Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Entitajiet Regolatorji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13512, fir-rigward ta’ entitajiet regolatorji (irrispettivament mill-mod kif deskritti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u f’kull każ jgħid: a. jekk din l-entità għandhiex il-poter skont il-liġi ordinarja li timponi penalitajiet finanzjarji (irrispettivament minn kif deskritti) ta’ natura ċivili jew amministrattivi u, jekk iva, jgħid kemm hu l-massimu tal-penali li tista’ tiġi imposta minn dik l-entità, kemm fuq bażi one-off u/jew għal jum ta’ nuqqas ta’ konformità u f’kull istanza fejn applikabbli jagħmel referenza għad-dispożizzjonijiet tal-liġi ordinarja li tagħti lil dik l-entità l-poter li timponi tali penalitajiet; b. quddiem liema forum ġudizzjarju jew kważi-ġudizzjarju, jistgħu jiġu kkontestati deċiżjonijiet fejn l-entità kkonċernata timponi penali ta’ din ix-xorta; u ċ. jekk kienx hemm u/jew jekk hemmx pendenti kawżi ta’ natura kostituzzjonali li fihom intalab li d-dispożizzjonijiet taħt il-liġi ordinarja li jagħtu l-poter li l-entità kkonċernata timponi tali penalitajiet jiġu ddikjarati li jikkostitwixxu ksur tal-Kostituzzjoni b’mod partikolari tal-artikolu 39 tal-istess Kostituzzjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Entitajiet Regolatorji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13511, fir-rigward ta’ entitajiet regolatorji (irrispettivament mill-mod kif deskritti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u f’kull każ jgħid: a. jekk din l-entità għandhiex il-poter skont il-liġi ordinarja li timponi penalitajiet finanzjarji (irrispettivament minn kif deskritti) ta’ natura ċivili jew amministrattivi u, jekk iva, jgħid kemm hu l-massimu tal-penali li tista’ tiġi imposta minn dik l-entità, kemm fuq bażi one-off u/jew għal jum ta’ nuqqas ta’ konformità u f’kull istanza fejn applikabbli jagħmel referenza għad-dispożizzjonijiet tal-liġi ordinarja li tagħti lil dik l-entità l-poter li timponi tali penalitajiet; b. quddiem liema forum ġudizzjarju jew kważi-ġudizzjarju, jistgħu jiġu kkontestati deċiżjonijiet fejn l-entità kkonċernata timponi penali ta’ din ix-xorta; u ċ. jekk kienx hemm u/jew jekk hemmx pendenti kawżi ta’ natura kostituzzjonali li fihom intalab li d-dispożizzjonijiet taħt il-liġi ordinarja li jagħtu l-poter li l-entità kkonċernata timponi tali penalitajiet jiġu ddikjarati li jikkostitwixxu ksur tal-Kostituzzjoni b’mod partikolari tal-artikolu 39 tal-istess Kostituzzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Entitajiet Regolatorji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13510, fir-rigward ta’ entitajiet regolatorji (irrispettivament mill-mod kif deskritti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, f’kull każ jgħid: a. jekk din l-entità għandhiex il-poter skont il-liġi ordinarja li timponi penalitajiet finanzjarji (irrispettivament minn kif deskritti) ta’ natura ċivili jew amministrattivi u jekk iva, jgħid kemm hu l-massimu tal-penali li tista’ tiġi imposta minn dik l-entità, kemm fuq bażi one-off u/jew għal jum ta’ nuqqas ta’ konformità u f’kull istanza fejn applikabbli jagħmel referenza għad-dispożizzjonijiet tal-liġi ordinarja li tagħti lil dik l-entità l-poter li timponi tali penalitajiet; b. quddiem liema forum ġudizzjarju jew kważi-ġudizzjarju, jistgħu jiġu kkontestati deċiżjonijiet fejn l-entità kkonċernata timponi penali ta’ din ix-xorta; u ċ. jekk kienx hemm u/jew jekk hemmx pendenti kawżi ta’ natura kostituzzjonali li fihom intalab li d-dispożizzjonijiet taħt il-liġi ordinarja li jagħtu l-poter li l-entità kkonċernata timponi tali penalitajiet jiġu ddikjarati li jikkostitwixxu ksur tal-Kostituzzjoni b’mod partikolari tal-artikolu 39 tal-istess Kostituzzjoni?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Trasport bejn Malta u Għawdex — Public Service Agreement

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema xahar u sena hu maħsub li tiġi ppubblikata s-sejħa għall-Public Service Agreement għat-trasport ta' passiġġieri, karozzi u merkanzija bejn Malta u Għawdex, peress li dan il-ftehim issa ilu bosta snin li skada?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Għawdex – Nefqa fuq Xogħlijiet fl-iskejjel

Question

In vista ta' fuljett li kien intbagħat fid-djar kollha ta' Għawdex dwar xogħol ippjanat fi skejjel f'Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa matul is-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari: a. fuq it-tisbiħ u modernizzar tal-Iskola Primarja ta' Kerċem; b. fuq it-tisbiħ u modernizzar tal-Iskola Primarja taż-Żebbuġ; ċ. fuq it-tisbiħ u modernizzar tal-Iskola Primarja tal-Għarb u d. fuq it-tisbiħ ta' diversi faċċati ta' diversi skejjel f'Għawdex, u f'kull każ, jagħti data meta se jkun lest ix-xogħol?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq l-iskejjel - li saret referenza għalihom fid-domanda - jinsabu għaddejjin. Rigward l-iskola Primarja ta’ Kerċem, qiegħed jitħejja l-abbozz tas-sejħa pubblika għall-offerti, b’investiment kapitali li jlaħħaq Eur 2.8 miljun. Ix-xogħol huwa maħsub li jsir matul din il-leġiżlatura. Min-naħa l-oħra, is-sejħa pubblika għall-offerti tal-iskola Primarja taż-Żebbuġ, se ssir fil-ġimgħat li ġejjin. Hawnhekk, l-investiment kapitali jlaħħaq Eur 3.5 miljun u x-xogħol huwa maħsub li jkun lest matul is-sena skolastika 2024-2025. Qed jitħejja wkoll l-abbozz tas-sejħa pubblika għall-offeri tal-iskola Primarja tal-Għarb, b’investiment kapitali li jammonta għal Eur 3.2 miljun. Ix-xogħol huwa maħsub li jsir matul din il-leġiżlatura. Fl-istess waqt, f’għadd ta’ faċċati ta’ diversi skejjel f’Għawdex sar xogħol ta’ estensjoni, tisbieħ u rinovazzjoni. Fost dawn hemm l-iskola Primarja Nadur u l-iskola Medja fir-Rabat. Dan filwaqt li x-xogħol ta’ kostruzzjoni tal-iskola primarja l-ġdida fir-Rabat qiegħed fi stadju avvanzat ħafna.

Għawdex – Proġetti taħt il-programm 'Connecting Europe Facility of the European Union'

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti f’Għawdex li l-Ministeru għal Għawdex applika għalihom s'issa u liema minnhom ġew aċċettati u liema ma ġewx aċċettati biex isiru mill-programm 'Connecting Europe Facility of the European Union' (Perjodu 2021-2027), peress li dawn jagħlqu din is-sena (2024)? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħataw flus s’issa u kemm se jingħataw flus minn dan il-fond lill-Ministeru għal Għawdex għal dawn il-proġetti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt li nirreferih għall-informazzjoni li ngħatat fil-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18699, il-Ministeru għal Għawdex u Ippjanar se jibqa’ viġilanti għal kull applikazzjoni li toħroġ sa meta jagħlaq dan il-programm fis-sena 2027.

Għawdex — Ix-Xewkija, ir-Rabat u Marsalforn – Tenders dwar Cables tad-dawl

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13613 dwar xogħlijiet ta’ cables tad-dawl li baqgħu mwaħħlin mal-faċċati tad-djar u bini ieħor fil-Pjazza tax-Xewkija, Pjazza San Franġisk fir-Rabat, u l-waterfront ta’ Marsalforn, fejn kien intqal li "ma rċivejna l-ebda sottomissjoni għal din it-tender", jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender reġgħetx ħarġet mill-ġdid u jekk iva, meta nħarġet u meta se jibdew ix-xogħlijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender li qed issir referenza għalih ma reġax ħareġ.

Għawdex — Xogħol ta’ back office tas-Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid: i. liema xogħol ta' back office tas-servizz pubbliku ġdid inġab f'Għawdex matul is-sena 2024; ii. kemm hemm ħaddiema jaħdmu f'dan ix-xogħol ġdid ta' back office f'Għawdex u minn fejn qed joperaw; iii. kemm minn dawn il-ħaddiema kienu jaħdmu f'Malta sa meta nġab dan ix-xogħol f'Għawdex u issa, per konsegwenza ta' dan ix-xogħol, bdew jaħdmu f'Għawdex; iv. x’inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema; u v. minn fejn qed isir dan ix-xogħol ta' back office ġdid f'Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru jkun f’diskussjonijiet regolari ma’ diversi Ministeri u entitajiet sabiex kull fejn jistgħu jġibu xogħol ġdid jew ikabbru l-operat tagħhom f’Għawdex.

Ix-Xagħra Għawdex — Triq ta' Stellini - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet fadal isiru fi Triq ta' Stellini fix-Xagħra, Għawdex u kemm huma stmati li se jiġu jiswew? Jista' jgħid ukoll kemm ilu li nbeda x-xogħol f'din it-triq u meta se titlesta minn kollox?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qiegħed isir ix-xogħol fuq is-servizzi.

Esproprjazzjoni ta’ artijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm artijiet ġew jew qegħdin fil-proċess li jiġu esproprjati fuq talba mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar matul is-sena 2024? Jista’: i. jgħid f'liema lokalitajiet f’Għawdex jinsabu l-artijiet esproprjati; ii. iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra site plan immarkata għal kull biċċa art u post f’Għawdex li l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar talab lill-Awtorità tal-Artijiet biex jiġu esproprjati fil-perjodu indikat; u iii. x’inhu l-użu li sar jew se jsir minn kull waħda minn dawn l-artijiet?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi din l-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Xogħlijiet f’Għawdex u Kemmuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'ħidmiet varji saru u qed isiru fil-bajjiet u areas ġewwa Għawdex u Kemmuna li għandu x'jaqsam magħhom il-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena jsiru diversi xogħlijiet ta’ manutenzjoni madwar il-bajjiet t’Għawdex. Dawn ix-xogħlijiet jikkonsistu f’tibjid, livellar tal-bajiet, tindif mill-alka, twaħħil ta’ slielem u turġien, tpoġġija tal-walkways, l-armar tat-torrijiet tal-lifeguards, tindif tal-bajjiet, ġbir tal-iskart, ħasil u kif ukoll manteniment tas-showers u tal-public conveniences kollha madwar Għawdex u Kemmuna.

Għawdex – Sejħa għal servizz ta’ ilma għat-tisqija tar-raba’

Question

Peress li bħalissa qegħdin fix-xhur tan-nixfa, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar is-sejħa SPD3/2023/109 – ‘Framework Contract for the Supply and Delivery of Water by Bowser for Irrigation at Various Areas in Gozo for the Rural Gozo Directorate’?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma rċieva l-ebda offerta għat-tali tender.

Għawdex — Multi amministrattivi taħt l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Animali - Multi amministrattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu multi amministrattivi kif jirrikjedi l-artikolu 47 tal-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Animali, Kap. 439 tal-Liġijiet ta' Malta, f’Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn, maqsuma sena b'sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f'dawn l-aħħar sentejn, inħarġu żewġ multi amministrattivi ġewwa l-gżira ta' Għawdex. Fit-2023 inħarġet waħda u oħra fit-2024 rispettivament.

Ir-Rabat Għawdex — Triq Sir Arturo Mercieca - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub (xahar u sena) li jibda x-xogħol biex tinbena mill-ġdid Triq Sir Arturo Mercieca fir-Rabat, Għawdex, peress li tinsab fi stat ħażin ħafna?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Ministeru huwa konxju tat-tali triq u se nkunu qed naraw li ssir fix-xhur li ġejjin.

Healthcare fees regulations u hospital fees for foreign patients – Avviż legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ġiet riveduta u ppubblikata l-aħħar subsidiary legislation (avviż legali) dwar healthcare fees regulations u hospital fees for foreign patients u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Avviż Legali 105/2024 ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern fis-7 ta’ Mejju 2024 u diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tal-Mard Mentali – Persuni li għamlu użu mis-servizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numri ta’ persuni li għamlu użu mis-servizzi tad-Dipartiment tal-Mard Mentali fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema barranin li għandhom permess biex jaħdmu f’Malta jew f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll ta' liema nazzjonalità huma u kemm hu n-numru għal kull nazzjonalità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni ta’ Jobsplus, in-numru ta’ permessi attivi maħruġa minn Jobsplus sal-aħħar ta’ Diċembru 2023 huma kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt. Foreign Nationals | Maltese As at end December 2023 EU Nationals* 36,840 Full-time 32,777 Part-Time 4,063 Third Country National 78,881 Full-time 76,837 Part-Time 2,044 Maltese 200,772 Full-time 172,941 Part-Time 27,831 Grand Total 316,493 *EU Nationals include the EU Dependants and EEA/EFTA countries.

Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet — membri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19205 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16388, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fir-rigward tal-ħatra tal-membri tal-Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet, tenut kont li diġà saru diversi mistoqsijiet matul is-snin, proprju dwar dan is-suġġett?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Kariga ta’ Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni)

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19204 u jgħid jekk ġietx appuntata persuna fil-kariga ta’ Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni), dan tenut kont li din il-kariga saret vakanti f’Ottubru 2023?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-kariga ta’ Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) għadha ma ġietx mimlija.