Ix-Xewkija — Ta’ Xħajma - Proġett tal-Park and Ride
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24141 dwar il-proġett tal-Park and Ride f’Ta’ Xħajma fix-Xewkija, Għawdex, jista’ l-Ministru jagħti break down dettaljat tal-affarijiet kollha li baqa’ jsiru fuq dan il-proġett biex ikun lest minn kollox? Jista’ jgħid kemm huma stmati li se jiġu jiswew l-affarijiet kollha li baqgħalhom isiru?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li għad fadal mexjin b’ritmu tajjeb. Kif ingħad fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24141, dan il-progett mistenni jkun lest lejn l-aħħar tas-sena 2025.
Jista’ l-Ministru jgħid x'għamel s'issa u x’beħsiebu jagħmel fil-futur qarib dwar Triq Taċ-Ċawl, fil-Qala Għawdex, peress li f’dawn l-aħħar xhur parti minn din it-triq kompliet iċċedi u tisfronda? Jista’ jgħid jekk fil-preżent hemmx periklu għan-nies/bdiewa u għall-vetturi li jgħaddu minn din l-imsemmija triq? Jista' jgħid ukoll jekk marx perit tal-Gvern fuq il-post u x'ġie deċiż?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li Perit tal-Gvern mar fuq il-post.
Ta' Ċenċ — Żewġ ġibjuni prinċipali tal-WSC - Xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22446, tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma x-xogħlijiet l-oħrajn li huma ppjanati li jsiru fl-istess żona ġewwa Ta’ Ċenċ? Tista’ tgħid ukoll meta huma maħsuba li jinbdew u li jitlestew biex wara jkun jista’ jsir il-kisi tat-triq?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet l-oħrajn ippjanati se jsiru minn Enemalta biex tkompli ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fiż-żona u huwa mmirat li dawn jitlestew fl-ewwel kwart tas-sena.
Ta' Ċenċ — Żewġ ġibjuni prinċipali tal-WSC - Xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22446, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma x-xogħlijiet l-oħrajn li huma ppjanati li jsiru fl-istess żona ġewwa Ta’ Ċenċ? Jista’ jgħid ukoll meta huma maħsuba li jinbdew u li jitlestew biex wara jkun jista’ jsir il-kisi tat-triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit, maqsuma b’lokalità lokalità ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:
In-work Benefit 2023 - Għawdex
Lokalita'
Benefiċċjarji
Nefqa
FONTANA
68
€46,469.96
GHAJNSIELEM
208
€148,248.03
GHARB
80
€54,335.25
GHASRI
25
€10,478.25
KERCEM
93
€56,335.33
MARSALFORN
35
€28,840.30
MUNXAR
65
€33,343.39
NADUR
230
€148,992.99
QALA
126
€77,911.88
SAN LAWRENZ
40
€21,603.18
SANNAT
157
€87,858.98
VICTORIA
344
€213,979.58
XEWKIJA
223
€126,320.50
ZEBBUG (GOZO)
95
€47,574.82
XAGHRA
306
€193,595.62
XLENDI
4
€1,136.28
Total
2,099
€1,297,024.34
Tista’ l-Ministru tgħid xi proġetti hemm ippjanati li jsiru minn Project Green ġewwa Għawdex u fejn? Tista’ tgħid ukoll fiex jikkonsistu u kemm hi ppjanata li tkun l-ispiża matul is-sena 2025?
Tista’ l-Ministru tgħid meta nbdew ix-xogħlijiet fi Triq San Duminku fir-Rabat, Għawdex u fiex jikkonsistu u għaliex f'dawn l-aħħar ġimgħat ma tkomplewx ix-xogħlijiet? Tista’ tgħid ukoll kemm hu stmat li ser jiġi jiswa x-xogħol kollu relatat mas-sejħa u jekk hux maħsub li jkun hemm xi spejjeż u xogħlijiet addizzjonali u meta hu stmat (xahar u sena) li jitlesta x-xogħol relatat ma’ din is-sejħa għall-offerti?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fit-triq indikata nbdew fis-16 t’Ottubru u jikkonsistu f’titjib tan-network eżistenti tal-ilma tax-xorb. Infurmata li x-xogħlijiet mhumiex weqfin, imma qegħdin isiru testijiet tat-terran kif ukoll evalwazzjoni biex jinbidel ukoll il-mejn tad-drenaġġ. Il-valur tal-kuntratt huwa dak ta’ €125,500, filwaqt li dak tax-xogħlijiet anċillari jinħadem skont il-ħtiġijiet li jinqalgħu. Ix-xogħlijiet huma ppjanati li jitlestew fit-tieni kwart tas-sena.
Ministeru għal Għawdex — EU Affairs, International Affairs u Policy Coordination
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent u f'dawn l-aħħar xhur u snin, taħt liema Direttorat/Direttorati kienu jaqgħu l-EU Affairs, International Affairs u Policy Coordination fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar snin l-EU Affairs, International Affairs u Policy Coordination fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar kienu jaqgħu taħt id-Direttorat tal-Policy Development and Programme Implementation.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23862 fl-intier tagħha u jgħid x’inhu r-rwol tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar fix-xogħlijiet li nbdew f’dawn l-aħħar ġranet fi Triq Xandriku fin-Nadur? Jista’ jgħid ukoll jekk hux se jinbidlu s-servizzi kollha; jekk hux se jsir service culvert għas-servizzi; u jekk hux ser isiru bankini ġodda?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet qegħdin isiru mill-Water Services Corporation.
B'referenza għax-xogħlijiet li nbdew f’dawn l-aħħar ġimgħat fi Triq Xandriku fin-Nadur, Għawdex, tista’ l-Ministeru tgħid jekk hux ser jinbidel il-main antik tad-drenaġġ ta' din l-imsemmija triq u s-servizzi relatati, biex b'hekk ilaħħqu mad-domanda tal-lum u jsiru ġodda?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet mibdijin fit-triq indikata jinkludu l-bdil tal-mejn eżistenti tad-drenaġġ għal wieħed ġdid, flimkien mat-tibdil tas-servizzi relatati.
Servizz Pubbliku — Promozzjonijiet għall-karigi ta' Principals u Senior Principals
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess u f’liema xahar se jerġgħu joħorġu s-sejħiet għall-promozzjonijiet tal-karigi ta' Principals u Senior Principals mas-Servizz Pubbliku matul is-sena 2025?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħiet joħorġu skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku.
B' referenza għas-Sectorial Agreements għall-Ħaddiema tas-Servizz li ntqal li ġew iffirmati matul is-sena 2024, jista’ l-Prim Ministru jgħid kull wieħed minn dawn is-Sectorial Agreements kemm kienu ilhom li skadew/magħluqa?
Response (ABELA, ROBERT)
Nixtieq ngħarraf lil Onor. Interpellant li s-Sectoral Agreements tas-Servizz Pubbliku m’għandhomx sunset clause. Skont il-providement maqbul mas-7 trade unions fl-2017 fil-Ftehim Kollettiv għas-Servizz Pubblikku 2017 - 2024 u li kien għadu jirregola is-Sectoral Agreements, Sectoral Agreements li jiġu iffirmati wara is-17 t’April 2017 għandhom ikunu validi għal perjodu ta’ mhux anqas minn ħames snin mid-data tal-iffirmar. Reviżjonijiet matul dan il-perjodu jistgħu jsiru f’ċirkustazzjoni eċċezzjonijiet u bi qbil bejn il-partijiet.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Kariga ta’ Direttur Ġenerali (Major Projects)
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min hi/hu l-persuna li fil-preżent u f'dawn l-aħħar ġimghat u xhur qed tokkupa l-kariga ferm importanti għal Għawdex u għall-Ministeru tiegħu ta' Direttur Ġenerali (Major Projects) fi ħdan il-Ministeru tiegħu u kif ġiet magħżula? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-persuna hijiex fuq bażi ta' 'acting' jew inkella ntgħażlitx b'mod permanenti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru ta’ Għawdex u l-Ippjanar ma hawn l-ebda uffiċjal - la fuq bazi ta ‘acting’ u lanqas b’mod permanenti - li jokkupa l-kariga ta’ Direttur Ġenerali (Major Projects).
Skema tal-Ħaddiema fil-Komunità (CWS) — Ħaddiema Maltin u Għawdxin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali mill-Iskema tal-Ħaddiema fil-Komunità (CWS) assenjati f’Malta u f’Għawdex u x’inhu x-xogħol li qed jiġi assenjat kull wieħed minn dawn il-ħaddiema? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Għawdxin u fejn jaħdmu dawn l-Għawdxin u x'tip ta’ xogħol jagħmlu?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fid-dekasteru li għalih jiena responsabbli hemm tlettax-il community worker, fosthom tmienja li jaħdmu Għawdex.
Xogħol il-CWs huwa ta’ ġeneral hands fejn jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni,tindif u qadi ta dmirijiet ancillari bħala xufiera kif ukoll fir-razzett tal-annimali fejn jgħinu fl-għalf u fit-tindif u jassistu fl-uffiċċji tad-Dipartimenti fi ħdan il-Ministeru ġewwa Għawdex skont il-ħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar mill-Iskema tal-Ħaddiema fil-Komunità (CWS) assenjati miegħu mal-Ministeru tiegħu ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid ukoll x’inhu x-xogħol li qed jiġi assenjat kull wieħed minn dawn il-ħaddiema?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Bini ta’ Toroq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew toroq mill-ġdid u tlestew minn kollox ġewwa Għawdex matul is-sena 2024 mill-Ministeru tiegħu u f'liema lokalità kienu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi ghat-twegiba ta’ Mistoqsija Parlamentari 24138 li tinkludi wkolla is-sena 2024.
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-policies u/jew proċeduri attwalment applikabbli mfassla mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) a tenur tal-artikoli 13(2) u 18 tal-Kap. 373?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-FIAU għandha diversi policies u/jew proċeduri li permezz tagħhom l-FIAU tesegwixxi r-responsabilitajiet varji tagħha, inkluż dawk relatati mal-infurzar, naxxenti mill-liġi, u li dawn il-policies u/jew proċeduri huma ta natura kunfidenzjali.
Għalhekk, l-FIAU mhijiex f’pozizzjoni li tipprovdi tali lista.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm investigazzjonijiet pendenti quddiem l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni minħabba allegat ksur tal-Att dwar il-Kompetizzjoni, Kap. 379 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll f’kull istanza, fir-rigward ta’ liema settur hi l-investigazzjoni u kemm ilha pendenti?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat illi hemm disa’ (9) investigazzjonijiet pendenti quddiem l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni li nfetħu ai termini tal-Att dwar il-Kompetizzjoni dwar allegat ksur ta’ tali Att. L-investigazzjonijiet jikkonċernaw is-segwenti oqsma: Intratteniment, Enerġija, Telekomunikazzjoni, Saħħa, Annimali, Marittimu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tabelli elettroniċi l-Belt Valletta u fejn jinsabu? Jista’ jgħid ukoll x’inhi r-raġuni għalfejn it-tabella elettronika li tinsab fil-bidu ta’ Triq San Mark, ilha mis-sajf dejjem timmarka l-istess numru ta’ parking spaces?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Belt Valletta hemm tabella elettronika li tinsab fi Triq San Mark. Ninsab infurmat li din it-tabella mhijiex amministrata mill-Ministeru jew xi entità fi ħdan il-Ministeru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru investigazzjonijiet da parti ta’ entitajiet kompetenti taħt id-dekasteru tiegħu dwar infestazzjoni ta’ ġrieden fil-Belt Valletta, mill-bidu tal-2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u f’kull istanza, jgħid x’kien l-eżitu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali matul is-sena 2024 irċieva 29 ilment fuq infestazzjoni ta’ ġrieden fil-Belt Valletta. Permezz tal-ħaddiema mit-Taqsima tal-Pest Control Unit fi ħdan l-istess Direttorat twettqu diversi trattamenti għal kontra l-ġrieden b’riżultat ta’ dawn l-ilmenti. Ninsab infurmat ukoll li mill-bidu ta’ din is-sena s’issa d-Direttorat għadu ma rċieva l-ebda lment f’dan ir-rigward fil-Belt Valletta.
Għal aktar dettalji nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella li qiegħeda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.