Għawdex u Kemmuna – Tħawwil ta’ siġar, pjanti u arbuxelli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu fi tħawwil ta’ siġar, pjanti u arbuxelli f’Għawdex u Kemmuna f’dawn l-aħħar sitt xhur? Kemm tħawlu u fejn? Jista’ jgħid ukoll minn fejn inxtraw u minn min sar ix-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 20217 Għawdex u Kemmuna Tħawwil ta siġar pjanti u arbuxelli.pdf
Għawdex – Wied il-Lunzjata u widien oħrajn – Ilma ġieri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar s’issa biex l-ilma ġieri ta’ Wied il-Lunzjata u widien oħrajn fil-qrib f’Għawdex ma jibqax jintilef fil-baħar, iżda jiġi salvat u utilizzat? Meta (xahar u sena) se jittieħdu l-passi neċessarji biex isir ix-xogħol meħtieġ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Wied il-Lunzjata huwa sit li jifforma parti minn Natura 2000. Għaldaqstant biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa fuq il-ġibjun għall-ilqugħ tal-ilma ġieri - li ġej mill-Għajn tal-Ħasselin u minn Għajn Tuta - jeħtieġ li jsiru xi assessments. Mal-mhedda taż-żmien dan il-ġibjun li kien ilu jintuża għal-bosta snin, imtela bil-ħama. Dan irid jiġi mmarkat biex eventwalment jibda l-proċess tat-tħammil tal-ħama u ssirlu l-manutenzjoni meħtieġa. Dan kollu jrid isir wara li jinkisbu l-permessi meħtieġa, u eventwalment jkunu jistgħu jinbdew ix-xogħlijiet fuq din iż-żona tar-reservoir fiż-żmien qarib. Min-naħa l-oħra, bħalissa hemm applikazzjoni mal-Awtorita tal-Ippjanar biex isiru interventi f’Wied tal-Grixti li jagħmel parti mill-catchment area ta’ Wied il-Lunzjata. Permezz tal-applikazzjoni PA/03095/24, li bħalissa qiegħda tistenna li tiġi approvata, l-interventi se jinvolvu xogħol ta’ tindif ġenerali, tħammil, tneħħija ta’ speċi aljeni u invażivi, tħawwil ta’ siġar u arbuxelli addattati, u restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ. Dawn l-interventi huma iffinanzjati mill-proġett LIFE RBMP Integrated Project. Wieħed mill-għanijiet ta’ dan il-proġett huwa li jirrijabilita l-Wied ħalli tiżdied iż-żamma tal-ilma ġieri u titħares l-bijodiversità.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru charging points ġodda għal vetturi elettriċi f’Għawdex matul is-sena 2024, fejn saru, kemm hemm ippjanati li jsiru matul il-bqija tas-sena 2024 u fejn?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena hemm ippjanti li jsiru 106 charging points ġodda fi 13-il lokalità differenti madwar Għawdex, u 16 minnhom diġà ġew approvati minn Transport Malta. Ix-xogħol fuq dawn iċ-charging points mistenni jibda hekk kif isiru l-kuntratti tax-xogħol.
Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni dwar il-lokalitajiet fejn huwa ppjanat li jsiru ċ-charging points ġodda.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-Master Plan tar-Ramla u jgħid ukoll meta nbeda (sena u xahar) u meta hu ppjanat li jiġi konkluż? Jista’ jgħid ukoll fil-konkret, x’sar matul is-sena 2023 u matul is-sena 2024 dwar dan il-Master Plan, kemm intefqu flus matul dan il-perjodu u fuq xiex intefqu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-proġett - li qed issir referenza għalih - għad iridu jinġabu l-permessi meħtieġa mill-Awtorità tal-Ippjanar. L-applikazzjoni giet sottomessa lejn l-aħħar tas-sena 2022.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid:
i. f’kemm-il deċiżjoni mit-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi ġew mogħtija danni morali a tenur tal-artikolu 21 tal-Kap. 378 mis-sena 2000 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena;
ii. kemm kien hemm istanzi fejn it-Tribunal ta d-danni morali massimi ta’ €500;
iii. kemm attwalment hemm arbitri li jippresiedu t-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi u f’kull każ jista’ jgħid meta ġew appuntati u meta tispiċċa l-ħatra ta’ kull wieħed minnhom;
iv. kemm saru appelli minn deċiżjonijiet mogħtija mit-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena;
v. kemm saru talbiet minn nies residenti f’Għawdex quddiem it-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi matul l-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari; u
vi. kemm saru talbiet kontra kummerċjanti f’Għawdex quddiem it-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi matul l-2023 sal-ġuranta li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat kif ġej:
i.
SENA
Danni Morali
2022
Nil
2023
23
2024
7
ii. Ninsab nfurmat li kien hemm żewġ istanzi fejn it-Tribunal ta d-danni morali massimi ta’ €500:
iii.
Nru.
Arbitru
Bidu tal-Ħatra
Tmiem tal-Ħatra
1
Dr. Richard Sladden
23 ta’ Jannar 2023
22 ta’ Jannar 2026
2
Dr. Martha Mifsud
17 ta’ Ġunju 2023
16 ta’ Ġunju 2026
3
Dr. Michela Spiteri
11 ta’ Mejju 2023
10 ta’ Mejju 2026
4
Dr. Mattia Felice
6 ta’ Settembru 2021
5 ta’ Settembru 2024
5
Dr. Charmaine Cherret
12 ta’ Diċembru 2022
11 ta’ Diċembru 2025
6
Dr. Deborah Schembri
12 ta’ Diċembru 2022
11 ta’ Diċembru 2025
iv.
APPELLI
2020
3
2021
3
2022
5
2023
9
2024
13
v. Ninsab nfurmat li kien hemm 24 talba minn nies residenti f’Għawdex quddiem it-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi matul l-2023 sal-llum;
vi. Ninsab nfurmat li kien hemm 30 talba kontra kummerċjanti f’Għawdex quddiem it-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi matul l-2023 sal-llum.
CJEU — Interpretazzjoni tal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il referenza dwar interpretazzjoni ta’ xi liġi tal-Unjoni Ewropea saret lill-Court of Justice of the European Union (CJEU) mill-Qrati Maltin mill-bidu tas-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn il-bidu tas-sena 2023 sad-data ta’ din it-tweġiba saret referenza waħda (1) mill-Qrati Maltin lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropeja (QĠUE) dwar interpretazzjoni ta’ liġi tal-Unjoni Ewropea.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19755 mogħtija fis-seduta tad-19 ta’ Ġunju 2024, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema hu l-Ministeru li qed jieħu ħsieb l-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva (UE) 2024/1203 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali u li tissostitwixxi d-Direttivi 2008/99/KE u 2009/123/K?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru responsabbli huwa dak għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew iż-żewġ Billboards li saru ftit tal-ġimgħat ilu mill-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva ħdejn iż-żewġ entraturi prinċipali tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? X’kienet l-ispiża involuta? Jista’ jgħid jekk dawn iż-żewġ billboards għandhomx il-permessi neċessarji biex setgħu jsiru fejn saru u jekk iva, jqiegħed il-permessi kollha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-Leġislazzjoni Sussidjarja 552.28 – Regolamenti dwar Billboard u Reklami, Artiklu 4.1(o) jeżenti mill-ħtiġiet ta’ permess sa żewġ billbords li jirreklamaw proġetti pubbliċi u jitneħħew meta jitlesta l-proġett.
Ninsab infurmat li dawn il-billborads ġew jiswew €7,300.
Ħaddiema tas-Servizz Pubbliku — Sejħiet għal Principals u Senior Principals
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta (xahar u sena) ħarġu l-aħħar sejħiet għal Principals u Senior Principals mas-Servizz Pubbliku? Jista’ jgħid ukoll fiex wasal il-proċess u meta se jerġgħu joħorġu (xahar u sena) is-sejħiet għal dawn il-karigi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-aħħar sejħiet għal Uffiċjal Prinċipali u Uffiċjal Prinċipali Anzjan, ħarġu fit-30 ta’ April 2021 u fl-24 ta’ Settembru 2021, rispettivament. Il-proċess fir-rigward taż-żewġ sejħiet huwa magħluq u l-validita’ taż-żewġ riżultati issa skadiet.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħiet joħorġu skont il-ħtieġa tas-Servizz Pubbliku.
Rapport dwar l-iżvilupp f’Għawdex – Proposti u xogħlijiet
Question
Fid-dawl li kienu saru aktar minn 30 proposta mis-Sindki kollha Għawdxin f’rapport dwar l-iżvilupp f’Għawdex ippreżentat lill-predeċessur tiegħu fil-bidu ta’ April 2021, jista’ l-Ministru jgħid kemm minnhom ġew attwati sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll fiex wasal ix-xogħol fuq kull waħda minn dawn il-proposti u f’kull każ meta hu mistenni li jitwettqu? Jekk hemm proposti li ma ġewx aċċettati mill-Gvern, jista’ jgħid liema huma u x’inhi r-raġuni għaliex ma ġewx aċċettati?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Settembru 2023 ġiet ippublikata l-istrateġija reġjonali għall-iżvilupp ta’ Għawdex. Din hija l-istrateġija li magħha qed jimxi l-Gvern.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Entitajiet Regolatorji
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13509, fir-rigward ta’ entitajiet regolatorji (irrispettivament mill-mod kif deskritti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u f’kull każ jgħid:
a. jekk din l-entità għandhiex il-poter skont il-liġi ordinarja li timponi penalitajiet finanzjarji (irrispettivament minn kif deskritti) ta’ natura ċivili jew amministrattivi u, jekk iva, jgħid kemm hu l-massimu tal-penali li tista’ tiġi imposta minn dik l-entità, kemm fuq bażi one-off u/jew għal jum ta’ nuqqas ta’ konformità u f’kull istanza fejn applikabbli jagħmel referenza għad-dispożizzjonijiet tal-liġi ordinarja li tagħti lil dik l-entità l-poter li timponi tali penalitajiet;
b.quddiem liema forum ġudizzjarju jew kważi-ġudizzjarju, jistgħu jiġu kkontestati deċiżjonijiet fejn l-entità kkonċernata timponi penali ta’ din ix-xorta; u
ċ. jekk kienx hemm u/jew jekk hemmx pendenti kawżi ta’ natura kostituzzjonali li fihom intalab li d-dispożizzjonijiet taħt il-liġi ordinarja li jagħtu l-poter li l-entità kkonċernata timponi tali penalitajiet jiġu ddikjarati li jikkostitwixxu ksur tal-Kostituzzjoni b’mod partikolari tal-artikolu 39 tal-istess Kostituzzjoni?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Entitajiet Regolatorji
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13507, fir-rigward ta’ entitajiet regolatorji (irrispettivament mill-mod kif deskritti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, uf’kull każ jgħid:
a. jekk din l-entità għandhiex il-poter skont il-liġi ordinarja li timponi penalitajiet finanzjarji (irrispettivament minn kif deskritti) ta’ natura ċivili jew amministrattivi u, jekk iva, jgħid kemm hu l-massimu tal-penali li tista’ tiġi imposta minn dik l-entità, kemm fuq bażi one-off u/jew għal jum ta’ nuqqas ta’ konformità u f’kull istanza fejn applikabbli jagħmel referenza għad-dispożizzjonijiet tal-liġi ordinarja li tagħti lil dik l-entità l-poter li timponi tali penalitajiet;
b.quddiem liema forum ġudizzjarju jew kważi-ġudizzjarju, jistgħu jiġu kkontestati deċiżjonijiet fejn l-entità kkonċernata timponi penali ta’ din ix-xorta; u
ċ. jekk kienx hemm u/jew jekk hemmx pendenti kawżi ta’ natura kostituzzjonali li fihom intalab li d-dispożizzjonijiet taħt il-liġi ordinarja li jagħtu l-poter li l-entità kkonċernata timponi tali penalitajiet jiġu ddikjarati li jikkostitwixxu ksur tal-Kostituzzjoni b’mod partikolari tal-artikolu 39 tal-istess Kostituzzjoni?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet fid-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea matul is-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll għal liema fondi applikaw u x’kien l-eżitu, kemm ingħataw fondi kull direttorat u entità għal kull applikazzjoni u għal xiex ingħataw u f'liema stadju jinsabu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn barra l-proġett li diġa’ ġie indikat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18708, id-Direttorat għas-Servizzi Għawdex fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar ingħata fondi li jammontaw għal €41,380 mill-programm Erasmus+ u kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Matul l-2024, il-Ministeru applika wkoll għal numru ta’ proġetti oħrajn. L-eżitu ta’ dawn l-applikazzjonijiet għadu jrid jiġi deċiż.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Direttur Ġenerali (Major Projects)
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min hi l-persuna li f'dawn l-aħħar ġimgħat u fil-preżent, qed tokkupa l-kariga ta' Direttur Ġenerali (Major Projects) fi ħdan il-Ministeru u kif ġiet magħżula? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-persuna hijiex fuq bażi ta' 'acting' jew inkella ntgħażlitx b'mod permanenti mis-Senior Advisory Appointments Committee?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-pożizzjoni ta’ Direttur Ġenerali (Major Projects) is-Senior Advisory Appointments Committe ma nnomina lil ebda uffiċċjal.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Direttur Ġenerali (Strategy and Support)
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min hi l-persuna li f'dawn l-aħħar ġimgħat u fil-preżent, qed tokkupa l-kariga ta' Direttur Ġenerali (Strategy and Support) fi ħdan il-Ministeru u kif ġiet magħżula? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-persuna hijiex fuq bażi ta' 'acting' jew inkella ntgħażlitx b'mod permanenti mis-Senior Advisory Appointments Committee?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pożizzjoni ta’ Direttur Generali (Strategy & Support) imtliet bi proċess mis-Senior Advisory Appointments Committee.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża matul dawn l-aħħar għaxar snin biex ġew rimedjati l-ħsarat fil-konkos tal-Isptar Mater Dei skont kif kien qal predeċessur tiegħu u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena? Jista' jgħid ukoll min għamel dawn ix-xogħlijiet, x'tip ta' xogħlijiet saru u fejn saru?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Studenti tal-Kinder u Primarja / Għalliema / LSEs / KGAs
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti tal-Kinder u tal-primarja, maqsuma separatament, għal kull skola, kemm dawk tal-Gvern, tal-Knisja kif ukoll dawk Indipendenti, fl-aħħar ta' April 2024 u kemm minn dawn kienu ta' nazzjonalità barranija? Jista' jgħid ukoll kemm kien in-numru ta' għalliema f'kull skola primarja kif ukoll in-numru ta' LSEs u KGAs f'kull skola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset s’issa f’kera għall-proprjetà li nkriet mill-Gozo Channel fl-Imġarr, Għawdex, biex isservi ta' uffiċċji tal-Gozo Channel? Jista' jgħid jekk s’issa l-Gozo Channel bdietx topera minn dawn l-uffiċċji mikrija? Jista' jgħid ukoll kemm tħallas s’issa fuq xogħol ta' kostruzzjoni, tibdil, manutenzjoni, bini f'din il-proprjetà mill-Gozo Channel minn meta nkriet sal-lum u kemm mistennija tkun l-ispiża totali li l-Gozo Channel se tagħmel biex tkun tista' tibda topera minn din il-proprjetà mikrija minnha?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara diskussjonijiet li saru mas-sid tal-proprjetà, it-total tal-kera dovuta sa nhar it-30 ta’ Ġunju 2024 tammonta għal Eur130,416. L-ammont ta’ kemm tħallas s’issa fuq xogħol ta' kostruzzjoni, tibdil, manutenzjoni, bini f'din il-proprjetà mill-Gozo Channel, minn meta nkriet sal-lum, huwa ta’ Eur117,175. Ninsab infurmat li t-tender tal-finishing għadha ma ġietx awarded u għaldaqstant l-informazzjoni f’dan r-rigward ma tistax tkun fornuta.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Kunsill Lokali tax-Xewkija, Għawdex, se jnaddaf u jagħmel manutenzjoni fil-ġibjun li hemm fi Triq il-Kbira, fix-Xewkija u dan wara li għamel embellishment tal-wiċċ ta' dan il-ġibjun?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija li dan ix-xogħol ta’ tindif u manutenzjoni fejn meħtieġ ser isir matul ix-xhur tas-sajf.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Entitajiet regolatorji
Question
Fir-rigward ta’ entitajiet regolatorji (irrispettivament mill-mod kif deskritti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jista’ l-Ministru f’kull każ jgħid:
a. jekk din l-entità għandhiex il-poter skont il-liġi ordinarja li timponi penalitajiet finanzjarji (irrispettivament minn kif deskritti) ta’ natura ċivili jew amministrattivi u, jekk iva, jgħid kemm hu l-massimu tal-penali li tista’ tiġi imposta minn dik l-entità, kemm fuq bażi one-off u/jew għal jum ta’ nuqqas ta’ konformità u f’kull istanza fejn applikabbli jagħmel referenza għad-dispożizzjonijiet tal-liġi ordinarja li tagħti lil dik l-entità l-poter li timponi tali penalitajiet;
b. quddiem liema forum ġudizzjarju jew kważi-ġudizzjarju, jistgħu jiġu kkontestati deċiżjonijiet fejn l-entità kkonċernata timponi penali ta’ din ix-xorta; u
ċ. jekk kienx hemm u/jew jekk hemmx pendenti kawżi ta’ natura kostituzzjonali li fihom intalab li d-dispożizzjonijiet taħt il-liġi ordinarja li jagħtu l-poter li l-entità kkonċernata timponi tali penalitajiet jiġu ddikjarati li jikkostitwixxu ksur tal-Kostituzzjoni b’mod partikolari tal-artikolu 39 tal-istess Kostituzzjoni?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.