Legislature:
Category:
Reset
Active:

MSPP/02/2022 — Proċess ta’ aġġudikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar is-sejħa MSPP/02/2022 li għalqet fil-15 ta’ Marzu 2023 'Concession for the regeneration and design, management, operation, maintenance and transfer back of the Ex-Chalet site, Sliema as a Superior Quality Catering and Entertainment Establishment' u jgħid fiex wasal il-proċess ta’ aġġudikazzjoni ta’ din l-istess sejħa u meta hu maħsub li jingħalaq u jinbeda x-xogħol mitlub?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-proċess ta' aġġudikazzjoni huwa magħluq u jinstab fi stadju fejn qed jiġu evalwati l-appelli.

KGEs Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Kindergarten Educators (KGEs) Għawdxin, li jaħdmu fi skejjel primarji ġewwa Malta? Jista’ jgħid f’liema lokalità jaħdmu u jaqsam din l-informazzjoni lokalità b'lokalità? Jista’ jgħid ukoll kemm snin ilhom jaħdmu ġo skejjel primarji ġewwa Malta, kemm minnhom huma relievers, f'liema skola huma relievers u kemm ilhom relievers?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 33 KGEs Għawdxin li jaħdmu fi skejjel primarji ġewwa Malta.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Ħaddiema stazzjonati f’Kemmuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, li huma stazzjonati f’Kemmuna? Jista’ jgħid minn liema dipartiment ġejjin dawn il-ħaddiema, x’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn il-ħaddiema f’Kemmuna matul is-sena, kemm minnhom huma ħaddiema tal-Gvern u kemm minnhom m’humiex ħaddiema tal-Gvern? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn il-ħaddiema jaħdmux bix-shift u jekk hemmx il-ħsieb li fil-ġimgħat li ġejjin jiżdiedu aktar ħaddiema ma’ dawk diġà preżenti ġewwa Kemmuna?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex fil-preżent għandu 17-il ħaddiem u Senior Foreman li jagħmlu xogħol ta’ tindif fil-bajja ta’ Santa Marija u fil-bajja tal-Blue Lagoon.

Għawdex — Suq tal-bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb matul is-sena 2024, li l-Ministeru tiegħu, permezz tal-Aġenzija Maltija għall-Ikel, jibda jopera s-suq tal-bdiewa (Farmers Market) ġewwa l-gżira ta' Għawdex, bħalma qed isir f'diversi postijiet f’Malta f'dawn l-aħħar snin?

Response (REFALO, ANTON)

Filwaqt li nagħrfu s-suċċess u l-benefiċċji li l-Farmers Market ġab f’diversi postijiet f’Malta, ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsabu impenjati li nkomplu nesploraw inizjattivi simili li jistgħu jappoġġjaw il-komunità agrikola speċifikament f’Għawdex. Kwalunkwe żviluppi se jiġu kkomunikati fi żmien debitu hekk kif tkompli l-ħidma biex dejjem jittejbu s-swieq agrikoli lokali u l-opportunitajiet għall-bdiewa tagħna.

Għawdex u Kemmuna — Tħawwil ta’ siġar u arbuxelli

Question

Tista’ l-Ministru tgħid f'dawn l-aħħar sitt xhur ta' din is-sena kemm intefqu flus minn Project Green fi tħawwil ta’ siġar u arbuxelli fil-gżira ta' Għawdex u fil-gżira ta' Kemmuna? Tista’ tgħid ukoll kemm tħawlu siġar u arbuxelli, ta' liema speċi kienu u fejn tħawlu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Ċirkewwa and Imġarr passenger ferry terminals — sejħa għal e-ticketing project

Question

Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar is-sejħa SPD3/2022/065, CFT Title ‘Construction, finishing works and commissioning of an e-ticketing project at Ċirkewwa and Mġarr passenger ferry terminals’? Jista’ jgħid ukoll meta ser ikunu lesti l-affarijiet kollha mitluba minn din is-sejħa u meta ser tibda topera s-sistema ta' e-ticketing?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-commissioning ta’ ticketing system sar f’Jannar ta’ 2023. Il-construction and finishing works fit-terminal ta’ Ċirkewwa huma pjanati li jsiru matul ix-xitwa li ġejja.

Ta’ Sannat — Kalkara tal-Ġir – xogħlijiet ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar ix-xogħlijiet ta' restawr tal-Kalkara tal-Ġir li hemm maġenb l-uffiċċju tal-Kunsill Lokali Ta’ Sannat? Jista’ jgħid ukoll liema xogħol tlesta s’issa, x'fadal isir u meta hu maħsub li jkun lest ix-xogħol kollu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ta' Sannat li rigward ix-xogħlijiet ta’ restawr fuq il-Kalkara tal-Ġir, tlesta l-armar tal-iscaffolding u l-preparazzjonijiet oħra tas-sit. Sar ukoll xi remedial work li ntalab isir wara l-ispezzjoni li saret mill-uffiċċjal għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol. Il-Kunsill Lokali qed jistenna l-feedback minngħand il-kuntrattur. Ninsab infurmat ukoll li x-xogħol għandu jitlesta fi żmien sitt xhur.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — Entitajiet Regolatorji

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 13504 u ċjoè: Fir-rigward ta’ entitajiet regolatorji (irrispettivament mill-mod kif deskritti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, f’kull każ tgħid: a. Jekk din l-entità għandhiex il-poter skont il-liġi ordinarja li timponi penalitajiet finanzjarji (irrispettivament minn kif deskritti) ta’ natura ċivili jew amministrattivi u jekk iva, tgħid kemm hu l-massimu tal-penali li tista’ tiġi imposta minn dik l-entità, kemm fuq bażi one-off u/jew għal jum ta’ nuqqas ta’ konformità u f’kull istanza fejn applikabbli tagħmel referenza għad-dispożizzjonijiet tal-liġi ordinarja li tagħti lil dik l-entità l-poter li timponi tali penalitajiet? b. Quddiem liema forum ġudizzjarju jew kważi-ġudizzjarju, jistgħu jiġu kkontestati deċiżjonijiet fejn l-entità kkonċernata timponi penali ta’ din ix-xorta? ċ. Jekk kienx hemm u/jew jekk hemmx pendenti kawżi ta’ natura kostituzzjonali li fihom intalab li d-dispożizzjonijiet taħt il-liġi ordinarja li jagħtu l-poter li l-entità kkonċernata timponi tali penalitajiet jiġu ddikjarati li jikkostitwixxu ksur tal-Kostituzzjoni b’mod partikolari tal-artikolu 39 tal-istess Kostituzzjoni?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

WSC/T/104/2023 — Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta (xahar u sena) hu ppjanat li jibda x-xogħol relatat mas-sejħa 'WSC/T/104/2023 - WORKS – TRENCHING AND PIPELAYING WORKS IN AN ENVIRONMENTALLY FRIENDLY MANNER BY THE WSC - CONSOLIDATION OF EXISTING NETWORK FOR IMPROVED WATER SUPPLY IN VICTORIA, GOZO'?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li tali xogħol huwa ppjanat li jibda lejn nofs dan is-sajf.

Rabat, Għawdex — Triq Papa Ġwanni Pawlu II - Proċess ta' aġġudikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar is-sejħa 'CT3047/2023 Tender for the structural consolidation and conservation of the aqueduct in Triq Papa Ġwanni Pawlu II, Rabat, Gozo using environmentally friendly measures', li għalqet fid-19 ta' Diċembru 2023, u jgħid fiex wasal il-proċess ta' aġġudikazzjoni u meta hu maħsub li jingħalaq biex b'hekk ikun jista’ jibda x-xogħol?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa 'CT3047/2023 Tender for the structural consolidation and conservation of the aqueduct in Triq Papa Ġwanni Pawlu II, Rabat, Gozo using environmentally friendly measures', li għalqet nhar id-19 ta' Diċembru 2023, għadha fl-istadju ta’ evalwazzjoni.

Regolament (UE) 2024/1309 — Implimentazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu fir-rigward tal-implimentazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) 2024/1309?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan ir-Regolament li ġie addottat fit-8 ta’ Mejju, bħalissa ghaddejjin il-konsultazzjonijiet neċessarji sabiex jiġi implimentat dan ir-regolament.

Ir-Rabat, Għawdex – Ċimiterju ta’ Santa Marta – manutenzjoni u xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ manutenzjoni u xogħol ieħor hemm ippjanat li jsir minn issa sal-aħħar tas-sena 2024 fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marta fir-Rabat u kemm hi ppjanata li tkun l-ispiża?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2023 saru xi spezzjonijiet f’dan iċ-ċimiterju fejn ġew identifikati ċerti interventi meħtieġa għar-restawr u l-konservazzjoni ta’ dan il-post storiku. Fost l-interventi identifikati hemm il-bini mill-ġdid ta’ ħitan imġarrfa mal-periferija tas-sit kif ukoll tindif minn veġitazzzjoni eċċessiva li kibret matul is-snin. F’dawn l-aħħar xhur bdew studji fuq pjanti u stimi tax-xogħlijiet li jeħtieġ li jsiru kif ukoll bdew kunsultazzjonijiet mas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali u entitajiet oħra sabiex eventwalment issir applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar aktar tard matul din is-sena.

Iż-Żebbuġ, Għawdex — Coastal defence system at Marsalforn Bay

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'qiegħed isir bħalissa u x'hemm maħsub li jsir fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin dwar l-applikazzjoni PA/02106/21 ERA Reference: EA/00004/21; Project Title: Coastal defence system at Marsalforn Bay consisting of the reconstruction of Santa Marija breakwater, construction of a rubble mound berm on the Menqa site, two rubble mound groins at the valley outfall and replenishment of the beach; Location: Site at Il-Bajja Ta' Marsalforn, Marsalforn, Żebbuġ (Gozo)?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19274, l-applikazzjoni PA2106/21 tinsab fl-istadju ta’ Screening fejn qed tistenna sottomissjonijiet minn naħa tal-applikant li jinkludu il-pożizzjoni finali tal-ERA kif ukoll tal-SCH biex b’hekk tkun tista’ titqies bħala applikazzjoni valida u tgħaddi għall-proċess sħiħ tal-ippjanar.

Għawdex — Bini ta’ Fire Station

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18697 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u jgħid jekk matul din il-Leġiżlatura hemmx ħsieb li jinstab post ġdid u tinbena fire station skont Standards Ewropej għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġewwa Għawdex, sabiex ilaħħaq mal-ħtiġijiet u bżonnijiet preżenti u futuri tal-gżira Għawdxija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li nstab u ngħata sit ieħor, parti mill-pitkalija limiti tax-Xewkija fejn diġà qiegħda topera Fire Station temporanja. Infurmat li diġà saru l-pjanti ta’ kif iridu jinbnew iż-żewġ Fire Stations jiġifieri dik li tinsab fil-Heliport Għawdex u dik imsemmija iktar qabel fil-pitkalija. Infurmat li saret l-applikazzjoni sabiex jinġiebu l-permessi neċessarji ħalli tkun tista’ tinbena dik tal-Ħeliport l-ewwel, filwaqt li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili temporanjament jopera minn dik tal-Pitkalija sakemm titlesta. Infurmat li l-pjan hu li hekk kif titlesta jerġa’ jibda jopera ta’ l-Ħeliport sakemm tinbena dik tal-Pitkalija. Kif jintemm dan il-proċess jkunu jistgħu jintużaw it-tnejn li huma sabiex ilaħħqu mal-ħtiġijiet preżenti u futuri tal-gżira Għawdxija.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Direttur Ġenerali (Operations)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hi l-persuna li f'dawn l-aħħar ġimgħat u fil-preżent, qed tokkupa l-kariga ta' Direttur Ġenerali (Operations) fi ħdan il-Ministeru u kif ġiet magħżula? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-persuna hijiex fuq bażi ta' 'acting' jew inkella ntgħażlitx b'mod permanenti mis-Senior Advisory Appointments Committee?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pożizzjoni ta’ Direttur Generlali (Operations) imtliet bi proċess mis-Senior Advisory Appointments Committee.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Direct order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti d-Direct Order 'Negotiated Procedure for Leasing of 22 Accommodation Units for Gozo General Hospital' CFT CA UNIQUE ID: CPSU0583/24 - 014-6029/24’? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-valur u għal kemm hu l-perjodu ta' din id-Direct Order?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li d-Direct Order 'Negotiated Procedure for Leasing of 22 Accommodation Units for Gozo General Hospital' bin-numru ta’ referenza CFT CA UNIQUE ID: CPSU0583/24 - 014-6029/24’ tikkonsisti: 1. Pagament mensili għal kiri ta’ appartamenti għall-użu ta’ tobba li jaħdmu Għawdex; 2. Servizzi ta’ tindif ta’ l-istess appartamenti; u 3. Servizzi anċillari għall-persuni li jużaw dawn l-appartamenti. Id-DO għandu valur ta’ €355,126.00 u hu għall-perjodu ta' tnax-il xahar.

Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet — membri

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16388, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fir-rigward tal-ħatra tal-membri tal-Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet, tenut kont li diġà saru diversi mistoqsijiet matul is-snin, proprju dwar dan is-suġġett?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Triq li twassal għall-Bajja tal-Ħondoq — xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 3651 u 7574 li ngħataw fl-14 ta' Novembru 2022 u fis-17 ta' April 2023 rispettivament, dwar x'qed isir fil-parti tat-triq li twassal għall-Bajja tal-Ħondoq li bdiet tisfronda, peress li din it-triq kien sar xogħol fuqha fi żmien il-Ministru preċedenti iżda ftit wara bdiet tisfronda, fejn ġie mwieġeb li x-xogħlijiet huma ppjanati li jsiru ladarba jiġi pproċessat it-tender, jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender ġiex ipproċessat u jindika meta, bejn wieħed u ieħor, hu maħsub li jibda x-xogħol meħtieġ fuq l-imsemmija triq, x'se jkun jikkonsisti x-xogħol u kemm hu stmat li se jiġi jiswa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għall-offerti bħalissa qegħda tiġi ivettjata mill-Procurement Unit.

Ix-Xewkija, Għawdex — Triq Ta’ Ħamet - Zebra crossing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex għaddew diversi xhur u fi Triq Ta' Ħamet, ix-Xewkija (it-triq prinċipali ħdejn il-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu) għadha ma saritx zebra crossing kif kien hemm qabel ma’ din it-triq ġiet asfaltata? Fid-dawl li dan in-nuqqas serju issa ilu diversi xhur u hemm periklu kbir għal min irid jaqsam f'din l-imsemmija triq, jista’ l-Ministru jgħid min min-naħa tal-Ministeru ser jerfa’ r-responsabbiltà jekk iseħħ inċident?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Ministeru qed jaħdem sabiex terġa ssir zebra crossing f’dik it-triq sabiex issir skont l-istandards.