Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kemmuna - Operaturi għall-kiri tad-deckchairs u umbrelel

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid fiex wasal il-proċess biex toħroġ is-sejħa biex jintgħażlu operatur/i għall-kiri tad-deckchairs u umbrelel, kif ukoll għall-operaturi ta’ gabbani tal-ikel, xorb u prodotti oħra, kif ukoll tal-water sports f’Kemmuna qabel is-sajf 2026?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu flimkien ma’ awtoritajiet oħra, qed taħdem fuq mekkaniżmu li se jidħol fis-seħħ mal-implimentazzjoni tal–pjan il–ġdid għall–Blue Lagoon. Sadanittant, għas-sena 2026 huwa previst li l–operaturi eżistenti  jerġgħu jingħataw konċessjoni simili għal dik tas-sena li għaddiet, sakemm jiġi konkluż tali mekkaniżmu.

Kindergarten Educators Għawdxin

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33182, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid fil-preżent f’liema skola primarja f’Malta jaħdmu dawn it-30 Kindergarten Educators (KGE) Għawdxin? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma relievers u kemm ilhom relievers?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab hawn taħt; Kulleġġ Maria Reġina – 27 għalliem Kulleġġ Santa Tereża – 3 għalliema Kulleġġ San Injazju – għalliem wieħed

Għawdex - Triq li twassal għall-Bajja tal-Ħondoq - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28524 dwar it-tender għal xogħlijiet relatati ma’ parti mit-triq li twassal għall-Bajja tal-Ħondoq li ftit wara li kienet tranġat bdiet tisfronda, issa li għadda s-sajf 2025, u bdiet sena ġdida, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu jistenna l-Ministeru sabiex il-kuntrattur jibda bix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll jekk ix-xogħlijiet humiex ser jibdew u humiex ser jitlestew kollha qabel jibda s-sajf 2026?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet huma mistennija jibdew din is-sena.

CT3003/2025 TENDER FOR THE UPGRADING OF ULYSSES GROVE IN XEWKIJA, GOZO WITH A REDUCED ENVIRONMENTAL IMPACT

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar is-sejħa “CT3003/2025 TENDER FOR THE UPGRADING OF ULYSSES GROVE IN XEWKIJA, GOZO WITH A REDUCED ENVIRONMENTAL IMPACT” li għalqet fit-12 ta’ Ġunju 2025, u jgħid fiex wasal il-proċess ta’ aġġudikazzjoni u meta hu maħsub li jiġi konkluż?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nfurmat li din is-sejħa għadha fi stadju ta’ evalwazzjoni u għaldaqstant m’għandix informazzjoni addizzjonali.

Għawdex, Triq l-Imġarr - Traffic calming measures

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33110 dwar traffic calming measures li qegħdin jittieħdu jew beħsiebhom jittieħdu mill-Gvern jew l-entitajiet tiegħu fl-immedjat sabiex tiġi indirizzata l-problema ta’ sewqan eċċessiv jew abbużiv fi Triq l-Imġarr li mill-Port tal-Imġarr twassal sar-Rabat, Għawdex, u li tgħaddi minn Għajnsielem u x-Xewkija, fejn ġie mwieġeb ‘li diġà bdew jiġu implimentati l-miżuri. Għadd oħrajn ta’ miżuri se jkomplu jiġu implimentati fil-ġimgħat li ġejjin’, jista’ l-Ministru jgħid fiex kienu jikkonsistu l-miżuri kollha li ġew implimentati sa issa?  Jista’ jgħid ukoll liema ser ikunu l-għadd ta’ miżuri l-oħrajn li ser jiġu implimentati fil-ġimgħat li ġejjin?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mizuri li saru huma żebgħa ta’ sinjali tat-traffiku u qtugħ ta’ siġar li kienu qed jostakolaw id-dehra tas-sinjali tat-traffiku.  Il-mizuri li se jiġu implimentati huma tranġar ta’ manholes, żieda ta’ tabelli u rumble strips.

Żebbuġ, Għawdex - Sit tal-Batterija tal-Qbajjar - Proġett

Question

B’referenza għar-restawr u l-irranġar tas-sit tal-Batterija tal-Qbajjar u l-madwar fiż-Żebbuġ, Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu pproġettat li jsir fuq dan is-sit? Jista’ jgħid ukoll jekk hux ser: i.      tingħata lill-privat/kumpanija privata biex tuża parti minnha jew kollha għal skop kummerċjali; ii.     tintuża bħala venue għall-avvenimenti privati bħal tiġijiet/discos/club, fost oħrajn; u iii.    tkun qed tintuża għal użu kummerċjali biss, bħal ristoranti u/jew cafeteria?

Response (BONNICI, OWEN)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta u Għawdex – Libreriji pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn libreriji pubbliċi f’Malta u Għawdex u jelenka l-lokalitajiet ta’ fejn jinsabu u l-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kemm attwalment hemm persuni reġistrati biex jissellfu kotba minn dawn il-libreriji?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi d-domanda lill-Ministeru kkonċernat.

Ix-Xewkija - Triq il-Gidi – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32904 fl-intier tagħha u jgħid meta, bejn wieħed u ieħor (xahar u sena), ser jibda x-xogħol ta’ bini u rikostruzzjoni ta’ Triq il-Gidi fix-Xewkija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet f’din it-triq mistennija jsiru matul is-sena 2026.

CT2361/2022 – Framework Agreement for the Provision of General Road Works including the Laying of Asphalt for the Ministry For Gozo

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26919, 31916 u 32587 u ċjoè: B’referenza għas-sejħa CT2361/2022 – Framework Agreement for the Provision of General Road Works including the Laying of Asphalt for the Ministry for Gozo, jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet saru mill-1 ta’ Novembru 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll fiex kienu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet, liema xogħlijiet tlestew minn kollox, fejn saru permezz ta’ din is-sejħa u kemm ġiet tiswa kull biċċa xogħol?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s’issa saru sebgħa toroq min dan il-framework agreement.  Dawn ix-xogħlijiet kienu jikkonsistu f’bini mill-ġdid ta’ toroq u asphalt.

Għawdex – Ħondoq ir-Rummien

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li toħroġ is-sejħa pubblika biex jitranġa l-konkos ġewwa Ħondoq ir-Rummien u fiex se jkunu jikkonsistu x-xogħlijiet, peress li meta għamel l-aħħar maltemp saritlu ħsara kbira?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru diġa evalwa l-ħsara li saret fuq il-konkos u għaldaqstant qiegħdin jitħejjew il-pjanijiet biex isiru x-xogħlijiet.

Żwiġijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żwiġijiet f’Malta u Għawdex separatament mill-2023 sal-2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu biċ-ċivil biss u kemm minnhom kienu bil-knisja u biċ-ċivil?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Separazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal separazzjoni personali fil-Qrati Maltin, f’Malta u Għawdex separatament mill-2017 sal-2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn ġew konklużi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi it-tabella ta’ hawn taħt turi kemm kien hemm talbiet għal separazzjoni personali fil-Qrati ta’ Malta u Għawdex separatament sena b’sena. Separazzjonijiet reġistrati sena b'sena Malta Gozo Reġistrati Deċiżi Reġistrati Deċiżi 2017 105 95 6 6 2018 114 97 2 1 2019 109 92 7 5 2020 102 79 6 3 2021 117 87 5 3 2022 106 74 5 5 2023 110 50 13 9 2024 97 21 7 3 2025 93 3 7 0

Malta Public Transport – Flus imħallsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-total fi flus mħallsa mill-Gvern jew entitajiet tiegħu, lill-kumpanija Malta Public Transport mill-2024 sal-2025, maqsuma sena b’sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont imħallas bħala Public Service Obligation lill-Operatur tat-Trasport Pubbliku għas-snin 2024 u 2025 kien kif ġej: § 2024 – €53,108,291.15 § 2025 – €58,738,928.69 Barra minn hekk, l-ammont ta’ fondi mħallsa fir-rigward tal-miżura tat-Trasport Pubbliku bla ħlas matul il-perjodu indikat, liema fondi, fin-nuqqas ta’ din il-miżura, kienu jitħallsu mill-passiġġiera, kien kif ġej: § 2024 – €31,200,847.25 § 2025 – €34,298,272.25 Fis-sena 2025, l-Operatur tat-Trasport Pubbliku bbenefika minn grant li tammonta għal €3,216,260. Din il-grant ingħatat b’rabta max-xiri ta’ karozzi tal-linja li jaħdmu bl-elettriku matul is-snin 2023/2024.

Każijiet ta’ Divorzju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ divorzju deċiżi mill-Qrati f’Malta u f’Għawdex separatament, mill-2020 sal-2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn kienu: i)     bejn koppji fejn it-tnejn kienu ta’ nazzjonalità Maltija; ii)    bejn koppji fejn waħda mill-partijiet kienet ta’ nazzjonalità barranija; iii)   bejn koppji fejn iż-żewġ partijiet kienu ta’ nazzjonalità barranija; u iv)   bejn koppji fejn il-partijiet kienu tal-istess sess?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella t’ hawn taħt turi kemm kien hemm każijiet ta’ divorzju deċiżi mill-Qrati f’Malta u f’Għawdex separatament, sena b’sena, sal-aħħar tal-2025. Rigward it-tieni parti tad-domanda, ninforma lill-Onor.Interpellant li ma tinżammx din it-tip ta’ informazzjoni. Divorzji maqtugħa sena b'sena Sena Malta Għawdex 2020 291 10 2021 360 16 2022 531 18 2023 500 13 2024 424 23 2025 458 24

Trabi mwielda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi f’Malta u Għawdex separatament fl-2024 u fl-2025, maqsuma sena b’ sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-trabi kienu: i.     minn ġenituri fejn it-tnejn kienu ta’ nazzjonalità barranija; ii.    minn ġenituri fejn ġenitur minnhom kien ta’ nazzjonalità barranija; iii.   minn unknown father; u iv.   minn tfajliet tal-età bejn 13 u 16-il sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Pazjenti li ntbagħtu għal kura barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li ntbagħtu għal kura barra mill-pajjiż fl-2024 u l-2025? Jista’ jgħid ukoll għal liema kundizzjoni ntbagħtu għal kull każ?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għar-rigward is-sena 2024 jirreferi għal-PQ 31339 u għar-rigward is-sena 2025 kien hemm 534 pazjent li ħadu trattament barra minn Malta permezz tal-iskema Treatment Abroad. Għar-rigward tal-kundizzjoni ta’ kull pazjent li ntbgħat għall-kura barra minn Malta, din hija informazjoni medika sensittiva fuq il-pazjent.

Malta u Għawdex – Bdiewa u sajjieda reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru totali ta’ bdiewa u sajjieda reġistrati full-time u part-time mill-2022 sal-2025, separatament għal Malta u Għawdex, maqsuma sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-informazzjoni segwenti. · Bdiewa (ma tinżammx informazzjoni jekk hux full-time jew part-time) Tmiem is-sena Total ta’ bdiewa reġistrati Bdiewa f’ Malta Bdiewa f’ Għawdex 2022 12,350 10,007 2,343 2023 13,471 10,776 2,695 2024 14,402 11,234 3,168 2025 15,472 12,066 3,406 Sajjieda SENA 2022 2023 2024 2025 Numru ta' Sajjieda Professjonali (FT & PT) MFA (FT) MFB (PT) MFA (FT) MFB (PT) MFA (FT) MFB (PT) MFA (FT) MFB (PT) Malta 227 275 227 267 232 253 238 251 Għawdex 57 74 57 82 61 78 57 84 Total għal kull kategorija fis-sena 284 349 284 349 293 331 295 335 Total totali fis-sena 633 633 624 630

Servizz ta’ Fast Ferry bejn Tas-Sliema, Buġibba u l-Imġarr Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar ir-Request for Proposal Case 2161 – MTIP 001/2025 – ‘Request for Proposals for the Provision of Scheduled Fast Ferry Services Between Sliema, Buġibba, and Mġarr Gozo’? Jista’ jgħid ukoll meta hu maħsub li jibdew jiġu offruti s-servizzi mitluba minn din ir-Request for Proposals?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi “Case 2161 – MTIP 001/2025” – ‘Request for Proposals for the Provision of Scheduled Fast Ferry Services Between Sliema, Buġibba, and Mġarr Gozo’ li kien ġie mressaq quddiem il-PCRB, ġie revokat. Għaldaqstant, ninsab infurmat li r-Request for Proposal qed jitkompla u mistenni jitlesta fiż-żmien li ġej.

L-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex - Helipad

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk pazjent li jkun ser jiġi trasportat għall-kura f’Malta, hux se jkun meħtieġ li jittieħed f’ambulanza mill-Emerġenza tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-post fejn ser ikun hemm il-helipad?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hu ppjanat li d-dipartiment tal-emerġenza ser ikun l-aktar qrib possibbli tal-helipad.  Kif żgur jifhem l-Interpellant, għas-siġurtà u bħala miiżura biex tiġi mħarsa l-kundizzjoni medika tal-istess pazjent, ikun meħtieġ li jiġi trasportat permezz ta’ ambulanza mid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex sal-post fejn ser ikun hemm il-helipad.

L-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex – Helipad –Tneħħija ta’ siġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siġra ser tinqala’ mill-post fejn hu proġettat li jsir il-helipad tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-proġett tal-helipad il-ġdid fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jeħtieġ interventi limitati fuq il-veġetazzjoni eżistenti sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti operattivi, ta’ sigurtà u ta’ konformità mal-istandards tal-avjazzjoni u tas-saħħa. B’kollox, 36 siġra jinsabu fil-footprint tal-proġett jew fiż-żoni ta’ sigurtà relatati mal-operazzjoni tal-helipad. Minn dawn: ·    21 siġra huma ppjanati li jiġu rilokati, skont il-pariri tekniċi rilevanti; ·    10 siġar ma jistgħux jiġu rilokati għax skont pariri tekniċi, hemm rata baxxa li relokazjoni ssir b’suċċess; ·    il-bqija huma siġar jew veġetazzjoni li jistgħu jiġu ntegrati fis-sit finali. Dan l-intervent qed jsir b`kollaborazjoni mal-Ministeru għall-Għawdex u l-Ippjanar qed isir b’attenzjoni sabiex l-impatt ambjentali jiġi minimizzat kemm jista’ jkun.