Legislature:
Category:
Reset
Active:

Is-Sannat — Triq Ta' Marżiena - Playing field

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' tisbiħ sar sabiex tiġi msebbħa l-playing field li hemm ġewwa t-Triq Ta' Marżiena fis-Sannat, Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm flejjes intefqu jew se jintefqu u jekk kienx hemm ukoll installazzjoni ta' sistemi ġodda ta' dawl u playing equipments u affarijiet oħra relatati? Jista’ jgħid ukoll għaliex f'dawn l-aħħar ġimgħat l-entratura prinċipali ta' din il-playing field ingħalqet bil-barriers tal-ħadid b'konsegwenza li din il-playing field ingħalqet kompletament għall-pubbliku u ma tistax tintuża u titgawda mill-pubbliku?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Sannat li x-xogħol ta' tisbiħ fil-playing field tat-Triq Ta' Marżiena jikkonsisti f’tibdil ta’ dawl dekorattiv u tagħmir tal-logħob tat-tfal. In-nefqa ser tkun €54,497.65 (esk. VAT). L-installazzjoni tad-dawl ġdid konformi mal-istandards rekwisiti huwa lest, filwaqt li t-tagħmir tal-logħob qiegħed fil-proċess li jiġi nstallat. Bħalissa l-playing field jinsab magħluq sabiex ma jkunx hemm periklu għall-pubbliku waqt li qed isiru x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni.

PA07491/16 — Sptar Ġenerali ta’ Għawdex - Master plan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-master plan (PA07491/16) għall-area tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Jista' jgħid ukoll f'liema xahar u sena hu ppjanat li jiġi approvat u b’hekk ikunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejin bil-pjanijiet għall-ewwel fażi li tinkludi l-istudji ġeoloġiċi li huma kruċjali għall-bini tal-isptar il-ġdid kif ukoll ir-rilokazzjoni tal-anzjani u tal-ħaddiema tal-amministrazzjoni.

Diviżjoni/sezzjoni tal-Cleansing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex id-diviżjoni/sezzjoni tal-Cleansing f'dawn l-aħħar ġimgħat m’għadhiex tifforma parti mid-Direttorat tal-ECO Gozo? Jista’ jgħid ukoll ma’ liema direttorat marret din id-diviżjoni/sezzjoni u għaliex marret ma’ dan id-Direttorat?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sezzjoni llum tagħmel parti mid-Direttorat għall-Manutenzjoni u l-Indafa Pubblika.

Għajnsielem — Triq Sant’Antnin li tmiss ma’ Triq ix-Xatt - Road Safety Barriers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx meta se jiġu sostitwiti r-Road Safety Barriers tal-parti ta' isfel ta' Triq Sant’Antnin li tmiss ma’ Triq ix-Xatt, f'Għajnsielem, peress li partijiet minnhom ilhom għal diversi xhur imkissrin u huma ta' periklu kbir u għadom sal-lum ma nbidlux?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-barriers ser jinbidlu matul din il-ġimgħa.

Rural Settlements

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Rural Settlements f’Għawdex u f’Malta u jgħid fejn jinsabu bħala raħal kemm f’Għawdex u kemm f’Malta u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plan tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kif dawn jiġu u ġew klassifikati bħala Rural Settelment u kemm ilhom żmien klassifikati hekk?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’ Għawdex u f’Malta it-total ta’ Rural Settlements huwa ta’ 119; li minnhom 37 jinstabu f’Għawdex u 82 jinstabu f’Malta. It-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tindika kif inhuma mqassmin dawn ir-rural settlements skont il-Pjani Lokali, il-lokalita’ li fiha jinsabu u l-kategorija li fiha ġew ikklassifikati. Pjanti ta’ kull rural settlement huma wkoll annessi ma’ din ir-risposta. Kull informazzjoni f’din ir-risposta tinsab fil-Pjani Lokali nfushom.

PMC For Victoria Car Park and Green Space at Pjazza l-Assedju ta' Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-'Preliminary Market Consultation' li ħareġ il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar - 'PMC For Victoria Car Park and Green Space at Pjazza l-Assedju ta’ Għawdex' li għalqet fit-30 ta' Settembru 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm u min kienu l-persuni jew kumpaniji li wrew interess? Jista’ jgħid issa xi jmiss isir?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm sottomissjoni waħda fil-Preliminary Market Consultation dwar il-Victoria Car Park and Green Space at Pjazza l-Assedju ta’ Għawdex, li ġiet ippublikata mill-Awtorita għall-Żvilupp Reġjonali ta’ Għawdex (GRDA). Din il-konsultazzjoni kienet fażi oħra minn sensiela ta’ studji li qed tagħmel il-GRDA biex tiġi evalwata l-fattibilità li wieħed imur għal Private Public Partnership (PPP) fil-forma ta’ konċessjoni. Min-naħa l-oħra, il-GRDA daħħlet ukoll applikazzjoni ta’ Outline Development Permit mal-Awtorita tal-Ippjanar.

Proposal for Available Property or Land for Outright Acquisition in Victoria (Rabat) Gozo or in the Vicinity of Victoria (Rabat) Gozo to be Converted into Gozo Court

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-'Preliminary Market Consultation' li ħarġet l-Aġenzija tal-Qrati 'Proposal for Available Property or Land for Outright Acquisition in Victoria (Rabat) Gozo or in the Vicinity of Victoria (Rabat) Gozo to be Converted into Gozo Court' li għalqet fis-6 ta' Jannar 2023? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm u min kienu l-persuni jew kumpaniji li wrew interess? Fejn se ssir il-Qorti l-ġdida f'Għawdex u meta ser tinfetaħ?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess għadu għaddej u l-Ministeru ser ikun qed jagħti aktar dettalji fil-mument opportun.

Ir-Rabat, Għawdex — Triq il-Kapuċċini, kantuniera ma’ Triq Sir Luigi Camilleri - Binja li kienet tintuża bħala uffiċini tal-Awtorità tal-Ippjanar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsibijiet għandha l-Awtorità tal-Artijiet dwar binja li hemm fi Triq il-Kapuċċini, kantuniera ma’ Triq Sir Luigi Camilleri, ġewwa r-Rabat, Għawdex, li sa ftit snin ilu kienet tintuża bħala uffiċini tal-Awtorità tal-Ippjanar, peress li llum tinsab magħluqa u fi stat ta' abbandun?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-binja msemmija se tingħadda lill-Ministeru ta’ Għawdex u l-Ippjanar.

Kindergarten Educators Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Kindergarten Educators (KGE) Għawdxin li fil-preżent qed jaħdmu fi skejjel primarji ġewwa Malta? Jista’ jgħid kemm minnhom huma relievers u kemm ilhom relievers?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament hemm 31 KGE li qed jaħdmu fi skejjel primarji ġewwa Malta. Infurmat li minn dawn il-31 KGE hemm 13-il reliever u ilhom jaħdmu bħala reliever skont it-tabella hawn taħt; Perjodu Numru ta’ KGE Minn Settembru 2023 1 Minn Frar 2024 1 Minn Settembru 2024 11 Total 13

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Bordijiet u Kumitati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista’ tal-bordijiet u kumitati kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali? F’kull każ, jista’ jagħti l-ismijiet tal-persuni li jiffurmaw dawn il-bordijiet u/jew kumitati?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

In-Nadur — Triq l-Emigranti - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol fadal isir fi Triq l-Emigranti, fin-Nadur? Kemm-il xahar ilu li nbeda x-xogħol, u għala f'dawn l-aħħar xhur ma tkompla ebda xogħol f'din it-triq? Jista’ jgħid ukoll jekk jafx meta ser jitkompla x-xogħol u meta x-xogħol f’din it-triq ser jitlesta minn kollox?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol mistenni jitkompla fil-ġimgħat li ġejjin hekk kif il-proċess tal-procurement ikun jippermetti dan.

CfT CA Unique CPSU2560/24 — 019-6080/24 - Direct order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti u għala nħasset il-ħtieġa li tinħareġ id-direct order 'CfT CA Unique CPSU2560/24 - 019-6080/24 - Negotiated procedure for the provision of Ancillary Services relating to office space lease at Swatar premises to Mater Dei Hospital'? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-valur u għal kemm hu l-perjodu ta' żmien ta' din id-Direct Order?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-proċess għadu fi stat ta’ evalwazzjoni.

CT2361/2022 — Sejħa

Question

B'referenza għas-sejħa CT2361/2022 – Framework Agreement for the Provision of General Road Works including the Laying of Asphalt for the Ministry For Gozo, jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet saru sa issa, fiex kienu jikkonsistu u fejn saru permezz ta' din is-sejħa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa saru xogħlijiet f’parti minn Triq Marġa x-Xagħra, parti minn Triq ix-Xagħra Marsalforn, u Triq Lord Strickland Qala. Qed isiru xogħlijiet fi Triq Stellini x-Xagħra u fil-ġimgħat li ġejjin ser jitkompla x-xogħol fi Triq l-Emigranti fin-Nadur.

In-Nadur, Għawdex — Triq ir-Rabat - Railings taċ-ċint tal-bankina

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9400 li ngħatat fl-14 ta’ Ġunju 2023 dwar meta se jiġu sostitwiti r-railings taċ-ċint tal-bankina ta' Triq ir-Rabat, fin-Nadur Għawdex, li jinsabu eżatt qabel id-daħla tar-raħal tan-Nadur, peress li huma kollha sadid u ta' periklu kbir, jista’ l-Ministru jgħid għaliex għaddew iktar minn sena u nofs u dawn ir-railings taċ-ċint għadhom ma ġewx sostitwiti? Jista’ jgħid ukoll jekk jafx meta dawn ir-railings se jiġu mibdula?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ser jibdew fil-bidu tas-sena l-ġdida u ser jinħadmu mill-ħaddiema tal-gvern.

Persuni li ma jirċevux pensjoni sħiħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15746 u 18010 u jgħid kemm hemm pensjonanti li ma jirċevux il-pensjoni sħiħa minħabba li kellhom nuqqas ta’ ħlas ta' kontribuzzjonijiet soċjali (bolol)? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Sejħa għal Direttur Ġenerali (Major Projects)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex is-sejħa ta’ Direttur Ġenerali (Major Projects) ma reġgħetx ħarġet? Meta hu maħsub li terġa’ toħroġ din is-sejħa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħiet għas-Senior Management joħorġu skont l-esigenzi tas-servizz.

Marsalforn – Triq Santa Marija – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tinbena mill-ġdid u tiġi asfaltata l-parti ta’ fuq ta’ Triq Santa Marija, f’Marsalforn, li tinsab fi stat ħażin ħafna? Jista’ jgħid ukoll jekk din hijiex ser issir matul is-sena 2024 jew fl-ewwel xhur tas-sena 2025?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lil Onor. Interpellant li x-xogħolijiet mistennija jibdew wara din is-sena.

Marsalforn – Parkeġġ – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-parkeġġ ta’ Marsalforn se jkompli jinkesa bit-tarmak peress li parti kbira mill-istess parkeġġ għadha qatt ma ngħatat it-tarmak u kull sena qed tkompli tiddeterjora?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lil Onor. Interpellant li qed nieħu nota. It-triq ‘l quddiem hija li jew isir tarmac ġdid jew wieħed forsi jista’ jikkunsidera modifikazzjoni ta’ kif qiegħed il-parkeġġ.

Gozo Channel Operations Ltd u Gozo Channel Holding Company – Nefqa fuq overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali fuq overtime mill-Gozo Channel Operations Ltd u Gozo Channel Holding Company Ltd mill-1 ta’ Jannar 2024 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total tan-nefqa globali fuq l-overtime imħallas mill-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-lum, maqsuma xahar b’xahar huwa kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Min-naħa l-oħra, il-Gozo Channel (Operations) Ltd m’għandhiex aċċess għall-accounts tal-Gozo Channel (Holding) Ltd, u għalhekk ma tistax tagħti risposta f’isem din il-kumpanija.

Artijiet jew proprjetà tal-Gvern devoluti lill-Kunsilli Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm artijiet jew proprjetà tal-Gvern devoluti lil kull Kunsill Lokali f’Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawn il-proprjetajiet devoluti u kemm kienet il-kirja mħallsa għal kull proprjetà fl-aħħar tas-sena 2023?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Risposta tingħata f’seduta oħra.