Legislature:
Category:
Reset
Active:

Court Attorneys – Kriterji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji li fuqhom jintgħażlu, jinħatru, jiġu assenjati u jitneħħew mill-kariga l-Court Attorneys? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ impjieg ta’ Court Attorney?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Court Attorneys

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawk il-persuni li bħalissa qegħdin jaqdu dmirijiethom fil-kariga ta’ Court Attorney fejn jindika wkoll ma’ liema ġudikanti jinsabu assenjati dawn il-Court Attorneys?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Ġudikanti – Servizz ta’ Court Attorney

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ ġudikanti li bħalissa qegħdin jinqdew bis-servizzi ta’ Court Attorney u kemm huwa n-numru ta’ ġudikanti li fil-preżent m’għandhomx Court Attorney assenjat magħhom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet - Konsultazzjoni Pubblika

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi sottomissjonijiet fir-rigward tal-Konsultazzjoni Pubblika biex jiġu emendati r-Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet li saret flimkien mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)? Jekk kien hemm, minn min saru s-sottomissjonijiet u x’kienu l-proposti fis-sustanza tagħhom?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat illi fir-rigward tal-konsultazzjoni pubblika biex jiġu emendati r-Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet ġew riċevuti numru ta’ sottomomissjonijiet mingħand ditti legali, avukat, awtorità regolatorja, assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-intrapriżi u espert fil-qasam kummerċjali. Dawn is-sottomissjonijiet indirizzaw numru ta’ punti, fosthom biex jiġu riveduti t-thresholds li ġew proposti, l-introduzzjoni ta’ salvagwardji rigward is-setgħa l-ġdida proposta magħrufa bħala call-in, kwistjonijiet ta’ ċertezza legali, konsultazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji settorjali, sospensjoni tal-limiti ta’ żmien, livelli ta’ penali, il-proporzjonalità tal-ħlasijiet u l-ħtieġa għal aktar ċarezza f’diversi aspetti tal-formoli ta’ notifika.

MCCAA - Avukati impjegati full-time

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm avukati impjegati full-time mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), u kif inhuma maqsuma skont id-diversi direttorati fi ħdan l-istess MCCAA?

Response (ABELA, ROBERT)

Kif diga nfurmajt lill-Onor Interpellant fit-tweġiba għal-Mistoqsija Parlamentari nru 29084, fl-MCCAA hemm 11 il-avukat li jagħmlu xogħol legali. Ninsab infurmat li minn dawn tlieta jaħdmu fl- Uffiċċju tal-Konsumatur, erbgħa mal-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni u erbgħa huma fi ħdan l-amministrazzjoni.

Tribunal għar-Reviżjoni Amministrattiva - Appelli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru appelli minn deċiżjonijiet tat-Tribunal għar-Reviżjoni Amministrattiva fl-2025 u kemm minnhom saru quddiem il-Qorti tal-Appell (Inferjuri) u kemm minnhom saru quddiem il-Qorti tal-Appell (Superjuri)?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi mill-kawżi tat-Tribunal għar-Reviżjoni Amministrattiva li ġew deċiżi fl-2025, ġew reġistrati 29 appell u kollha saru quddiem il-Qorti tal-Appell (Inferjuri).

Qorti tal-Appell (Superjuri) u Qorti tal-Appell (Inferjuri) - Appelli ċivili

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru appelli ċivili fl-2025 u kemm hemm appelli pendenti attwalment quddiem il-Qorti tal-Appell (Superjuri) u l-Qorti tal-Appell (Inferjuri)?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tabella ta’ hawn taħt turi kemm ġew reġistrati appelli ċivili fis-sena 2025 u kemm hemm appelli pendenti quddiem il-Qorti tal-Appell (Superjuri) u l-Qorti tal-Appell (Inferjuri). Reġistrati 2025 Pendenti 2025 Appelli (Superjuri) Malta 453 338 Appelli (Inferjuri) Malta 471 386 Appelli (Inferjuri) Gozo 10 9

Trabi li twieldu lil ommijiet barranin – Unknown Father

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mit-trabi mwielda minn ommijiet ta’ nazzjonalità barranija, f’Malta u Għawdex fl-2024 u l-2025, kienu reġistrati b’unknown father’, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fl-2025 kien hemm 36 tarbija li twieldu f’Malta u f’Għawdex.

CT2130/2025 - RECONSTRUCTION AND UPGRADING OF SEVERAL ROADS IN QALA AND NADUR, GOZO IN A RESOURCE EFFICIENT MANNER WHICH CONSIDERS WIDER ENV. IMPACTS INCLUDING THE REPLACEMENT OF BURIED INFRASTRUCTURE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta’ aġġudikazzjoni tas-sejħa ‘CT2130/2025 - RECONSTRUCTION AND UPGRADING OF SEVERAL ROADS IN QALA AND NADUR, GOZO IN A RESOURCE EFFICIENT MANNER WHICH CONSIDERS WIDER ENV. IMPACTS INCLUDING THE REPLACEMENT OF BURIED INFRASTRUCTURE’ u meta hu maħsub (xahar u sena) li jingħalaq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender imsemmi ġie aggudikat. Bħalissa għaddejjin l-arranġamenti meħtieġa sabiex jiġi ffirmat il-kuntratt. Wara l-iffirmar tal-kuntratt, u skont il-kundizzjonijiet kuntrattwali, ikun jista’ jibda x-xogħol.

CT2132/2025 Design, Build, Demolition, Shoring of Existing Structure, Excavation, Construction, Finishes, Landscaping and MEPs using Env Friendly Prod. for Marija Bambina Mellieħa Primary School

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta’ aġġudikazzjoni tas-sejħa CT2132/2025 ‘Design, Build, Demolition, Shoring of Existing Structure, Excavation, Construction, Finishes, Landscaping and MEPs using Env Friendly Prod. for Marija Bambina Mellieħa Primary School’ u meta hu maħsub li jingħalaq?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-offerti tas-sejħa msemmija qed jiġu evalwati.

L-Għasri - Għolja ta’ Għammar - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar ix-xogħlijiet ġewwa l-Għolja ta’ Għammar fl-Għasri? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn ix-xogħlijiet tlestewx kollha u jekk le, x’fadal isir u meta hu maħsub li dan il-proġett jitlesta kollu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

IND-HHF-T020-25 ‘WORKS - DESIGN AND BUILD TENDER FOR THE CONSTRUCTION OF HAL FAR BUSINESS INCUBATION CENTRE (HFBIC) INCLUDING THE RESPECTIVE EXCAVATION, INFRASTRUCTURE AND PART FINISHES USING ENVIRONMENTALLY FRIENDLY’

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar is-sejħa IND-HHF-T020-25 ‘WORKS - DESIGN AND BUILD TENDER FOR THE CONSTRUCTION OF HAL FAR BUSINESS INCUBATION CENTRE (HFBIC) INCLUDING THE RESPECTIVE EXCAVATION, INFRASTRUCTURE AND PART FINISHES USING ENVIRONMENTALLY FRIENDLY’ u jispjega fid-dettall fiex kienet tikkonsisti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li dan il-proġett huwa ffinanzjat minn Fondi Ewropej. It-tender ħareg f’forma ta’ design and build iżda l-offerenti ma’ ssodisfawx il-kriterji meħtieġa sabiex jikkwalifikaw ghall-istadju tekniku tal-evalwazzjoni, għaldaqstant se jkun qed jerġa jinħareġ tender ieħor.

Għawdex – Immodernizzar ta’ Pitkaliji, Cold Stores u l-biċċerija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li toħroġ is-sejħa pubblika (xahar u sena) biex isiru x-xogħlijiet kollha relatati mal-applikazzjoni sottomessa mill-Ministeru tiegħu (Cold Stores, Triq il-Biċċerija, ix-Xewkija) PA/04241/24 ‘The proposed works consist of internal alterations and extension of the existing cold stores building at ground, first and second floor. The proposed development envisages a total of 6 cold rooms (Class 6A), 12 offices (Class 4A) and a store’?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed tiġi abbozzata s-sejħa għall-offerti biex isiru x-xogħlijiet b’rabta mal-applikazzjoni li ġiet approvata.

Ix-Xewkija - Ċentru tal-Università - Estensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar f’dawn l-aħħar xahrejn fuq l-estensjoni taċ-Ċentru tal-Università fix-Xewkija u kemm intefqu flus fuq din l-estensjoni f’dawn l-aħħar xahrejn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Inteperpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25006.

CT3047/2023 Tender for the structural consolidation and conservation of the aqueduct in Triq Papa Ġwanni Pawlu II, Rabat, Gozo using environmentally friendly measures

Question

Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar is-sejħa “CT3047/2023 Tender for the structural consolidation and conservation of the aqueduct in Triq Papa Ġwanni Pawlu II, Rabat, Gozo using environmentally friendly measures”? Jista’ jgħid ukoll x’sar f’dan l-aħħar xahrejn u kemm qed ikun hemm ħaddiema jaħdmu ta’ kuljum fuq dan il-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, fir-rigward tas-sejħa CT3047/2023 qed, f’dawn l-aħħar xahrejn kompla t-tindif taż-żona kif ukoll xogħol bl-idejn maż-żewġ naħat tal-akwadott tul medda ta’ 260 m, sabiex jiġi rkuprat il-materjal oriġinali li kien ikkollassa u ntradam bil-ħamrija. Dan il-materjal qed jiġi stivat fis-sit biex ma ssirlu l-ebda ħsara u biex, aktar ’il quddiem, jiġi reintegrat fl-istruttura oriġinali tal-akwadott. Sadanittant tqiegħdu l-uffiċini temporanji fuq il-post u qed isiru l-istudji neċessarji u l-preparamenti relatati mal-fażijiet sussegwenti tal-proġett.

PMC for Victoria Car Park and Green Space at Pjazza l-Assedju ta’ Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31276 dwar il-Preliminary Market Consultation maħruġa mill-ministeru tiegħu u li għalqet fit-30 ta’ Settembru 2024, fejn ġie mwieġeb li “bħalissa qed isiru l-preparamenti sabiex jiġi abbozzat id-dokument tal-konċessjoni”, jista’ l-Ministru jgħid x’irriżulta minn ‘PMC for Victoria Car Park and Green Space at Pjazza l-Assedju ta’ Għawdex’? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-aħħar żviluppi u meta huwa mistenni (xahar u sena) li tinħareġ offerta miftuħa għall-konċessjoni?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li l-Outline Development Permit inħareġ f’Awwissu li għadda, l-Awtorità tal-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex (GRDA) ġiet inkarigata biex tipprepara d-dokumenti meħtieġa sabiex jinħareġ it-tender relatat ma’ dan il-proġett. Il-proċess tekniku u amministrattiv relatat huwa bħalissa għaddej, u huwa mistenni li jkun komplut matul it-tieni kwart tas-sena 2026.

Sejħa għal Senior Principals

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid f’liema xahar tal-2026 hu maħsub li tinħareġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal Senior Principals?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li matul ix-xahar ta Frar 2026, kien hemm sejħa għall-applikazzjonijiet għal Senior Principals.

Villa Rundle – Attivitajiet ta’ żmien il-Milied - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali biex inżamm il-programm ta’ attivitajiet ta’ żmien il-Milied f’Villa Rundle u fil-madwar? Fiex kienu jikkonsistu dawn in-nefqiet, u kif kienu maqsuma, bħal: armar, tiżjin, dwal eċċ.? X’tip ta’ sigurtà kien hemm waqt l-attivitajiet u minn min ġiet ipprovduta? Jista’ jagħti dettalji ta’ nefqiet oħra li kienu involuti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Il-programm ta’ attivitajiet ta’ żmien il-Milied f’Villa Rundle kien estiż fuq numru ta’ ġimgħat, bejn l-aħħar ta' Novembru u l-ewwel ġimgħa ta' Jannar. Il-programm kien jinkludi attivitajiet marbuta mal-Christmas Market, mad-Dinja tat-Tfal u l-Illuminated Trail filgħaxijiet. Bla dubju dawn l-attivitajiet ħallew inpatt pożittiv kemm fuq l-atmosfera tal-Milied fil-gżira Għawdxija kif ukoll impatt ekonomiku minħabba l-konkorrenza tan-nies f’Għawdex matul dan il-perjodu. Ninsab infurmat li n-nefqa globali biex jinżamm il-programm kienet tammonta għal €62,426.

Rabat, Għawdex - Ċentru tas-Saħħa - Ħinijiet tal-ftuħ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33101, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid f’liema xahar tas-sena 2026 huwa ppjanat li ċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat, Għawdex, jinfetaħ għal iktar sigħat matul il-ġurnata kif ġie mħabbar fl-aħħar baġit?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li aktar informazzjoni titħabbar fil-ħin propizju.