Sejħa għal 'hire of one ropax vessel under a time charter agreement (bimco ropaxtime)'
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-aħħar li ħarġet u fiex wasal il-proċess biex tinħareġ sejħa mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar 'for the hire of one ropax vessel under a time charter agreement (bimco ropaxtime)' biex jerġa’ jinkera r-raba’ vapur għall-Gozo Channel? Jista’ jgħid ukoll f’liema xahar u sena hu ppjanat li toħroġ din is-sejħa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija Gozo Channel tinsab fil-proċess li toħroġ tender għall-kiri tar-raba’ vapur.
Jista' Ministru jgħid kemm intużaw fondi Ewropej li kienu allokati għall-gżira ta' Għawdex mill-Ministeru tiegħu matul l-2024 u l-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fuq liema proġetti? Jista’ jgħid ukoll kemm intużaw s’issa fondi fuq kull proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24532 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm ħaddiema fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar mill-Iskema tal-Ħaddiema fil-Komunità (CWS) assenjati miegħu mal-Ministeru msemmi ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid ukoll x’inhu x-xogħol li qed jiġi assenjat kull wieħed minn dawn il-ħaddiema?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi b’żieda ma’ dak diġà provdut f’mistoqsija parlamentari 14912 u f’mistoqsija parlamentari 367, infurmat li fl-2024 kien hemm żieda ta’ żewg ħaddiema impjegati mal-Iskema tal-Ħaddiema fil-Komunità (CWS) assenjati mal-Ministeru ta’ Għawdex u li x-xogħol assenjat lilhom kien ta’ Maintenance u Clerk.
Għawdex — Stabbilimenti turistiċi - Applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal stabbilimenti turistiċi f’Għawdex, u jipprovdi l-indirizz ta’ kull waħda mill-applikazzjonijiet pendenti mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm applikazzjoni waħda għal stabbilimenti turistiċi ta’ akkomodazzjoni kollettiva li hija pendenti għand l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu f’Għawdex, fi Triq Diċembru Tlettax, in-Nadur.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — kariga ta’ Direttur Ġenerali (Major Projects)
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24530, fejn intqal li ħadd ma qed jokkupa l-kariga ferm importanti għal Għawdex u għall-Ministeru ta’ Direttur Ġenerali (Major Projects), jista’ l-Ministru jgħid min hi/hu l-persuna u xi grad għandu/ha li fil-preżent u f'dawn l-aħħar ġimgħat u xhur qed jagħmel xogħol relatat ma’ dak il-post?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol relatat ma’ major projects sal-ġurnata li qed tiġi mwieġba l-PQ qed isir mid-Direttur Ġenerali tal-iStrateġija u Support kif ilu jsir dawn l-aħħar snin.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ ġenituri single, maqsuma bejn nisa u rġiel, li qed jirċievu ċ-children’s allowance f'kull raħal f’Għawdex? Jista' jgħid ukoll x'inhu n-numru ta' ġenituri single, maqsuma bejn nisa u rġiel, li joqogħdu f'kull raħal f’Għawdex iżda ma jirċevux children’s allowance minkejja li t-tfal qegħdin fl-età li fiha huma intitolati għal children's allowance?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ ġenituri single, huma skont t-tabella hawn taħt:
RAĦAL
NISA - ĠENITURI SINGLE
IRĠIEL - ĠENITURI SINGLE
FONTANA
16
0
GĦAJNSIELEM
66
3
GĦARB
29
1
GĦASRI
8
0
KERCEM
29
0
MUNXAR
38
2
NADUR
94
3
QALA
48
1
SAN LAWRENZ
10
0
SANNAT
61
0
VICTORIA
154
3
XAGĦRA
93
3
XEWKIJA
65
3
ZEBBUG (GOZO)
51
2
TOTAL
762
21
Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali m’għandux informazzjoni fuq jekk hemmx ġenituri single li ma jirċevux children’s allowance għal tfal taħt l-età ta’ 16-il sena.
Kull applikant (ġenitur jew kuratur awtorizzat) li jkollu tfal taħt is-16-il sena jingħata ċ-Children Allowance għax huwa dritt tal-wild li jirċevih.
MFSA u l-Bank Ċentrali — Anzjani li huma computer illiterate - Miżuri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri konkreti ttieħdu daparti tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) u tal-Bank Ċentrali ta’ Malta biex jiġi assigurat li l-utenti anzjani li huma computer illiterate ma jiġux emarġinati minħabba li diversi servizzi tal-banek gradwalment qed isiru aċċessibbli biss b’mod elettroniku jew diġitali?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bank Ċentrali ta’ Malta ħa ċerti miżuri li għenu lil ċittadini anzjani fil-ħtiġijiet bankarji tagħhom, fosthom billi emenda Direttiva Nru 1 dwar il-Provizjoni u Użu ta’ Servizzi ta’ Pagamenti. B’din l-emenda, il-Bank Ċentrali ta’ Malta qed jobbliga lill-banek biex, mingħajr ħlas, jipprovdu stampat fuq il-karta r-rendikont tal-kont tal-klijent meta dan jiġi mitlub mill-klijent fil-fergħa tal-bank tiegħu jew tagħha.
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħa ħsieb ukoll jemenda Direttiva Nru 19 dwar l-użu ta’ ċekkijiet u draft bankarju sabiex persuni vulnerabbli jew anzjani li ma jistgħux imorru ġewwa fergħa ta’ bank sabiex jiddepożitaw ċekkijiet fil-kont tagħhom, issa jistgħu jqabbdu persuna ta’ fiduċja tagħhom sabiex tagħmel dan.
Fir-rigward tal-MFSA, ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità, b’mod regolari tiltaqa` mal-Banek li joffru servizzi finanzjarji għall-pubbliku ġewwa Malta fejn jiġi diskuss kif l-operat tal-Banek qed jolqot lill-publiku. Infatti, is-sena l-oħra l-MFSA ħarġet ittra wara li sar eżerċizzju ta’ Mystery Shopping b’kollaborazzjoni mal-Awtorità Bankarja Ewropea indirizzata lill-banek kollha fejn ġie determinat il-livell ta’ informazzjoni li l-Banek lokali qegħdin jagħtu lill-konsumatur meta jmorru ġewwa fergħa ta’ Bank biex jiftħu kont. F’din l-ittra l-MFSA saħqet li d-dokumenti għandhom jingħataw lill-konsumatur u mhux iserrħu fuq il-fatt li hemm id-dokumenti ta’ informazzoni fuq is-sit elettroniku tal-Bank. Spjegazzjoni dettaljata hija mistennija li tingħata lill-klijenti waqt il-laqgħa li jkollhom mall-uffiċjali tal-Bank.
Matul is-sena 2024 l-MFSA għamlet eżerċizzju ma’ numru ta’ Banek biex tevalwa l-livell ta’ servizzi finanzjarli li qegħdin jiġu provduti permezz ta’ mezzi diġitali. Dan għaliex l-MFSA tifhem u tisħaq li din hija ta’ importanza kbira biex il-pubbliku jkun jista’ jagħmel transazzjonijiet mill-kumdità ta’ daru imma fl-istess waqt l-Awtorità xorta titlob u tistenna mingħand il-Banek illi ma jeskludu l-ebda faxxa ta’ klijenti speċjalment dawk li m’għandhomx il-mezzi li jużaw servizzi finanzjarji b’mod elettroniku. Hija l-intenzjoni tal-Awtorità li fi zmien qarib tippubblika wkoll l-aspettattivi tagħha f’dan ir-rigward. L-MFSA qed tenfasizza wkoll illi l-prezenza tal-fergħat tal-Banek għandha tibqa’. Infatti, ċertu Banek qegħdin itawlu l-ħinijiet tal-operat tagħhom għall-pubbliku waqt li banek oħrajn qegħdin ukoll jiftħu fergħat ġodda. Finalment, ċertu banek għandhom ukoll ġranet u ħinijiet iddedikati lill-anzjani biex jingħataw prijorità.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta (TM) żżommx xi forma ta’ reġistru fejn jiġu elenkati x-xogħlijiet fit-toroq li jsiru minn entitajiet (irrispettivament mill-mod kif deskritti) li jipprovdu utilitajiet fosthom id-dawl, l-ilma u t-telefonija? Jekk jinżamm tali reġistru, jista’ jgħid jekk hux aċċessibbli għall-pubbliku u kif wieħed jista’ jara tali reġistru?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Ix-xogħlijiet li jsiru fit-toroq mill-entitajiet kollha jgħaddu mill-proċess ta’ applikazzjoni għal permess ma’ Transport Malta. L-informazzjoni dwar dawn ix-xogħlijiet tibqa’ tinżamm fis-sistema tal-permessi (Road Permitting System). Din is-sistema hija aċċessibbli minn dawk l-entitajiet kollha involuti fix-xogħlijiet tat-toroq inkluż il-Kunsilli Lokali. Għaldaqstant l-informazzjoni hija aċċessibbli mill-Kunsilli Lokali.
Għawdex — Triq li twassal għall-Bajja tal-Ħondoq - Xogħlijiet
Question
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 3651 u 7574 li ngħataw fl-14 ta' Novembru 2022 u fis-17 ta' April 2023 u 19220 li ngħatat fil-15 ta' Mejju 2024 rispettivament, dwar xogħlijiet meħtieġa fil-parti tat-triq li twassal għall-Bajja tal-Ħondoq wara li bdiet tisfronda ftit wara li kienet tranġat, fejn kien intqal li x-xogħlijiet huma ppjanati li jsiru ladarba jiġi pproċessat it-tender, jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender ġiex ipproċessat, jekk ġiex awarded, kemm hu l-valur li għalih ġie awarded u jindika meta hu maħsub li jibda x-xogħol meħtieġ u jitlesta fuq l-imsemmija triq u fiex x'se jkun jikkonsisti x-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender ġiet awarded u bħalissa għaddejjin il-preparamenti neċessarji sabiex jinbeda x-xogħol.
Għawdex — Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva - Labourers
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu labourers mal-Ministeru tiegħu f'Għawdex mill-1 ta’ Ġunju 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid mil-liema lokalitajiet f'Għawdex kienu dawn il-persuni li ġew ingaġġati u f'kull każ kemm kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol ma’ JobsPlus? Jista' jgħid f'kull ingaġġ li sar, meta nħarġu l-calls, fejn ġew ippubblikati, kemm damu miftuħa u x'tip ta' kwalifiki u esperjenza ried ikollu min japplika? Kemm applikaw u kemm intgħażlu għal kull sejħa? Jista' jgħid ukoll, każ b'każ, x'tip ta' xogħol qed jagħmlu dawk li ġew ingaġġati u jekk intbagħtux jagħmlu xi korsijiet? Jekk iva, x'korsijiet kienu? Jista’ jgħid ukoll fejn qed jaħdmu fil-preżent u l-ħinijiet tax-xogħol li qed jaħdmu dawn il-ħaddiema? Hemm il-ħsieb li jiġu ngaġġati iżjed labourers matul is-sena 2025?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Kunsilli Lokali - Lista ta’ toroq
Question
Jista' l-Ministru jippreżenta lista ta' toroq li l-Kunsilli Lokali rispettivi talbu li jsiru mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar matul is-sena 2025, maqsuma lokalità b’lokalità?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sena rċivejna talbat mingħand il-Kunsill Ta’ Kerċem biex isiru xogħlijiet mhux mistennija fuq Triq Għajn Tuta, Ta’ Kerċem, wara li waqt ix-xogħlijiet ħareġ li hemm bżonn li parti mit-triq tintrifed bil-boltijiet, u li liema spiża tintela’ għal Eur 93,088.30.
Design and artwork — Sejħa għall-proposti għall-artisti
Question
B'referenza għas-sejħa għall-proposti għall-artisti li kienet saret f'Awwissu tas-sena 2021 mill-Ministeru tiegħu għal design and artwork biex dawk li jintgħażlu jkollhom ix-xogħol tagħhom esebit b'mod permanenti mal-ħitan tat-Triq id-Donaturi tad-Demm, it-triq li twassal għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid x’kien sar minn din is-sejħa għall-proposti, x’kien l-eżitu u x'fadal isir?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal dik is-sejħa tal-espressjoni ta’ interess kien hemm artist wieħed biss li tefa’ l-proposta tiegħu. Madanakollu l-artist ma laħaqx il-kriterji t’eliġibilità u allura l-proċess ingħalaq hemm.
Utenti tas-servizzi bankarji — Ilmenti dwar ħlasijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24491 fejn il-Ministru talab biex niċċara l-mistoqsija, jista’ l-Ministru jgħid jekk jekk fil-konfront ta’ xi istituzzjonijiet finanzjarji regolati jew mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) jew mill-Bank Ċentrali ta’ Malta, sarux xi ilmenti dwar charges – irrespettivament mill-mod kif deskritti – għax dawn setgħu kienu eċċessivi jew inġusti fil-konfront tal-utenti tas-servizzi finanzjarji? F’kull istanza fejn sar xi ilment ta’ din ix-xorta, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-natura tal-ilment u x’kien l-eżitu finali?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22885, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal issa x-xogħol fir-rigward tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea numru 2022/255 (id-Direttiva msejħa NIS 2) li kellha tiġi adottata minn kull pajjiż membru tal-UE (inkluż Malta) sas-17 ta’ Ottubru 2024, u li sal-lum għadha ma ġietx implimentata tramite l-liġi domestika kif meħtieġ? Jista’ jgħid ukoll jekk Malta ġietx avżata li ser jittieħdu passi mill-UE minħabba n-nuqqas ta’ implimentazzjoni fiż-żmien approprjat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fil-każ ta’ pajjiżna x-xogħol relatat mat-traspożizzjoni tad-direttiva jinsab għaddej b’ritmu tajjeb fejn saru anke l-konsultazzjonijiet meħtieġa li kienu jeħtieġu l-ħin tagħhom. Ukoll, infurmat li fis-17 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni Ewropea fetħet proċeduri kontra 23 stat membru inkluż Malta.
MCCAA — Chairperson u membri tal-Bord tal-Gvernaturi
Question
Jista’ Prim Ministru jgħid fil-każ taċ-Chairperson u membri tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), meta kull persuna ġiet maħtura u għal kemm żmien? Jista’ jgħid ukoll f’kull każ jekk din kinetx l-ewwel ħatra?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra. Dan il-Bord inħatar fit-8 ta' Lulju 2022. Il-ħatra fuq il-Bord hija ta' tliet snin.
(
Korrezzjoni: Ara Dokument PL 5020 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 314 nhar l-Erbgħa, 19 ta' Frar 2025)
MCCAA — Kariga ta’ Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni)
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20937, jista’ l-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-ħatra ta’ Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), tenut kont li din il-kariga ilha vakanti minn Ottubru tal-2023?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24363, jista’ l-Prim Ministru jgħid f’kull istanza kemm ilu pendenti l-każ quddiem l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni u f’liema stadju wasal il-proċess ta’ investigazzjoni?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li għaddejjin 9 investigazzjonijiet.
Infetħu żewġ każijiet kull sena, fl-2016, fl-2018, fl- 2021 u fl-2022. Infetaħ ukoll każ ieħor fl-2023.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24324, jista’ l-Ministru jispjega għalfejn il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) tqis il-policies u/jew proċeduri li permezz tagħhom l-FIAU tesegwixxi r-responsabilitajiet varji tagħha, inkluż dawk relatati mal-infurzar, naxxenti mil-liġi, huma kollha ta’ natura kunfidenzjali?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kunfidenzjalita’ tad-dokumenti rikwesti tirriżulta mill-Arikolu 34 tal-Kap 373 tal-Liġijiet ta’ Malta, fejn kemm il-Korp, kif ukoll l-uffiċjali, l-impjegati u l-aġenti tiegħu, huma marbuta li jittrattaw kull informazzjoni u dokumenti tal-Korp bħala kunfidenzjali.
Madanakollu, hekk kif provdut permezz tal-istess Artikolu hawn fuq riferut, b'mod eċċezzjonali il-liġi tippermetti li f'ċertu istanzi, jiġu preżentati proċeduri li jimplementa l-korp biex jezegwixxi l- funzjoni ta’ infurzar amministrattiv. Dawn tal-aħħar jinkludu wkoll proċeduri kostituzzjonali.
In oltre, nixtieq niċċara illi akkont l-istrateġija tal-Korp, l-istess Korp qiegħed jaħdem bl-għan li l-informazzjoni, hekk kif ġa fornuta permezz tar-rapport annwali u sezzjonijiet ta’ tgħarif mgħotija rigward il-proċessi u proċeduri tiegħu, isiru aktar aċċessibli u trasparenti għall-pubbliku in ġenerali.
Kunsilli Lokali Għawdxin — Talbiet għal xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24129 u jgħid min fi ħdan il-Ministeru tiegħu jiddeċiedi liema talbiet jiġu aċċettati jew le permezz tas-sistema L.C. works li jużaw il-Kunsilli Lokali Għawdxin fejn fihom jitolbu talbiet għal xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll fil-preżent kemm talbiet pendenti għandhom kunsill, kunsill u kemm ilhom pendenti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella.
2025
2024
2023
Requests
66
752
558
Completed/ Approved
45
460
362
Pending/ Not Applicable
21
292
196
Framework Contract For The Collection And Transportation Of Fruit And Vegetables From Gozo To Pitkalija, Malta For The Malta Food Agency
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24132 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22445, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha dwar is-sejħa 'SPD8/2024/107 - Framework Contract For The Collection And Transportation Of Fruit And Vegetables From Gozo To Pitkalija, Malta For The Malta Food Agency' u jgħid minn fejn ħa jiġi offrut dan is-servizz ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid ukoll min f'dawn l-aħħar ġranet u xhur kien qed joffri dan is-servizz u minn fejn kien qed jiġi offrut dan is-servizz ġewwa Għawdex u kemm kien ilu jiġi offrut dan is-servizz u għaliex issa nħasset il-ħtieġa li toħroġ is-sejħa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellent li mil-lum beda jingħata s-servizz mill-kuntrattur li rebaħ it-tender li sar skont il-proċeduri stabbiliti għall-perjodu tas-sentejn li ġejjin. Is-servizz beda jingħata minn Marzu 2024 wara sejħa għall-Kwotazzjonijiet li kienet ħarġet sakemm l-MFA lestiet il-proċess ta’ tendering.