Legislature:
Category:
Reset
Active:

Toroq ġodda f’Għawdex — Spiża

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16924 u jgħid liema huma t-toroq li huma skedati li jsiru ġewwa Għawdex u kemm hi stmata li se tkun l-ispiża?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lil Onor. Interpellant li bħalissa qed jigu evalwati dawn is-sejħiet għal-offerti bl-spiza stmata madwar Euro 3.8 miljuni. 2024 Value of tender SPD3/2024/047 – Tender for the reconstruction of several roads in Gozo in a resource efficient manner Lot 1: Resurfacing of Triq il-Helsien Xewkija: €149,003.42 excl VAT. Lot 2: Resurfacing of Trejqet Ein Karem, Xewkija: €76,046.15 excl VAT. SPD3/2024/080 – Tender for the stabilisation, shoring and resurfacing of Triq Mons Guzeppi De Piro, Zebbug, Gozo in a resource efficient manner which considers environmental impacts € 459,834.53 excl VAT SPD3/2024/079 – Road works including the building of a gravity wall and resurfacing of Part of Triq ta’ Hondoq ir-Rummien, Qala in a resource efficient manner which considers wider environmental impacts € 612,749.11 excl VAT SPD3/2024/058 - Tender for the resurfacing of Triq San Pupulju, Xewkija, Gozo in a resource efficient manner including the replacement of buried infrastructure €240,855.07 excl VAT CT2299/2024 – Frameworks contract for provision of general road works inc. laying of asphalt in a resource efficient manner which considers wider env. Impacts for the Ministry for Gozo and Planning €2,312,041.3 excl VAT

Għawdex — Bini ta’ toroq - Tenders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mit-tenders li nħarġu u ġew awarded fis-sena 2017 biex toroq jinbnew mill-ġdid jew jiġi rranġat l-asfaltar u/jew is-servizzi tat-triq ġewwa Għawdex, f’kemm minn dawn it-tenders inqabeż id-deadline stipulat sakemm tlestew u ġew iffinalizzati x-xogħlijiet, u f’kull każ jgħid b’kemm inqabeż?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra turi t-toroq li tlestew ix-xogħolijiet fihom.

Kerċem — Pjazza Salvatore Busuttil - Spezzjoni tat-triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar spezzjoni fi triq ġewwa Pjazza Salvatore Busuttil f'Kerċem, peress li madwar sena ilu parti minn din it-triq bdiet tinfetaħ? Jista’ jgħid ukoll jekk min għamel din l-ispezzjoni, ikkonfermax li ma hemm l-ebda periklu? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja tar-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret spezzjoni fuq din il-parti tat-triq. Sadanittant, qed jitħejjew ukoll il-pjanijiet sabiex titranġa din il-parti tal-pjazza.

Għawdex — Artijiet li ġew esproprijati - Każijiet miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għad baqa' każijiet miftuħa dwar artijiet li ġew esproprijati ġewwa Għawdex bejn is-sena 2000 u s-sena 2024? Jista’ jelenka wkoll lista li turi kemm hemm minn dawn il-każijiet lokalità b’lokalità ġewwa Għawdex?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2707.

Ix-Xewkija — Ta’ Xħajma - Proġett tal-Park and Ride

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda (xahar u sena) ix-xogħol fuq il-Proġett tal-Park and Ride f’Ta’ Xħajma fix-Xewkija, Għawdex? Jista’ jgħid ukoll jekk jafx meta hu maħsub (xahar u sena) li jitlesta kollu kemm hu, inkluż ix-xogħol kollu ta' landscaping ta' dan il-proġett biex dan il-Park and Ride jibda jintuża kollu kemm hu mill-pubbliku?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ kostruzzjoni beda fl-2022. Ix-xogħol kollu kemm hu mistenni jkun komplut din is-sena.

In-Nadur — Bajja ta’ Daħlet Qorrot - Xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 6388, 7411, 8728 u 16198 dwar il-parti tat-triq ta' ħdejn il-Bajja ta' Daħlet Qorrot, in-Nadur, jiġifieri l-parti minn fejn tispiċċa t-triq bil-konkos li saret xi żmien ilu sa ħdejn il-bajja, peress li din baqgħet ma saritx u qiegħda fi stat ħażin ħafna u peress li kien ġie mwieġeb li “Il-parti msemmija mill-Onor. Interpellant issir ukoll fiż-żmien opportun”, u “li idealment ma jkunx waqt il-perjodu li l-bajja tkun qed tintuża l-aktar mill-pubbliku”, jista’ l-Ministru ġentilment jgħid jekk ix-xogħol fuq din il-parti tat-triq huwiex se jibda u jitlesta qabel jibda s-sajf 2025?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq qiegħda fil-pjan tal-Ministeru sabiex issir.

Ir-Rabat, Għawdex — Triq Ġorġ Tabone - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta’ xogħlijiet saru u qed isiru fi Triq Ġorġ Tabone fir-Rabat, Għawdex? Jista’ jgħid ukoll: i. Għaliex infetħet triq ġdida minn din l-imsemmija triq li tgħaqqad ma’ Triq ta' Wara s-Sur? Għaliex inħasset il-ħtieġa li jsiru dawn ix-xogħlijiet? ii. X'tip ta’ xogħlijiet saru sa issa u x'fadal isir? iii. Kemm huma ppjanati li se jiġu jiswew dawn ix-xogħlijiet? iv. Meta ħa jitlesta x-xogħol kollu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar qed jaħdem fuq network ta’ toroq ġodda biex jitnaqqas l-influs ta’ karozzi fiċ-ċentru tal-Belt Victoria. Din l-imsemmija triq skemata - liema kuntratt tal-akkwist sar fil-2011 - hija parti minn din in-network.

Framework Contract For The Collection And Transportation Of Fruit And Vegetables From Gozo To Pitkalija, Malta For The Malta Food Agency

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22445, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha dwar is-sejħa 'SPD8/2024/107 - Framework Contract For The Collection And Transportation Of Fruit And Vegetables From Gozo To Pitkalija, Malta For The Malta Food Agency' u jgħid minn fejn ħa jiġi offrut dan is-servizz ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid ukoll min f'dawn l-aħħar ġranet u xhur kien qed joffri dan is-servizz u minn fejn kien qed jiġi offrut dan is-servizz ġewwa Għawdex u kemm kien ilu jiġi offrut dan is-servizz u għaliex issa nħasset il-ħtieġa li toħroġ is-sejħa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ir-Rabat, Għawdex — Triq Sir Arturo Mercieca - Bini mill-ġdid tat-triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li tinbena mill-ġdid Triq Sir Arturo Mercieca fir-Rabat, Għawdex, peress li tinsab fi stat ħażin ħafna? Jista’ jgħid jekk hemmx pjanijiet li din issir fis-sena 2025? Jekk le, jista’ jgħid jekk sarux rapporti dwar l-istat ta' din it-triq? Jekk iva, min għamilhom dawn ir-rapporti u jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid ukoll jekk it-tender ġietx abbozzata?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru huwa konxju tat-tali triq u se nkunu qed naraw li ssir fix-xhur li ġejjin.

Għawdex — Bini ta’ toroq

Question

Fid-dawl li t-toroq kollha ġewwa Għawdex jaqgħu taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-valur tal-kuntratti ta’ bini ta’ toroq li kellhom l-offerta milqugħa għal kull sena fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024, kemm minnhom saru u kemm minnhom għadhom ma sarux? Jista’ jgħid ukoll għaliex għadhom ma sarux u meta hu maħsub li jsiru (xahar u sena)?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Informa lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Outpatients — Stennija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17263 u jgħid x’inhu l-average waiting time fl-Outpatients tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jista’ jgħid ukoll x’miżuri ttieħdu jew qed jittieħdu biex il-waiting time jonqos?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-ħin medju ta’ stennija fid-Dipartiment tal-Outpatients tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex huwa ta’ madwar 40 jum. Qed jittieħdu diversi miżuri biex jitnaqqas il-ħin ta’ stennija f’dan id-Dipartiment fosthom: • Qed jittieħdu passi sabiex jitkabbar id-Dipartiment tal-Outpatients tal-Isptar. Dan se jżid in-numru ta’ kliniċi fejn il-konsulenti jkunu jistgħu jaraw aktar pazjenti. • Ikompli jikber n-numru ta’ konsulenti li jipprovdu servizzi f’diversi dixxiplini, biex b’hekk jiżdiedu l-booking slots disponibbli u jitnaqqas il-ħin ta’ stennija f’dan id-Dipartiment.

Ix-Xewkija — Ċentru tal-Università - Estensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'sar fuq l-estensjoni taċ-Ċentru tal-Università fix-Xewkija matul is-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm intefqu flus, kemm hu l-baġit allokat għal din l-estensjoni għas-sena 2025 u x' hemm ippjanat li jsir?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 20402.

Skemi ta’ restawr Postijiet żgħar/monumenti storiċi/sqaqien

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23246 u ċjoè: B’referenza għall-iskema ta’ restawr ta’ postijiet żgħar/monumenti storiċi/sqaqien f’Malta għal din is-sena, li ġiet ippubblikata f’Marzu 2024, jgħid: i. kemm-il darba ħarġet tali skema matul l-aħħar għaxar snin u jindika s-snin meta ħarġet? ii. kemm kien l-ammont ivvutat għal din l-iskema, maqsuma sena b’sena? iii. kemm attwalment intefqu flus fi proġetti f’din l-iskema, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-iskema ta’ din is-sena, minn min saru l-applikazzjonijiet, għal xiex saru, kemm minnhom ġew aċċettati u kemm minnhom ġew irrifjutati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar għaxar snin din l-skema ħarġet erba’ darbiet fis-snin 2017, 2018, 2020 u 2024. Għas-snin 2017 u 2018 kien hemm allokata s-somma ta’ Ewro 70,000, għas-sena 2020 kien hemm is-somma ta’ Ewro 80,000 u għall-iskema li ħarġet fl-2024 kien hemm allokata is-somma ta’ Ewro 500,000.

In-Nadur Għawdex — Triq Xandriku - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-rwol tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar fix-xogħlijiet li nbdew f’dawn l-aħħar ġranet fi Triq Xandriku fin-Nadur? Jista’ jgħid ukoll jekk hux se jinbidlu s-servizzi kollha; jekk hux se jsir storm water culvert li jagħqad ma’ Triq l-Imġarr u service culvert għas-servizzi; u jekk hux ser isiru bankini ġodda? Jista’ jgħid jekk hux it-triq kollha se tkun inkluża, jiġifieri se jinbidlulha s-servizzi, tinbena mill-ġdid u tingħata t-tarmac, jew inkella hux biss parti minnha?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-storm water culvert li hemm fit-triq ser jitranġa filwaqt li informat li ser jingħata wiċċ ġdid lit-triq kollha.

FIAU — Penalitajiet amministrattivi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23352, u fid-dawl tas-sentenzi tal-qrati kostituzzjonali bħal każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ma hemmx dritt ta’ appell kemm fuq punt ta’ liġi kif ukoll fuq punt ta’ fatt quddiem qorti minn din ix-xorta ta’ deċiżjonijiet tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) fejn allura l-penali ma tkunx iżjed minn €5,000?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tajjeb li jiġi ċċarat illi s-sentenza kostituzzjonali li qed tiġi ċċitata titratta multa ta €244,679, u mhux wahda ta inqas min €5,000, u għalhekk huwa diffiċli li wieħed isib applikazzjoni, jew xi tip ta’ konnessjoni ta din id-deċizjoni tal-Qrati fir-rigward ta’ multi ta inqas minn €5,000. Nerġa’ nisħaq li multi taħt il-€5,000 jistgħu jkunu suġġett ta’ stħarrig ġudizzjarju hekk kif premess permezz tal-Artikolu 469A tal-Kodiċi tal-Organizazzjoni u l-Proċeduri Ċivili.

MFSA — Penali amministrattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid attwalment fil-prattika liema organu fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) hu responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjoni finali dwar l-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi u dan ukoll tenut kont tal-ammont tal-penali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA), għandha diversi poteri dwar azzjonijiet ta’ l-infurzar, fosthom l-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi. Attwalment, l-organu fi ħdan l-MFSA li hu responsabbli għat-teħid ta’ deċizjoni finali dwar l-impozizzjoni ta’ penali amministrattivi, huwa il-Kumitat Ezekuttiv, kif stabbilit ai termini ta’ artiklu 9 ta’ Kap 330 tal-liġijiet ta’ Malta, l-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, sakemm il-poter li tiġi deċiża tali azzjoni ma tkunx ġiet delegata ai termini tal-ligi.

Kunsilli Lokali Għawdxin — Talbiet għal xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min fi ħdan il-Ministeru tiegħu jiddeċiedi liema talbiet jiġu aċċettati jew le permezz tas-sistema L.C. works li jużaw il-Kunsilli Lokali Għawdxin fejn fihom jitolbu talbiet għal xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll fil-preżent kemm talbiet pendenti għandhom kunsill, kunsill u kemm ilhom pendenti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Informa lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

SPD3/2024/008 — TENDER FOR THE TRENCHING WORKS AND LAYING OF NEW UTILITIES AT TRIQ DUMINKU MINTOFF, VICTORIA, GOZO

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta nbdew ix-xogħlijiet relatati mas-sejħa 'SPD3/2024/008 - TENDER FOR THE TRENCHING WORKS AND LAYING OF NEW UTILITIES AT TRIQ DUMINKU MINTOFF, VICTORIA, GOZO ' li ġiet awarded fil-21 ta' Marzu 2024? Tista’ tgħid ukoll kemm hu stmat li ser jiġi jiswa x-xogħol kollu relatat ma’ din is-sejħa u meta hu stmat (xahar u sena) li jitlesta x-xogħol relatat ma’ din is-sejħa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Kif diġà kont infurmajtu permezz tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22888, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

Iż-Żebbuġ, Għawdex — Triq Għajn Mhelhel – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'għamel s'issa u x’beħsiebu jagħmel fil-futur qarib dwar Triq Għajn Mhelhel li miż-Żebbug Għawdex twasslek għax-Xwejni, peress li f’dawn l-aħħar xhur f'parti minn din it-triq, proprju fil-kantuniera qrib id-daħla tax-Shooting Range, it-triq reġgħet kompliet iċċedi u tisfronda? Jista’ jgħid jekk fil-preżent hemmx periklu għan-nies u għall-vetturi li jgħaddu minn din l-imsemmija triq? Jista' jgħid ukoll jekk marx perit tal-Gvern fuq il-post u jekk iva, x'ġie deċiż?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru jikkonferma li saru l-interventi meħtieġa biex din it-triq tista tkompli tintuża.

Tas-Sannat, Għawdex – Xogħlijiet fuq Playing Field

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar ix-xogħlijiet ta' tisbiħ fil-playing field li hemm ġewwa t-Triq Ta' Marżiena fis-Sannat, Għawdex? Jista’ jgħid f'liema xahar u sena huwa ppjanat li jitlesta x-xogħol kollu u b'hekk ikun jista’ jerġa’ jibda jitgawda mill-pubbliku peress li hi l-unika playing field fis-Sannat Għawdex?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Tas-Sannat li x-xogħol fl-imsemmija Playing Field jikkonsisti fil-bdil ta’ tagħmir tal-logħob għat-tfal li kien jinsab fi stat dilapidat u fil-bdil tad-dawl skont l-istandards. Id-dawl diġà tlesta. Ix-xogħlijiet l-oħra għandhom ikunu lesti sal-aħħar ta' Jannar 2025.