilesti l-binja tas-substation li hemm bżonn ġewwa l-iżvilupp li qed jagħmel u jgħaddiha lill-Enemalta. Dan ix-xogħol huwa stmat li ser jiġi jiswa madwar €120,000 u mistenni jieħu madwar xahrejn minn meta jibda.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bini u t-tiswija ta' toroq residenzjali ġewwa Għawdex hijiex responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali Għawdxin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li filwaqt li l-bini tat-toroq residenzjali mhuwiex fir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali Għawdxin, it-tiswijiet tagħhom hekk kif stipulat fil-Liġi dwar il-Gvern Lokali huma responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali.
Fid-dawl li aktar minn 30 proposta kienu saru mis-Sindki kollha Għawdxin f’rapport li ppreżentaw lill-predeċessur tiegħu dwar l-iżvilupp f’Għawdex fil-bidu ta’ April 2021, jista’ l-Ministru jgħid kemm fil-fatt ġew attwati sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll fejn wasal ix-xogħol f’kull każ u fuq kull waħda minn dawn il-proposti u meta hu mistenni li jitwettqu? Jekk hemm minn dawn il-proposti li ma ġewx aċċettati mill-Gvern, jista’ jgħid liema huma u x’inhi r-raġuni li ma ġewx aċċettati?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-GRDA nediet l-istrategija għall-10 snin li ġejjin, liema strateġija involviet l-istakeholders kollha u hemm qbil dwarha.
Fix-xhur li ġejjin ser jibdew il-proċessi sabiex din il-viżjoni tigi implimentata.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid jekk matul l-2023 fuq talba tal-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni, ġewx imposti mill-Qrati penalitajiet finanzjarji – irrespettivament tal-mod kif deskritti – u jekk iva, f’liema każijiet u f’kull każ jgħid kemm kienet il-penali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2023 ma saret l-ebda talba mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni sabiex jiġu imposti penalitajiet finanzjarji u lanqas ġew imposti penalitajiet finanzjarji mill-Qrati.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid jekk matul l-2023 fuq talba tal-Uffiċċju tal-Affarijiet tal-Konsumatur, ġewx imposti mill-Qrati penalitajiet finanzjarji – irrespettivament tal-mod kif deskritti – u jekk iva, f’liema każijiet u f’kull każ jgħid kemm kienet il-penali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant li matul l-2023 ma ġewx imposti penalitajiet finanzjarji mill-Qrati fuq talba tal-Uffiċċju tal-Affarijiet tal-Konsumatur.
Jista' l-Ministru jgħid kif inhu strutturat id-Dipartiment għall-Gvern Lokali fil-preżent, kemm-il Direttorat hemm u l-isem ta' kull Direttorat? Kemm hemm impjegati f'kull Direttorat u l-grad ta' dawn l-impjegati f'kull Direttorat? Jista’ jgħid ukoll kemm hi l-ispiża rikorrenti f'pagi fid-Dipartiment għall-Gvern Lokali għas-sena 2024?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mid-Divizjoni ghall-Gvern Lokali illi d-dokument mqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra jagħti indikazzjoni tal-istruttura tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali.
Infurmat ukoll li bħala direttorati hemm tlieta li huma id- Direttorat għall-Gvern Lokali - Strateġija u Implimentazzjoni tal-Policy, Dipartiment għall-Gvern Lokali - Monitoraġġ u Appoġġ, kif ukoll id-Dipartiment għall-Gvern Lokali - Konformita' mal-Finanzi u l-Akkwist.
Finalment infurmat illi l-ispiza rikorrenti għall-pagi fid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali għas-sena 2024 hija ta’ €1,834,981.98.
Jista' l-Ministru jgħid liema Bordijiet jew Kumitati hemm imwaqqfa taħt id-Dipartiment għall-Gvern Lokali jew fil-qasam tal-Gvern Lokali? Min huma l-membri ta' dawn il-Bordijiet jew Kumitati, meta nħatru u kif ġew maħtura? Jista' jgħid ukoll f'kull każ hemmx remunerazzjoni u jekk iva, kemm hija r-remunerazzjoni ta' kull membru u Chairperson?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li servew bħala konsulenti f'xi wieħed mill-oqsma tal-Gvern Lokali? Jista’ jgħid ukoll min kienu dawn il-persuni, x'konsulenzi offrew u f'kull każ kemm tħallas kull wieħed minn dawn il-konsulenti?