Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Membri ta’ Entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-kumitati, bordijiet, kummissjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar? Għal kull każ, jista' jgħid min hu ċ-Chairperson u min huma l-membri ta' kull entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid ukoll min kien iċ-Chairperson u l-membri tal-istess entitajiet sa qabel l-Elezzjoni Ġenerali tal-2022?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3541 u 3817 u jgħid mill-1 ta' Jannar 2020 sal-lum kemm-il triq saret mill-Ministeru tiegħu, lokalità b'lokalità? Jista' jgħid f'kull każ jekk ix-xogħol hux lest jew jekk għadu mhux lest, x'fadal isir? Jista' jgħid f'kull każ kemm kienet l-ispiża totali jew l-ispiża s’issa fuq l-istess triq bi triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.

In-Nadur, Għawdex – Triq l-Emigranti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol fadal isir fi Triq l-Emigranti fin-Nadur? Kemm-il xahar ilu li nbeda x-xogħol, u għala f'dawn l-aħħar xhur ma tkompla ebda xogħol f'din it-triq? Jista’ jgħid ukoll meta ser jitkompla x-xogħol u meta ser titlesta minn kollox, din it-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet mistennija jkomplu fil-ġimgħat li ġejjin.

MCCAA — Postijiet vakanti fil-karigi ta’ Direttur Ġenerali jew Direttur

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14747, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn għal kważi erba xhur il-pożizzjoni ta’ Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) baqgħet vakanti, u meta hu maħsub li din il-kariga timtela, dan tenut kont tal-fatt tal-importanza tal-kariga inkwistjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċess biex jimtela l-post vakanti ta’ Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) qiegħed għaddej.

Għawdex – Latrini li sarilhom refurbishment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'latrini ġewwa Għawdex sarilhom refurbishment mill-kunsilli lokali Għawdxin matul is-snin 2021, 2022 u 2023 u fiex kien jikkonsisti? X'kienet l-ispiża għal kull waħda minnhom? Jista’ jgħid ukoll liema latrini hemm ippjanat li jsirilhom refurbishment mill-kunsilli lokali Għawdxin matul is-sena 2024, fejn jinsabu, fiex jikkonsisti x-xogħol u kemm hi ppjanata li tkun l-ispiża?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba skont kif mibghuta lili mid-Divizjoni ghall-Gvern Lokali tinsab hawn taht: 2021 Kunsill Lokali Liema latrini sarilhom refurbishment Fhiex kien jikkonsisti r-refurbishment X'kienet l-ispiża Ir-Rabat (Città Victoria) Nil Il-Fontana Nil Għajnsielem Nil L-Għarb Nil L-Għasri Latrina tal-Irġiel Madum ġdid €518.00 Ta’ Kerċem Nil Il-Munxar Nil In-Nadur Nil Il-Qala Nil San Lawrenz Nil Ta' Sannat Nil Ix-Xagħra Nil Ix-Xewkija Nil Iz-Zebbuġ Nil 2022 Kunsill Lokali Liema latrini sarilhom refurbishment Fhiex kien jikkonsisti r-refurbishment X'kienet l-ispiża Ir-Rabat (Città Victoria) Nil Il-Fontana Nil Għajnsielem Nil L-Għarb Nil L-Għasri Nil Ta’ Kerċem Nil Il-Munxar Nil In-Nadur Latrina fi Triq It-Tramuntana Bdil tal-madum, fittings, plumbing, sanitary/bathroom fixtures €15,535.88 Il-Qala Nil San Lawrenz Nil Ta' Sannat Nil Ix-Xagħra Nil Ix-Xewkija Nil Iż-Żebbuġ Latrina fi Pjazza l-Assunta Bdil tal-madum, gypsum u żebgħa €4,365.90 2023 Kunsill Lokali Liema latrini sarilhom refurbishment Fiex kien jikkonsisti r-refurbishment X'kienet l-ispiża Ir-Rabat (Città Victoria) Nil Il-Fontana Latrina fi Triq ta’ Mulejja Tibjid, żebgħa tal-aperturi u manutenzjoni oħra €559.64 Għajnsielem Pjazza Madonna ta' Loretu Twaqqigħ u qed tinbena latrina ġdida moderna u aktar aċċessibli €49,801.55 (exc VAT) L-Għarb Nil L-Għasri Nil Ta’ Kerċem Nil Il-Munxar Nil In-Nadur Nil Il-Qala Nil San Lawrenz Nil Ta' Sannat Nil Ix-Xagħra Nil Ix-Xewkija Nil Iż-Żebbuġ Nil 2024 Kunsill Lokali Liema latrini huma ppjanati li jsirilhom refurbishment Fiex jikkonsisti r-refurbishment Kemm hi ppjanata li tkun l-ispiża Ir-Rabat (Città Victoria) Nil Il-Fontana Nil Għajnsielem Titkompla u titlesta l-latrina tal-Pjazza Madonna ta' Loretu Tkissir tal-latrina eżistenti u bini mill-ġdid ta' waħda ġdida €49,801.55 (exc VAT) L-Għarb Latrina Triq Trux Jinbidlu f’latrini awtomatiċi €60,000 (kull waħda) Latrina Ta’ Pinu L-Għasri Nil Ta’ Kerċem Hemm ippjanat li titranġa l-latrina fil-Kumpless Raymond Mercieca Ser ikun hemm 2 toilets (irġiel u nisa), disabled toilets u child changing station L-ispiża qed tinħadem Il-Munxar Nil In-Nadur Nil Il-Qala Triq it-28 ta’ April 1688 Rinovazzjoni mill-ġdid €42,000 (exc VAT) San Lawrenz Nil Ta' Sannat Nil Ix-Xagħra Nil Ix-Xewkija Bandli tal-Ħamrija Sistema modernizzata tas-servizz tal-ilma u tisbieħ ġenerali tal-latrina TBD Iż-Żebbuġ Latrina fil-Qbajjar Promenade Kisi tas-Saqaf u żebgħa €3,000

Għawdex — Bini ta’ toroq – Inkjesta Maġisterjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkjesta maġisterjali dwar allegazzjonijiet li ħarġu f'Lulju 2017 dwar korruzzjoni jew nuqqasijiet oħra fil-bini ta' toroq f'Għawdex ġewx konklużi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Intepellant biex jispeċifika għal liema każ qed jirreferi.

Proġetti ta’ parks, spazji miftuħa u afforestazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jelenka lista ta' proġetti għal parks, spazji miftuħa, afforestazzjoni u oħrajn simili li diġà bdew u mistennija li jkunu lesti sal-aħħar tat-2024 u jinkludi n-natura u deskrizzjoni qasira tal-proġett, meta beda, kemm kien il-baġit oriġinali u kemm hi mistennija li tkun in-nefqa totali wara li jkun lest il-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar qed jaħdem fuq proġett biex parti minn Ġnien Ċensu Xiberras f’Kerċem issir dementia-friendly. L-Awtorità tal-Ippjanar diġà ħarġet il-permessi neċessarji u fil-preżent qed jitħejjew id-dokumenti neċessarji biex tinħareġ l-offerta pubblika (tender) għal dawn ix-xogħlijiet. Fi ftit gimgħat oħra ser jibdew ix-xogħlijiet fuq id-dwal fil-ġnien ta’ Ulysses Grove. Dan apparti li se jibdew jitwaħħlu r-railings mill-ħaddiema tal-Gvern mad-dawra tal-ġnien Ulysses Grove, li se jkun spazju miftuħ fil-periferija tal-Belt Victoria. Intant, kif ingħad fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3570, il-Gvern għandu wegħda li jsir spazju miftuħ biswit il-Villa Rundle. Dan filwaqt li l-parkeġġ se jiġi rilokat għal taħt l-art. Bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet interni biex dan il-progett isir f’din il-legiżlatura.

Twelid ta’ trabi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi fl-2022 u fl-2023 skont l-istatistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO)? Jista’ jgħid ukoll: i. kemm minnhom huma minn ġenituri Maltin? ii. kemm minnhom huma minn ġenituri barranin? iii. kemm minnhom huma minn ġenitur Malti u l-ieħor barrani? iv. kemm minnhom huma minn ġenitur single parent Malti? v. kemm minnhom huma minn ġenitur single parent barrani?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-aħħar statistika disponibbli relatata ma’ twelid ħaj ta’ residenti hija għas-sena ta’ referenza 2022. Fl-2022 kien hemm 4,309 twelid ħaj ta’ residenti. Iċ-ċittadinanza tal-ġenituri hija mqassma kif ġej: · Iż-żewġ ġenituri kienu Maltin - 2,763 · Iż-żewġ ġenituri kienu barranin - 1,008 · Ġenitur wieħed kien Malti u ġenitur wieħed barrani – 395 · Ġenitur li welldet kienet Maltija u ġenitur l-ieħor ma ġiex iddikjarat waqt ir-reġistrazzjoni – 75 · Ġenitur li welldet kienet barranija u ġenitur l-ieħor ma ġiex iddikjarat waqt ir-reġistrazzjoni – 31 Is-37 twelid li jifdal ġew estratti minn rekords miżmuma mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Informazzjoni dwar il-ġenitur li welldet biss tinġabar minn dan is-sors u għalhekk dawn it-twelid ma jistgħux jiġu kklassifikati kif deskritt hawn fuq.

Restawr ta’ postijiet/monumenti storiċi f'Malta — Skema

Question

B'referenza għall-iskema ta’ restawr ta’ postijiet/monumenti storiċi f'Malta għal din is-sena, li ġiet ippubblikata iktar kmieni dan ix-xahar (Jannar 2024), jista' l-Ministru jgħid: i. kemm-il darba ħarġet tali skema matul l-aħħar għaxar snin u jindika s-snin meta ħarġet? ii. kemm kien l-ammont ivvutat għal din l-iskema sena b'sena? iii. kemm attwalment intefqu flus fi proġetti f'din l-iskema, maqsuma sena b'sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-twegibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 14985 u 15846.

Restawr ta’ postijiet/monumenti storiċi f'Malta — Skema

Question

B'referenza għall-iskema ta’ restawr ta’ postijiet/monumenti storiċi f'Malta għal din is-sena, li ġiet ippubblikata iktar kmieni dan ix-xahar (Jannar 2024), jista' l-Ministru jgħid: i. kemm irċieva applikazzjonijiet sena b'sena minn kemm ilha toħroġ tali skema, lokalità b'lokalità? ii. kemm kien il-valur ta’ kull proġett li applikaw għalih il-Kunsilli Lokali? iii. liema minn dawn il-proġetti ġew approvati minn kemm ilha toħroġ din l-iskema, lokalità b'lokalità? iv. kemm fil-fatt immaterjalizzaw proġetti sena b'sena minn kemm ilha toħroġ din l-iskema, lokalità b'lokalità?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba qed tiġi mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra. Intant infurmat illi din l-iskema ma titlobx li jingħata l-valur ta’ kull proġett li japplikaw għalih il-Kunsilli Lokali u dan minħabba li l-proġetti magħżula jitwettqu minn ħaddiema tad-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni fl-intier tagħhom (mid-dokumentazzjoni tal-monumenti sar-restawr fiżiku), u għaldaqstant il-Kunsilli ma jingħatawx għotja ta’ flus biex iwettqu il-proġetti magħżula. Infurmat ukoll illi n-numru ta’ proġetti li twettqu sena b’sena kienu skond kif ġej: • 2015 – 5 • 2016 – 6 • 2017 – 5 • 2018 – 5 • 2019 – 9 • 2020/2021 - 10 • 2022/ 2023 - 12 B’rabta mal-informazzjoni t’hawn fuq, infurmat li rigward is-sejħa tal-2017 kienu ntagħżlu 6 proġetti imma twettqu 5. Dwar dan infurmat illi ma kienx twettaq ir-restawr tal-Knisja tal-Ħġejjeġ (San Pawl il-Baħar) peress li l-Kunsill rispettiv iddeċieda li jirtira l-applikazzjoni. In oltre, taħt is-sejħa tal-2022/2023 infurmat li kienu ntagħżlu 13 il-proġett imma twettqu 12. Dwar dan infurmat illi ma kienx twettaq ir-restawr tal-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja (Fgura) minħabba li l-Kunsill kien informa lid-Dipartiment li kien qed iwettqu bir-riżorsi tiegħu. Finalment infurmat li taħt is-sejħa tas-snin l-oħra msemmija hawn fuq, twettqu l-proġetti kollha li ntagħżlu filwaqt illi uħud mill-proġetti magħżula taħt is-sejħa tal-2022/2023 qed jitwettqu fil-preżent.

Pagamenti lil kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta’ flus mħallsa mill-Gvern jew entitajiet tiegħu f’pagamenti lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fis-snin 2021, 2022 u 2023?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma sarux pagamenti lil kumpanija msemmija.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Kiri ta’ bini mill-privat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inkrew binjiet ġodda mingħand il-privat mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu bejn l-1 ta' Novembru 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid f'kull każ għal liema skop inkrew dawn il-binjiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm kirjiet ta’ binjiet ġodda li mhux inklużi fit-tabella annessa mal-mistoqsija parlamentari 3721.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Kura li kellha titkompla fl-Isptar Mater Dei

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pazjent daħal fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex imma l-kura tiegħu kellha f'xi ħin titkompla fl-Isptar Mater Dei jew f'xi sptar ieħor pubbliku f'Malta matul is-sena 2023, u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari maqsuma xahar xahar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-lista ta’ pazjenti li daħlu fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u l-kura kellha titkompla fl-Isptar Mater Dei jew f'xi sptar ieħor pubbliku hija kif ġejja; Numru Sena 2023 Jannar 28 Frar 23 Marzu 38 April 40 Mejju 53 Ġunju 40 Lulju 30 Awwissu 27 Settembru 40 Ottubru 34 Novembru 24 Diċembru 21 Sena 2024 Jannar 31 Frar (sal - 14 ta’ Frar) 19

Għawdex – parkeġġ ta’ Marsalforn – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li qabel l-istaġun tas-sajf il-parkeġġ ta’ Marsalforn jitkompla jinkesa bit-tarmac peress li parti kbira mill-istess parkeġġ għadu qatt ma ġie mogħti t-tarmac u kull sena l-kundizzjoni tiegħu qed tkompli tiddeterjora?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Ministeru qiegħed jaħdem biex jiġu asfaltati diversi toroq f’Marsalforn anke wara laqgħa li saret mal-Kunsill Lokali taż-Żebbug fejn ġew miftiehma liema postijiet huma l-aktar urgenti li jsiru.

Marsalforn, Għawdex — Triq Santa Marija - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta għandu l-ħsieb li jasfalta u jibni mill-ġdid il-parti ta' fuq ta' Triq Santa Marija, Marsalforn li tinsab fi stat ħażin ħafna? Jista’ jgħid jekk din hijiex ser issir matul is-sena 2024?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15592.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Responsabiltajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema direttorati u/jew taqsimiet fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar ser jgħaddu u jibdew jaqgħu taħt ir-responsabbilità diretta tad-Direttur Ġenerali (Strategy and Support Division) il-ġdid fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar fil-ġimgħat li ġejjin wara li nħoloq post ġdid ta' Direttur Ġenerali (Major Projects)?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttur Ġenerali (Strateġija u Sapport) ser jibqa' responsabbli mid-Direttorat għat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku, mid-Direttorat għal Manutenzjoni, mid-Direttorat għall-Affarijiet Rurali f'Għawdex, mid-Direttorat għall-Wirt Kulturali u mill-Intervention Unit.

Malta u Għawdex – Devoluzzjoni ta’ proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm artijiet jew proprjetà tal-Gvern devoluta lil kull Kunsill Lokali f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid ukoll liema huma dawn il-proprjetajiet devoluti u kemm kienet il-kirja mħallsa għal kull proprjetà fl-aħħar tas-sena 2023?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Sliema – Tigne Officer’s mess

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-‘Officers’ Mess’ ta’ Fort Cambridge, Sliema li hi struttura ta’ interess storiku, għadha ma ġietx skedata u protetta?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant dan is-sit illum huwa kopert bil-permess PA 2906/16 li jispeċifika li l-qoxra ta’ dan il-bini għandha tiġi protetta u restawrata.

Persuni li ma jirċevux pensjoni sħiħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pensjonanti li ma jirċevux il-pensjoni sħiħa minħabba li kellhom nuqqas ta’ ħlas ta' kontribuzzjonijiet soċjali (bolol)? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Għawdex — Talbiet għal kumpens rigward inċidenti f’toroq ta’ stat ħażin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba għal kumpens saret lill-kunsilli lokali f’Għawdex għal ħsarat li ġarrbu persuni fil-vetturi tagħhom f’Għawdex konsegwenza ta’ inċidenti fit-toroq li ġraw minħabba toroq mhux miżmuma tajjeb, mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid kemm-il talba saret lil kull kunsill lokali f’Għawdex? Jista’ jgħid x’tip ta’ ħsarat kienu u kemm kienu l-ammonti mitluba minn dawn il-persuni għall-ħsarat li ġarrbu fil-vetturi tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba skont kif mibghuta lili mid-Divizjoni ghall-Gvern Lokali hi skont kif gej: Lokalità Numru ta' Talbiet Tip Ta' Ħsara Ammont ta' kumpens mitlub Għajnsielem 1 Ħsara fi chasis tal-karozza u brijx fil-bibien € 750 Qala 1 Ħsara fit-tyres tal-karozza € 131.50 Munxar 2 Ħsara fil-qiegħ tal-vettura minħabba grada ta’ stormwater culvert Ħsara fil-battery tal-karozza għax sidha ma setgħax joħroġ il-karozza mill-garaxx minħabba xogħol li kien għaddej fil-pjazza € 1,328 Sannat 1 Qatt ma ġiet sottomessa informazzjoni lura lill-Kunsill mingħand min għamel it-talba n/a Rabat 4 Ħsara fit-tyres, Ħsarat mekkaniċi € 1,996.86