B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16916 li ngħatat fis-seduta tat-18 ta’ Marzu 2024, jista’ l-Ministru jara li s-sitwazzjoni tiġi rimedjata b’urġenza, għaliex id-dewmien biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni jfisser li persuni li possibbilment qed jaġixxu bi ksur tal-liġi, qed jispiċċaw ma jiġux sanzjonati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s'issa għad m’hemm l-ebda deċiżjoni fuq l-appelli li ġew intavolati kemm mill-Avukat tal-Istat u mill-FIAU fir-rigward tad-deċiżjonijiet li ngħataw mill-Prim Awla (Sede Kostituzzjonali), hekk kif diversivament preseduta. Għalhekk naturalment, wieħed għandu jifhem illi l-eżitu u d-dettal ta’ dawn l-appelli kostituzzjonali għadu la hu determinat u wisq inqas magħruf.
In oltre, wieħed irid jifhem li fid-deċiżjonijiet li ġew appellati hemm il-bżonn ta’ numru ta’ kjarifiċi sabiex wieħed ikun jista’ jiddetermina d-dettall tat-tibdil neċessarju; dejjem jekk ikun hemm bżonn ta’ tibdil. Kif diġà ġie spjegat drabi oħra, inkluż fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16916, il-Gvern jieħu kull deċiżjoni opportuna biex jassigura amministrazzjoni effiċjenti u t-twettiq effikaċi tal-funzjonijiet tal-awtoritajiet regolatorji.
Bħala Gvern din il-materja dejjem ittieħdet bis-serjetà u f’ċertu istanzi konna delużi għaliex anke mistoqsijiet parlamentari bdew isiru sabiex jintużaw fil-Qorti għal raġunijiet mhux magħrufa però żgur mhux sabiex persuni li possibbilment qed jaġixxu bi ksur tal-liġi jiġu sanzjonati. Fil-fatt sabiex nassiguraw li kull tibdil li jaf ikun neċessarju jsir bl-iktar mod effiċjenti u tempestiv, u sabiex inkomplu nkunu sostenibbli fil-proċess ta’ infurzar effettiv, kif konna qbilna mal-Financial Action Task Force fiż-żmien li Malta kienet qed tiġi assessjata qabel il- ħruġ tagħha mil-lista l-Griża, l-Awtoritajiet Regulatorji li għandom funzjonijiet ta’ infurzar qed jaħdmu u ser jibqgħu jaħdmu biex ikomplu jsaħħu l-funzjonijiet tagħhom.
Kuntratt tat-tliet sptarijiet — Side letters ma’ żewġ kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru side letters mal-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fir-rigward tal-kuntratt li kien sar mat-tliet sptarijiet? Jista' jgħid ukoll kemm tħallsu flus mill-Ministeru għall-Finanzi ai termini ta' dawn is-side letters minn meta bdew jitħallsu dawn iż-żewg kumpaniji u kemm kien it-total ta' flus li ngħataw dawn il-kumpaniji jew sussidjarji tagħhom bis-saħħa ta' dawn is-side letters?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta' impjegati mal-PBS jew kumpaniji sussidjarji tagħha minn Jannar sa Ġunju 2024, maqsuma xahar b'xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li n-numru totali ta' impjegati mal-PBS jew kumpaniji sussidjarji tagħha minn Jannar sa Ġunju 2024 kien kif ġej: Jannar 114, Frar 117, Marzu 118, April 123, Mejju 121 u Ġunju 124.
Sptarijiet u kliniċi privati li għamlu xogħol għall-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema sptarijiet u kliniċi privati għamlu xogħol għall-Gvern f'Malta u Għawdex matul is-snin 2022, 2023 u sa Ġunju 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont totali li tħallsu dawn l-isptarijiet/kliniċi u kemm huwa l-ammont dovut għal dan ix-xogħol għal kull wieħed u waħda minn dawn l-isptarijiet u kliniċi privati għall-perjodu indikat?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif jaf hu din hija informazzjoni ta’ natura kummerċjali. Dawn il-flus pubbliċi ntużaw sabiex il-pazjenti Maltin u Għawdxin ikunu jistaw jieħdu servizz effiċjenti u l-kura meħtieġa mingħajr ma jkomplu jistennew għal tul ta’ żmien, kif kien jiġri taħt gvern nazzjonalista.
B’referenza għar-rapport annwali tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) għall-2023, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-penalitajiet imposti mill-MFSA ġew miġbura u kemm minnhom ġew ikkontestati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f l-2023, l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta imponiet total ta’ penalitajiet li jammontaw għat-total ta’ €444,800, u li minnhom s’issa ġew miġbura €417,350.
L-ebda penali imposta fl-2023 ma ġiet ikkontestata quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji jew il-Qrati.
Informazzjoni rigward kull azzjoni ta’ infurzar meħuda mill-MFSA hija disponibbli pubblikament skont l-Artikolu 16(8) tal-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta u wkoll skont l-Publication Policy tal-Awtorità fuq is-sit tal-MFSA.
Għawdex — In-Nadur u r-Rabat - Xogħlijiet fuq triq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet u meta hu maħsub li tinbena mill-ġdid it-triq li twassal min-Nadur għar-Rabat li l-aħħar li saret kien fl-1988 u issa waslet biex tinbena mill-ġdid? Jista’ jgħid jekk hemmx pjanijiet li din issir fis-sena 2024? Jekk le, jista’ jgħid jekk sarux rapporti dwar l-istat ta’ din it-triq u jekk iva min għamilhom u jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li huwa konxju li din it-triq qiegħda tiddeterjora, mhux maħsub li jibda xogħol fuqha din is-sena. Prezentament għaddej ix-xogħol preparatorju sabiex jibda x-xogħol fuq it-triq li mill-Qala twassal għan-Nadur.
Ir-Rabat/Iż-Żebbuġ Għawdex — Triq l-Imgħallem - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub (jindika xahar u sena) li se jitkomplew isiru l-crash barriers fi Triq l-Imgħallem, ħdejn il-Wied tas-Salve Reġina peress li m’hemmx ilqugħ ta' protezzjoni li jifred dan il-wied mit-triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn l-ilqugħ se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin.
Ix-Xewkija Għawdex — Korsa taż-Żwiemel Ta’ Xħajma - Bini mill-ġdid tal-istalel
Question
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-bini mill-ġdid tal-istalel taż-żwiemel u manure clamp fil-Korsa taż-Żwiemel Ta’ Xħajma, ix-Xewkija, Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar għandu applikazzjoni waħda mal-Awtorità tal-Ippjanar (PA3364/23) għall-bini ta’ stalel taż-żwiemel li għadha pendenti.
Jista’ l-Ministru jgħid liema latrini f’Għawdex huwa ppjanat li jsirilhom refurbishment u f'liema xahar, matul is-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll meta se jitlesta x-xogħol fuqhom, fejn jinsabu, fiex jikkonsisti x-xogħol u kemm hi ppjanata li tkun l-ispiża?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mistenni li jibda x-xogħol fuq żewġ latrini wara li jkun għadda l-istagun tas-sajf.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jsir ix-xogħol fuq il-bini mill-ġdid u/jew resurfacing ta' Triq il-Qbajjar kollha, f'Marsalforn, u jikkonferma li dan ix-xogħol se jsir u jitlesta minn kollox sa tmiem is-sena 2024?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol li diġà sar u ser ikompli jsir fi Triq il-Qbajjar huwa xogħol mill-Korporazzjoni tal-Enemalta.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-proġett propost fid-diversi baġits passati għal SME Hub fix-Xewkija, Għawdex u jgħid x’sar matul l-ewwel xhur tas-sena 2024 fuq dan l-imsemmi proġett u kemm intefqu flus? Jista’ jgħid ukoll x’hemm ippjanat li jsir matul il-kumplament tal-2024 fuq dan il-proġett u kemm hi ppjanata li tkun in-nefqa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet ma’ entitajiet oħrajn dwar dan il-proġett.
GĦAWDEX – TA’ DBIEĠI CRAFTS VILLAGE – TENDER GĦAL XOGĦLIJIET FUQ ĦITAN
Question
Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar ix-xogħol tat-tender li ħarġet diversi drabi ‘Tender for Upgrading and Embellishing in an Environmentally Friendly Manner the Existing Boundary Wall Area at Ta’ Dbieġi Crafts Village, Gozo’ u meta se jitlesta x-xogħol mitlub f’din is-sejħa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex titwettaq il-wegħda elettorali li jinfetaħ l-ewwel casino f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll meta hu mistenni li jibda jopera?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal – Espressjoni ta’ interess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-aħħar żviluppi u x’sar matul is-sena 2024 dwar il-bini ta’ Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal li l-Gvern Laburista kien ħareġ espressjoni ta’ interess għalihom f’Marzu 2013? Wara li għaddew aktar minn disa’ snin u ma ssemma xejn iżjed dwarhom, jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti hux ser isiru u jekk l-espressjoni ta’ interess li kienet inħarġet għadhiex għaddejja jew ġietx imwaqqfa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14071.
Jista’ l-Ministru jgħid meta (xahar u sena) hu mistenni li jinbidlu t-twapet u l-bandli li hemm fil-Ġnien tat-Tliet Għoljiet, Marsalforn, Għawdex, peress li fl-istat li jinsabu fih jistgħu jkunu ta’ periklu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kompla għaddej il-proċess biex toħroġ is-sejħa għall-offerti biex jinbidel l-equipment u jsir skont l-istandards rikjesti.
Il-Qala, Għawdex — Triq Papa Piju XII - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq triq Triq Papa Piju XII fil-Qala, Għawdex u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew? Min kien il-kuntrattur li għamel ix-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-wearing course f’din it-triq ingħata fi Frar 2024.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża ta’ kull reġjun għall-ġbir tal-iskart matul is-sena 2023? Kemm ġabar flus kull reġjun għall-ġbir tal-iskart mingħand il-Kunsilli Lokali li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm differenza bejn dak li r-reġjun ġabar u dak li għandu jħallas għas-sena 2023 u jekk iva, minn fejn ser titħallas din id-differenza?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba baqgħet ma waslitx sad-deadline intern li ġie mogħti.
Jista’ l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet (xahar u sena) fi Triq tal-Lanterna, limiti tal-Għasri u kemm-il xahar ilha magħluqa din it-triq? Jista’ jgħid ukoll meta se jitlestew dawn ix-xogħlijiet, kemm kien proġettat li ser jiswew u kemm effettivament ġew jiswew sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq din it-triq beda lejn l-aħħar tas-sena 2020 fuq ħitan tas-sejjieħ. Madanakollu rriżulta li t-triq kienet se ċċedi u għaldaqstant saru numru ta’ interventi strutturali. Ix-xogħlijiet mistennija li jkunu lesti lejn l-aħħar ta’ din is-sena.