Direttiva (UE) 2024/1203 dwar il-protezzjoni tal-ambjent
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu jew huma maħsuba li jittieħdu fir-rigward tal-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva (EU) 2024/1203 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali u li tissostitwixxi d-Direttivi 2008/99/KE u 2009/123/K?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x' inhuma r-raġunijiet u għaliex is-sejħa li ħarġet f'dawn l-aħħar ġimgħat mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar 'Tender for road works including the building of a gravity wall, resurfacing of part of triq ta' Hondoq ir-Rummien Qala, Gozo, in a resource and efficient manner which considers wider environmental impacts' (SPD3/2024/001) u li kella tagħlaq fil-24 ta' Lulju 2024, f'dawn l-aħħar ġranet ma baqgħetx tidher fuq il-website 'etenders.gov.mt'? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet stmata din is-sejħa, meta kien maħsub li jibda u jitlesta x-xogħol mitlub minn din is-sejħa peress li din il-parti tat-triq kien sar xogħol fuqha mill-Ministru preċedenti, iżda ftit wara bdiet tisfronda?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tat-tender ġie kkanċellat minħabba raġunijiet ta’ termini u kundizzjonijiet li kien hemm bżonn jiġu aġġornati.
B'referenza għall-cables tad-dawl li baqgħu mwaħħlin mal-faċċati tad-djar u bini ieħor fil-waterfront ta’ Marsalforn, jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender ħarġitx biex jitgħaddew minn ġo culvert taħt l-art li kien sar meta sar il-promenade ta' Marsalforn u jekk iva, meta (xahar u sena) nħarġet is-sejħa u meta se jibdew (xahar u sena) ix-xogħlijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender SPD3/2023/011 – Tender to provide cable management systems and laying of Enemalta cable ħarget f’Mejju 2023 u għalqet fis-6 ta’ Ġunju 2023. Ma rċivejna l-ebda’ sottomissjoni għal din it-tender. Għaldaqstant qed terġa' tiġi kkumpilata tender sabiex terġa' toħrog sejħa għall-offerti.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti u għala nħasset il-ħtieġa li tinħareġ din id-direct order 'MGP NP08/2024 - Negotiated Procedure for the Management of Historic Sites in Gozo'? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-valur u għal kemm hu l-perjodu ta' żmien ta' din id-Direct Order u kemm-il siegħa ta' servizz hemm ippjanata li tingħata permezz ta’ din id-direct order u liema huma s-siti storiċi li ħa jiġu mmexxija permezz ta’ din id-direct order u kemm ilha bħala snin tinħareġ din id-direct order?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li nħasset il-ħtieġa li tinħareġ din id-direct order 'MGP NP08/2024 - Negotiated Procedure for the Management of Historic Sites in Gozo' biex tkopri ż-żmien sakemm toħroġ u tiġi evalwata t-Tender. Safrattant it-Tender ħarġet u għalqet fil-31 ta’ Lulju, 2024.
In-Negotiated Procedure tkopri 12-il siegħa ta’ servizz kuljum, inkluż is-Sibt u l-Ħadd. Is-siti storiċi huma dawk li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar u siti oħrajn li dwarhom hemm ftehim mal-Kunsill Lokali tan-Nadur.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – direct orders għal security services u għas-servizz ta’ skrivani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti u għala nħasset il-ħtieġa li tinħareġ din id-Direct Order 'NP for the Provision of Clerical Services through a Service Provider for GGH (Status: Evaluation) CFT CA UNIQUE ID: 014-6040/24 - CPSU 1533/23/Part 1'? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-valur u għal kemm hu l-perjodu ta' żmien ta' din id-Direct Order u kemm-il siegħa ta' Security Service hemm ippjanata li tingħata permezz ta’ din id-direct order u kemm-il parti oħra hemm ippjanata li tinħareġ permezz ta’ direct order għal servizz ta' skrivani?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Direct order fuq Security Services
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti u għala nħasset il-ħtieġa li tinħareġ id-Direct Order 'Negotiated Procedure for the Provision of Security Services for the Gozo General Hospital'? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-valur u għal kemm hu l-perjodu ta' żmien ta' din id-Direct Order u kemm-il siegħa ta' Security Service hemm ippjanata li tingħata permezz ta’ din id-direct order?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol f'parti minn Triq Santa Dminka, fir-Rabat Għawdex, u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew ix-xogħlijiet u meta ġiet awarded it-tender għal dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq din it-triq għadhom għaddejjin u mistennija jitkomplew fiż-żmien li ġej.
Il-Belt Valletta — Triq Melita - Vettura vjola bla number plate
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu fir-rigward ta’ vettura ta’ lewn vjola bla number plate li tidher li ġiet abbandunata u ilha pparkjata għal diversi xhur fit-tarf ta’ Triq Melita, il-Belt Valletta (fuq in-naħa ta’ Marsamxett)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-vettura li rrefera għaliha l-Onor. Membru u li kienet fit-tarf ta’ Triq Melita, il-Belt Valletta, tneħħiet mill-Pulizija.
Ix-Xewkija Għawdex – Estensjoni taċ-Ċentru tal-Università
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq l-estensjoni taċ-Ċentru tal-Università fix-Xewkija, Għawdex sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fiex intefqu? Jista’ jgħid ukoll x'hemm ippjanat li jsir fuq din l-estensjoni matul din is-sena u kemm hu l-baġit allokat għal din l-estensjoni għal-2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li s’issa intefqu €287,745 fuq l-estensjoni tal-binja nnifisha. Infurmat li mistennija jintefqu madwar €130,000 oħra li jikkonsistu f’xogħol ta’ rinnovar.
Ix-Xewkija Għawdex – Playing Field tal-Barmil — Proġett ta’ Eco Park
Question
Tista’ l-Ministru tagħti informazzjoni dwar il-proġett ta' Eco Park li kien imwiegħed li kellu jsir mill-Ministeru tagħha fl-area tal-Playing Field tal-Barmil fix-Xewkija, Għawdex? Tista' tgħid ukoll meta hu maħsub li jinbeda u jitlesta dan il-proġett?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li nħareġ il-permess mill-Awtorità għall-Ippjanar għall-proġett tal-Eco Garden fix-Xewkija, li se jsir minn Project Green. Tlesta wkoll l-abbozz tas-sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet rispettivi, li mistenni joħroġ fiż-żmien li ġej. Huwa mmirat li l-proġett jitlesta lejn nofs is-sena li ġejja.
Għawdex – kampjuni għall-istudju tal-kwalità tal-arja
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il post hemm f'Għawdex fejn bħalissa qed jittieħdu kampjuni tal-arja biex tiġi studjata l-kwalità tal-arja? Tista' tgħid fl-aħħar sitt xhur kemm-il darba ttieħdu kampjuni tal-arja miċ-ċentru tar-Rabat, Għawdex u b'mod partikolari minn Triq ir-Repubblika? Tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati ta' dawn il-kampjuni li ttieħdu?
Response (DALLI, MIRIAM)
L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) timmaniġġja netwerk li jimmonitorja l-kwalità tal-arja f’Malta u Għawdex. F’Għawdex hemm ħdax-il lokalità li minnhom jittieħdu kampjuni tad-diossidu tan-nitroġenu (nitrogen dioxide) u l-komposti organiċi volatili (bħal benżin) kull erba’ ġimgħat, kif ukoll hemm stazzjon ta’ monitoraġġ kontinwu li hu lokalizzat fl-Għarb.
Fir-rigward tal-kampjuni tal-arja miċ-ċentru tar-Rabat Għawdex, inkluż Triq ir-Repubblika, dawn jittieħdu bl-istess frekwenza tan-netwerk kollu, iġifieri kull erba’ ġimgħat. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bir-riżultati tal-aħħar sitt xhur disponibbli għal Triq ir-Repubblika u nispjega li l-analiżi ssir f’laboratorju barra l-pajjiż u huwa proċess li jieħu ftit taż-żmien.
Għawdex – Applikazzjonijiet għal bini jew estensjonijiet ta’ stalel għaż-żwiemel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet ’għal bini jew estensjoni fin-numru ta’ stalel għaż-żwiemel ġewwa Għawdex dan l-aħħar u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati, kemm minnhom ġew rifjutati u kemm minnhom għadhom pendenti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar għandu applikazzjoni waħda mal-Awtorità tal-Ippjanar (PA3364/23) għall-bini ta’ stalel taż-żwiemel li għadha pendenti.
Għawdex – Applikazzjonijiet għal bini jew estensjonijiet ta’ sheep farms
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal bini jew estensjoni ta' sheep farms jew inkella bdil ta' użu għal sheep farms ġewwa Għawdex sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati, kemm minnhom ġew rifjutati u kemm minnhom għadhom pendenti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru totali ta’ applikazzjonijiet ippubblikati mill-Awtorità tal-Ippjanar bħala kompluti sal-bidu t’Ottubru 2024 huma kif murija fit-tabella.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-istess Awtorità fejn id-deskrizzjoni tal-proposta tinkludi l-kliem “sheep” jew “nagħaġ”.
Alterazzjonijiet/
ż
idiet
Applikazzjonijiet Ġodda
jew bdil ta’ użu għal bini eżistenti
Irrifjutati
0
22
Pendenti
3
14
Approvati
13
47
Irtirati
0
12
Proċess ta’ esproprjazzjoni tat-triq li twassal għall-parking tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta’ esproprjazzjoni sabiex it-triq li diġà hi schemed u li twassal għall-parking tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex tinfetaħ, u dan qabel issir il-parti l-ġdida li diġà ġiet iffurmata, u liema triq, meta tinfetaħ, se tkun qed tagħti aċċess aħjar lir-residenti u lill-poplu inġenerali?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li din l-esproprjazzjoni għadha ma bdietx.
Jista’ l-Ministru jagħti l-aħħar żviluppi dwar il-proġett tal-immodernizzar tal-faċilitajiet tal-Heliport kif ukoll il-Helipad u r-Runway fix-Xewkija u fiex waslu t-tħejjijiet biex ikun jista’ jinbeda x-xogħol meħtieġ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-proġett qiegħed fl-istadju li jinġabu l-permessi meħtieġa mill-Awtoritá tal-Ippjanar.
Sejħa biex issir Geological Investigations fuq żewġ bajjiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġunijiet f'dawn l-aħħar ġimgħat ħarġet is-sejħa 'SPD3/2024/046 - Tender For The Commissioning Of Detailed Geological Investigations And Surveys At Ħondoq Ir-Rummien, Qala And Daħlet Qorrot, Nadur' u x'hemm ippjanat li jsir f'dawn iż-żewġ bajjiet wara li jitlestew dawn il-'Geological Investigations'?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li fil-bajjiet f’Ħondoq ir-Rummien u Daħlet Qorrot hemm ippjanat li jiġu mtejba l-landing sites.
Il-Fontana, Għawdex – Triq Mons. Mikiel F. Buttigieg — xogħol
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8739 li ġiet imwieġba fl-24 ta' Mejju 2023 dwar meta se jsir ix-xogħol fi Triq Mons. Mikiel F. Buttigieg fil-Fontana Għawdex, peress li parti sostanzjali minn din it-triq għadha sal-lum bla wiċċ, fejn kien ġie mwieġeb "li l-Ministeru qed jistenna d-deċiżjoni tal-PCRB fuq sejħa għall-offerti għal xogħlijiet fuq toroq biex ikun jista' jkompli x-xogħlijiet fuq din it-triq kif ukoll spjegat fil-mistoqsija parlamentari numru 8732", jista' l-Ministru jgħid kemm-il xahar ilu li nbeda x-xogħol? Jista’ jgħid f'liema xahar se jitkompla u meta se titlesta minn kollox din it-triq u kemm huma stmati li se jiġu jiswew ix-xogħlijiet fuq din l-imsemmija triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fl-imsemmija triq ser isiru fiż-żmien li ġej.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi proġetti saru f'Għawdex mid-dħul tat-taxxa fuq kull lejl fil-hotels u akkomodazzjoni oħra matul is-sena 2023? Jista' jgħid kemm kien id-dħul minn Għawdex u dan peress li l-Ministri għal Għawdex, għat-Turiżmu u għall-Finanzi qalu fi tweġibiet separati li m'għandhomx x'jaqsmu ma’ din il-materja? Jista' jgħid kemm minn din it-taxxa ġiet investita f'Għawdex stess?
Jista' l-Ministru jgħid xi skemi ħareġ id-Dipartiment għall-Gvern Lokali matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena u kemm applikaw kunsilli għal kull skema u liema kienu dawn il-kunsilli? Jista' jgħid ukoll liema kunsilli ngħataw fondi minn kull skema u kemm kien l-ammont ta' fondi li ngħata kull kunsill lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba u mgħoddija lili.
Għawdex — Kunsilli Lokali -Skema ta' fondi SPI/SCI/1/2024
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14985, jista’ l-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar jaġġorna lill-Kamra dwar skema miftuħa għall-Kunsilli Lokali Għawdxin sabiex jibbenefikaw minn fondi biex jintużaw għar-restawr ta’ strutturi jew monumenti ta’ importanza storika jew artistika u tkun ukoll tkopri fondi li jistgħu jintużaw ukoll biex itejbu, isebbħu u jħaddru sqaq(ien) fil-lokalità tagħhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal din l-iskema applikaw disa’ kunsilli lokali u li bejniethom ipproponew 14-il proġett. Minn dawn, 7 minnhom kienu marbuta ma’ restawr ta’ monument t’importanza storika jew artistika, u s-7 l-oħra kienu marbuta ma’ tisbiħ ta’ sqaqien. Bħalissa dawn il-proposti qed jiġu evalwati skont il-kriterji tal-iskema.