MCCAA — Diviżjoni dwar Regolamenti Tekniċi - Ħaddiema
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jgħid kemm attwalment hemm uffiċċjali fi ħdan id-Diviżjoni dwar Regolamenti Tekniċi li tifforma parti mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-professjoni ta’ kull wieħed minn dawn l-uffiċċjali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li attwalment hemm 36 uffiċċjal fi ħdan id-Diviżjoni dwar Regolamenti Tekniċi li tifforma parti mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur. Dettalji huma skont it-tabella hawn taħt.
MCCAA
Diviżjoni dwar Regolamenti Tekniċi - Ħaddiema
1
Director General (Technical Regulations)
1
Director (Regualtory Affairs)
1
Director (Market Surveillance)
1
Senior Manager - Regulatory Affairs
1
Assistant Director Regulatory Affairs
4
Senior Professional Officer - Engineer
3
Senior Professional Officer - Scientist
3
Senior Professional Officer (Pesticides Control Unit)
2
Senior Professional Officer (Scientific Stream)
2
Professional Officer - Engineer
6
Professional Officer - Scientist
1
Professional Officer (Architect)
1
Professional Officer (Scientific Stream)
5
Senior Administrative Officer
1
Senior Officer - Technical
1
Officer Technical
2
Inspector Market Surveillance
Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet — membri
Question
B’referenza għal diversi mistoqsijiet li diġà saru matul dawn l-aħħar snin li però baqgħu bla tweġiba definittiva (ara mistoqsijiet fost oħrajn il-mistoqsija parlamentari 21883 li saret fit-XIII Legislatura, u l-mistoqsijiet parlamentari 696, 7191 u 7809 ta’ din il-Legislatura), jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta ser jiġu maħtura l-membri tal-Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet, stabbilit skont l-Att dwar ir-Regolament ta’ Ċerti Xogħlijiet f’Utilitajiet u Servizzi, Kap. 81?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-board imsemmi qiegħed fil-proċess li jiġi mwaqqaf.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Direttur Ġenerali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min hi l-persuna li fil-preżent u f'dawn l-aħħar ġranet, qed tokkupa l-kariga ta' Direttur Ġenerali (Operations) fi ħdan il-Ministeru u kif ġiet magħżula?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-persuna li qed tokkupa l-kariga ta’ Direttur Ġenerali (Operat) fi ħdan il-Ministeru, hi fuq bażi “Acting” u dan sakemm jingħalaq il-proċess tas-Senior Advisory Appointments Committee għal din il-pożizzjoni.
Għawdex — Malta Enterprise - Programmi ta' promozzjoni ta’ investiment dirett barrani
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Malta Enterprise bejn is-sena 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, implimentatx xi programm ta' promozzjoni tal-investiment dirett barrani f'Għawdex biex b'hekk jiġu attirati proġetti li mhumiex imfixkla mil-limitazzjoniet tal-gżira u jekk iva, fiex kienu jikkonsistu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-isforzi promozzjonali mwettqa mill-Malta Enterprise jsiru għal Malta u Għawdex kollha u l-mod kif issir il-promozzjoni tkun maħsuba għall-kumpaniji speċifiċi li Malta Enterprise tkun qed titkellem magħhom. Il-messaġġ imwassal huwa dwar il-potenzjal li jsir negozju fil-gżejjer Maltin.
Dan iseħħ fl-interazzjonijiet kollha li l-ME għandha ma' investimenti potenzjali. Dan il-messaġġ huwa pproġettat ukoll fl-avvenimenti internazzjonali kollha li tattendi l-Malta Enterprise u fl-avvenimenti li torganizza il-Malta Enteprise.
Meta investiment ikun ser jibda l-operat tiegħu mill-gzejjer Maltin, l-investitur jiġi nfurmat b’dak li għandhom x’joffru Malta, u b’mod partikolari Għawdex u l-assistenza finanzjarja mogħtija jekk jibda jopera minn Għawdex li hija vantaġġjuża minn dik li noffru għall-bqija tal-pajjiż.
Għawdex — Ammont totali ta' investiment barrani dirett
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' investiment barrani dirett f’Għawdex fl-aħħar ta' kull sena, mis-sena 2017 sas-sena 2023?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li f fl-ahhar snin il-Malta Enterprise kompliet tiffoka fuq li tattira investiment lejn Malta u Għawdex.
F’dawn l-aħħar snin, il-Malta Enterprise rat numru ta’ proġetti ta’ investiment lokali u barrani li beda u kompla jikber f’Għawdex f’setturi li jinkludu maniffatura u teknoloġija. L-Ammont totali ta’ investiment huwa ta' aktar minn €2,000,000 li jinkludu l-ammont ta’ investiment barrani ġewwa Għawdex minn kumpaniji li talbu assistenza mill-Malta Enterprise.
Għalhekk, dawn il-figuri ma jinkludux investiment ieħor barrani u espansjonijiet li ma kellhomx bżonn assistenza mill-Malta Enterprise u / jew jaqaw f’setturi li jiġu megħjuna minn entitatjiet oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk baqax toroq f'Għawdex li jridu jsiru mill-ġdid u jekk iva, kemm baqa' u f’liema raħal jinsabu u jagħti l-isem tat-triq, kif ukoll kemm huwa stmat li se jiswew ix-xogħlijet pendenti fuq dawn it-toroq u meta hu maħsub li jsiru u jitlestew?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament għaddej ix-xogħol fuq Triq ta’ Wara s-Sur fir-Rabat, Triq Għajn Tuta Kerċem u Triq Ħamri, Għajnsielem, u triq it-28 t’April 1688, Qala. Fil-ġimgħat li ġejjin inkunu qed jitħabbru wkoll aktar xogħlijiet fuq toroq oħra.
Għawdex — Malta Enterprise - Investiment dirett barrani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment dirett barrani, adattat għaċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ Għawdex, qed tippromwovi l-Malta Enterprise minbarra dak tas-settur mediku u tas-saħħa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellent li x-xogħol li jsir biex jiġi attirat investiment dirett barrani ġewwa Għawdex huwa wieħed ħolistiku u s-settur mediku u tas-saħħa huma biss żewġ setturi minn bosta oħra li l-Malta Enterprise tattira. Fl-aħħar snin, kien hemm aktar iffukar biex jiġu attirati proġetti ta' teknoloġija avvanzata lejn Għawdex.
Fl-Istess ħin ukoll qed naraw anke kumpaniji b’investiment barrani f’Għawdex li qed jespandu b’operat diversfikat. Dawn il-proġetti mhumiex neċessarjament limitati għal qasam teknoloġiku wieħed.
Hemm ukoll sforzi speċifiċi biex Għawdex jiġi stabbilit bħala testing bed għal proġetti innovattivi.
B’referenza għal diversi mistoqsijiet li saru fil-passat dwar kawżi quddiem il-Qorti Kostituzzjonali minħabba allegat non-konformi mal-artikolu 39 tal-Kostituzzjonu da parti tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) u tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) meta dawn l-awtoritajiet pubbliċi imponew penalitajiet sostanzjali, jista’ l-Ministru:
(a) jagħti rendikont ta’ kull kawża li saret tas-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-pendenzi quddiem il-Qorti Kostituzzjonali?
(b) jgħid jekk s’issa ġewx finalment deċizi xi appelli li saru quddiem l-istess Qorti Kostituzzjonali minn xi deċiżjoni tal-Prim Awla (Sede Kostituzzjonali) f’dak ir-rigward, u jekk ġew deċiżi xi appelli, liema kienu u x’kien l-eżitu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-MFSA, ma hemm l-ebda kawża pendenti f’dan ir-rigward kontra l-Awtorità quddiem il-Qorti Kostituzzjonali.
Rigward l-FIAU, il-korp, flimkien mal-Avukat tal-Istat, preżentament għandu ħames (5) kawżi pendenti quddiem il-Qorti Kostituzzjonali. Kull kawża hija appell minn deċizjoni tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali). Is-segwenti huwa rendikont tas-sitwazzjoni attwali fir-rigward ta’ kull kawża hawn fuq imsemmija:
Referenza
Numru ta' Seduti
Skop tas-seduta li jmiss
51/2022/2MC
2
Għat-trattazzjoni dwar it-talba għal referenza quddiem il-Qorti Ewropea.
300/2022/2MC
2
Għall-kontinwazzjoni in segwitu l-ezitu tat-trattazjoni hekk indikata fl-iskop tal-appell kostituzzjonali 51/2022/2 suċitat.
11/2022/1MC
0
Primo Appuntamento
175/2021/2MC
0
Għadha mhux appuntata
394/2021/1MC
0
Għadha mhux appuntata
Sal-ġurnata ta’ din ir-risposta, l-ebda appell li sar quddiem il-Qorti Kostituzzjonali minn xi deċiżjoni tal-Prim Awla Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) ma għadu ġie deċiż.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex ser ikunu jikkonsistu t-tibdiliet fit-tmexxija li hemm ippjanati li jsiru fil-ġimgħat li ġejjin ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li mit-8 ta’ Frar 2024, id-Direttur Ġenerali Sa Carmen Ogilive-Galea bdiet tmexxi tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u ser tkun tirrispondi lis-Segretarju Permanenti tas-Saħħa, is-Sur Joseph Chetcuti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku ġewwa Għawdex li fihom kien hemm persuni li sofrew ġrieħi matul is-sena 2023 u jaqsam din l-informazzjoni lokalità lokalità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ inċidenti tat-traffiku, rrapurtati mal-Pulizija fis-sena 2023 ġewwa Għawdex u li fihom kien hemm persuni li sofrew ġrieħi, maqsuma lokalità lokalità, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Ma kienx hemm fatalitajiet fl-istess perjodu.
Bliet ġewwa Għawdex
Numru ta’ inċidenti tat-traffiku b’feriti
Fontana
1
Għajnsielem
13
Għarb
6
Munxar
1
Nadur
14
Qala
5
Rabat
37
San Lawrenz
1
Sannat
4
Xagħra
7
Xewkija
15
Żebbuġ
12
Total
116
In-Nadur, Għawdex – Triq ir-Rabat — Retaining wall
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar spezzjoni fuq ir-retaining wall tal-konkos li hemm fi Triq ir-Rabat, fin-Nadur, liema ħajt jidher li jista' jċedi? Jista' jgħid ukoll jekk min għamel din l-ispezzjoni, ikkonfermax li ma hemm l-ebda periklu? Jekk iva, jista' jqiegħed kopja tar-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar spezzjoni li saret fuq ir-retaining wall tal-konkos kien fis-sena 2023 kemm minn Perit tal-Gvern u anke minn Perit indipendenti.
Jista' l-Ministru jgħid meta kien l-aħħar darba li l-Kumitat Tekniku tal-Ġgantija ppreżenta rapport dwar l-istat ħażin ħafna u l-problemi strutturali li hemm, f'parti mill-Ġgantija tant li hemm faċċata minnhom qed iżżomm biss bl-iscaffolding li ilu fil-post aktar minn 30 sena? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l-aħħar rapport ta' dan il-Kumitat Tekniku?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi l-agenzija Heritage Malta hija l-entità responsabbli mill-Park Arkeoloġiku tal-Ġgantija.
Infurmat li sa mis-snin tmenin tas-seklu għoxrin, l-istabbilta’ tal-istruttura megalitika kienet waħda mill-prioritajiet ta’ dan is-sit. Infurmat li l-iscaffolding preżenti kien ittella’ mid-Dipartiment tal-Mu¿ewijiet bħala mi¿ura preventiva, fuq rakkomandazzjoni tal-UNESCO tal-1994. Dwar dan infurmat li Heritage Malta ħadet ħsieb numru ta’ studji fuq l-istruttura minn dak iż-żmien ’l hawn, fosthom studju tal-Professur Alex Torpiano tal-2013.
Infurmat ukoll li aktar riċenti, bl-ghajnuna tal-UNESCO, twaħħlu numru ta’ ‘movement sensors’ mal-faċċata tas-sit biex tinġabar informazzjoni xjentifika biex tkompli tinforma deċiżjonijiet futuri f’dan ir-rigward.
Dawn l-istudji saru fi sfond ta’ programm sħih ta’ konservazzjoni fis-sit arkeoloġiku, u huma parti integrali mill-obbligu ta’ Heritage Malta li tipproteġi dawn is-siti għan-nom tad-dinja kollha.
Ministeru għall-Ekonomiija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Chairpersons u membri ta’ entitajiet pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12017, 13492 u 14667 u jgħid min huma ċ-Chairpersons u l-membri ta’ kull entità pubblika - irrispettivament mill-mod kif deskritti - li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u f’kull każ jgħid:
(a) kull persuna kemm ilha fil-ħatra, u
(b) meta tiġi fit-tmiem il-ħatra attwali ta’ kull persuna?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw fil-mistoqsijiet parlamentari 16173, 16174, 16175, 16176, 16177, 16179, 16180 u 16181, ninfurmah li l-kumplament tal-informazzjoni se tingħata f’seduta oħra.
SPD3/2023/082 — TENDER FOR THE TRENCHING WORKS AND LAYING OF NEW UTILITIES AT TRIQ DUMINKU MINTOFF, VICTORIA, GOZO
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti s-sejħa li ħarġet reċentement mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar SPD3/2023/082 - TENDER FOR THE TRENCHING WORKS AND LAYING OF NEW UTILITIES AT TRIQ DUMINKU MINTOFF, VICTORIA, GOZO u kemm kienet stmata din is-sejħa? Jista’ jgħid ukoll għaliex din it-tender ġiet ikkanċellata?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet jikkonsistu f’xogħlijiet ta’ skavar u l-introduzzjoni ta’ sistemi ġodda tas-servizzi għall-binjiet kollha li jinsabu fi Triq Duminku Mintoff u fil-viċin. Din it-tender ġiet ikkanċellata għax l-ebda offerent ma kien technically compliant.
Għawdex — Sannat– Triq il-Paranji – area Ta’ Rinota - toroq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb biex it-toroq fl-area Ta' Rinota ġewwa l-Munxar u Triq il-Paranji fis-Sannat Għawdex isiru matul is-sena 2024, peress li f'dawn l-aħħar disa' snin sar ħafna bini fihom u dawn it-toroq għadhom qatt ma saru u jaqgħu taħt ir-responsabilità diretta tal-Ministeru għal Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru jikkonsulta kontinwament mal-Kunsilli Lokali dwar il-ħtiġijiet tar-raħal sabiex jiġi deċiż liema toroq l-aħjar isiru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Bereġ tas-Saħħa f'Għawdex li fil-mument qegħdin jiffunzjonaw? Kemm ħin fil-ġimgħa qed tinfetaħ għall-pubbliku kull waħda minn dawn il-bereġ? Jista’ jgħid ukoll x'servizzi qed jiġu offruti fil-mument minn dawn il-bereġ u kemm hemm ippjanati li jerġgħu jinfetħu bereġ fl-irħula f’Għawdex fil-ġimgħat li ġejjin?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-Tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3628. Kif ġie spjegat, l-irwol il-ġdid tal-Kliniċi tal-Komunità jmur ferm lil hinn mill-funzjoni li kellhom il-bereġ sa ftit żmien ilu.
Il-Kliniċi tal-Kommunità saru kliniċi moderni f’dik li hija dehra u mgħammra bl-aħjar apparat mediku biex jiġi offrut servizz ta’ kura primarja multidixxiplinaru tal-ogħla livell. Il-Kliniċi tal-Kommunità huma ukoll imqabbda mas-sistema tal-electronic patient recrod biex l-istorja medika tal-pazjent tkun aċċessibbli f’ħin reali minn kullimkien fil-Primary HealthCare.
L-għan prinċipali hu lis-servizzi tal-kura primarja jersqu aktar qrib il-post tar-residenza tal-pazjenti u l-post tax-xogħol tagħhom. Għaldaqtant, il-Kliniċi tal-Kommunita jinfetħu f’postijiet strateġiċi.
Filwaqt liċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Victoria jkopri l-Għawdex kollu, bħalissa hemm il-Klinika tal-Kommunità fix-Xewkija li tkopri l-lokalitajiet tan-naħa tal-Grigal, u l-Klinika tal-Kommunità tal-Għarb li tkopri dawk tan-naħa tal-Majjistral. Fil-ġimgħat li ġejjin ser tiżdied magħhom Klinika tal-Kommunità fil-Qala li ser tkun tkopri n-naħa tax-Xlokk.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-servizzi offruti.
In-Nadur, Għawdex – Triq Daħlet Qorrot – xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol jonqos fi Triq Daħlet Qorrot fin-Nadur biex ix-xogħol ikun lest kollu? Jista' jgħid ukoll meta hu maħsub li jkun lest dan ix-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol li għad jonqos fi Triq Daħlet Qorrot hu li tingħata l-wearing course. It-tieni kisja mistennija tingħata aktar tard din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa, full-time u part-time, mis-sena 2013 sas-sena 2023 maqsuma sena b’sena, ġewwa Għawdex u Kemmuna u kemm minnhom huma irġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti. Ninfurmah ukoll li m’għandniex informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time. Tali informazzjoni għandha tintalab mill-Ministeru kkonċernat.
SENA
KUMPANIJI JEW FOROM OHRA
NISA
IRĠIEL
TOTAL
2013
3
196
1,190
1,389
2014
3
205
1,401
1,609
2015
4
220
1,422
1,646
2016
4
228
1,515
1,747
2017
4
244
1,600
1,848
2018
3
253
1,642
1,898
2019
3
271
1,753
2,027
2020
4
312
1,961
2,277
2021
4
362
2,199
2,565
2022
4
418
2,346
2,768
2023
4
449
2,458
2,911
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu mwaqqaf il-Housing Development Fund, kemm hemm fondi f’dan il-fond u x'tip ta' investiment sar minn mindu twaqqaf ġewwa Għawdex? Kemm kien l-investiment li sar f'kull każ u fejn jinsabu l-postijiet li fihom saru l-investimenti ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid ukoll f'liema lokalitajiet hu mistenni li jkun hemm investimenti matul is-sena 2024 ġewwa Għawdex?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat li hemm għaqdiet volontarji f’Għawdex li wrew interess li jibbenefikaw minn dan il-fond. Irrid nirrimarka li permezz ta’ dan il-fond fl-aħħar xhur għaqdiet volontarji ibbenefikaw minn dan il-fond b’riżultat li qegħdin jagħmlu differenza pożittiva fil-ħajja tan-nies. Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 14456 għal aktar informazzjoni dwar il-proġetti li saru diġà u oħrajn li se jiġi mnedija matul l-2024.