Jista’ l-Prim Ministru jgħid xi proċess ġie segwit għan-nomina taċ-chairperson tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)? Jista’ jgħid ukoll liema kriterji ntużaw biex il-persuna magħżula tkun idonea għal din il-kariga?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess li ġie segwiet għall-ħatra ta’ Chairperson għal Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) huwa skont il-provedimenti li joħorġu mill-liġi li jirregolarizzaw l-istess awtorità (Kap. 510). Nagħrraf ukoll lill-Onor. Interpellant li l-Kumitat tal-Ħatriet Pubbliċi irċieva n-nomina tas-Sinjura Ciantar għall-ħatra ta' Chairperson tal-istess Awtorità.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun, inbnew mill-ġdid lokalità b'lokalità ġewwa Għawdex; kemm swiet kull triq f'kull raħal u fiex kien jikkonsisti x-xogħol li sar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 24138.
Għawdex — San Lawrenz - Triq il-Wileġ u Triq Dalelands - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jinbnew mill-ġdid Triq il-Wileġ u Triq Dalelands ġewwa San Lawrenz, Għawdex, peress li jinsabu fi stat ħażin? Jista’ jgħid jekk hemmx pjanijiet li dawn isiru fis-sena 2025? Jekk le, jista’ jgħid jekk sarux rapporti dwar l-istat ta' dawn it-toroq? Jekk iva, jista’ jgħid min għamel dawn ir-rapporti u jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid ukoll jekk it-tender ġietx abbozzata?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li mistennija jsiru xogħlijiet fi Triq Dalelands.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inbdewx u meta se jkunu ffinalizzati x-xogħlijiet kollha fi Triq Tumas Cassar, ġewwa l-Għarb Għawdex, peress li tinsab fi stat ħażin? Jista' jgħid ukoll jekk ingħatawx fondi għal dan ix-xogħol lill-Kunsill Lokali u jekk iva, minn min ingħataw u għal kemm jammontaw dawn il-fondi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali l-Għarb li x-xogħlijiet inbdew u huma maħsuba li jitlestew sal-aħħar tas-sena 2025. Għal dawn ix-xogħlijiet, il-kunsill ingħata fondi, li jammontaw għal miljun u nofs Euro, mill-Ministeru għal Għawdex u mill-Water Services Corporation.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il binja u f’liema binja ġewwa Għawdex u Malta li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu saru fire drills matul is-sena 2023 u 2024?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-informazzjoni ta’ hawn taħt:
Gozo Channel (Operations) Ltd.
Isir fire drill kull sitt xhur fit-terminals taċ-Ċirkewwa u tal-Imġarr
Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi
Isir eżerċizzju ta’ fire drill kull sitt xhur kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex
L-Awtorità tal-Ippjanar
Saru żewġ fire drills f’kull sena msemmija fid-Direttorat tal-Infurzar u l-Konformita’, il-Furjana
Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex
Sar kors ta’ ‘Fire Warden and Fire Marshall Roles, Responsibilities and Fire Safety’ għall-impjegati kollha tagħha fl-20 ta’ Diċembru 2023. Bħala parti mill-kors, sar Fire Drill. Sar kors top-up fil-bidu ta’ Ġunju 2024, li kien jinkludi wkoll Fire Drill ieħor.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — Direct order fuq Security Services
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20411 u jgħid fiex tikkonsisti u għalfejn inħasset il-ħtieġa li tinħareġ id-Direct Order 'Negotiated Procedure for the Provision of Security Services for the Gozo General Hospital'? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-valur u għal kemm hu l-perjodu ta' żmien ta' din id-Direct Order u kemm-il siegħa ta' Security Service hemm ippjanata li tingħata permezz ta’ din id-direct order?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-ħtieġa għal din id-DNP kienet bħala interim sakemm jagħlaq, jiġi aġġudikat u jingħata t-tender il-ġdid għall-Security Services. Din kienet tkopri sa 30,048 siegħa bir-rata normali u sa 4,992 bir-rata tas-Sunday premium. Id-DNP hi għal sena.
Ix-Xewkija — Ta’ Xħajma - Proġett tal-Park and Ride
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24996 fl-intier tagħha dwar il-proġett tal-Park and Ride f’Ta’ Xħajma fix-Xewkija, Għawdex u jagħti break down dettaljat tal-affarijiet kollha li baqa’ jsiru fuq dan il-proġett biex ikun lest minn kollox? Jista’ jgħid kemm huma stmati li se jiġu jiswew l-affarijiet kollha li fadal isiru?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet għadhom għaddejjin u għalhekk l-informazzjoni dwar l-ispiża finali tkun tista’ tingħata meta jiġu mkejla x-xogħlijiet u jiġu ċċertifikati.
Ir-Rabat, Għawdex — Triq Enrico Mizzi u Triq it-Tabib Anton TaboneS
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li tinbena mill-ġdid Triq Enrico Mizzi u Triq it-Tabib Anton Tabone fir-Rabat, Għawdex, peress li partijiet kbar minn dawn it-toroq jinsabu fi stat ħażin ħafna? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjanijiet li dawn it-toroq isiru fis-sena 2025? Jekk le, jista’ jgħid jekk sarux rapporti dwar l-istat ta' dawn it-toroq? Jekk iva, min għamilhom dawn ir-rapporti? Jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid ukoll jekk it-tender ġietx abbozzata?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li Triq Enrico Mizzi inbniet mil-ġdid filwaqt li parti min Triq it-Tabib Anton Tabone ser issir fis-sena 2025.
Għawdex — Toroq urbani u residenzjali li huma ppjanati li jsiru ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq urbani u residenzjali, jew partijiet minn toroq urbani jew residenzjali, li għadhom qatt ma saru u li huma ppjanati li jsiru ġodda f’Għawdex matul is-sena 2025 mill-Ministeru tiegħu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn żmien għal żmien il-Ministeru jevalwa kemm il-kundizzjoni tat-toroq kif ukoll l-iżvilupp li jkun għaddej fil-lokalijiet. Ix-xogħlijiet isiru skont it-tali esiġenzi.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25000 u jgħid fil-preżent kemm hemm karigi battala ta' DGs, Diretturi, u Assistenti Diretturi fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u ta’ xiex inhuma? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom battala u meta hu maħsub li jiġu mimlija? Jista' jghid ukoll hemmx il-ħsieb li fil-preżent u fil-futur qarib jinħolqu karigi ġodda ta' DGs, Diretturi jew Assistenti Diretturi fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li hemm 2 postijiet vakanti fil-kariga ta’ assistant directors li huma dawn :
Assistant Director in the Rural Gozo Directorate, Ministry for Gozo and Planning (MGP)
u
Assistant Director (Finance) in the Corporate Services Directorate, Ministry for Gozo and Planning (MGP).
Jista’ l-Ministru jgħid x’widien ġew imnaddfa u riabilitati f'Għawdex matul is-sena 2024 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid x'kienet l-ispiża fuq kull wieħed mill-widien u fiex kien jikkonsisti x-xogħol li sar? Jista' jgħid ukoll x'widien hemm ippjanati li jitnaddfu matul is-sena 2025, x'tenders ħarġu sa issa, x'tenders għad fadal joħorġu u meta huma ppjanati li joħorġu dawn it-tenders relatati ma’ tindif u riabilitazzjoni ta' widien ġewwa Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għall-offerti għar-rijabilitazzjoni ta’ numru ta’ widien ġiet finalizzata u mistennija tkun ippublikata fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il binja u f’liema binja ġewwa Għawdex u Malta li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, saru fire drills matul is-sena 2023 u 2024?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fis-sentejn 2023 u 2024 saru fire drills fil-Head Office tal-Ministeru f'Malta, fl-Għammieri u fil-Biċċerija Pubblika bħala parti mill-isforzi li għaddejjin biex jiġu rispettati l-proċeduri tas-sigurtà kontra n-nirien. Aġenziji fi ħdan il-Ministeru, speċifikament il-Malta Food Agency u l-Aquatic Resources Malta wettqu l-valutazzjonijiet u l-arranġamenti meħtieġa biex jimplimentaw miżuri ta' sigurtà kontra n-nirien u jinsabu fil-proċess li jibdew jorganizzaw fire drills bħala parti mill-protokolli tas-saħħa u s-sigurtà tagħhom.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Motor Transport Drivers u Heavy Plant Drivers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema fil-grad ta' Motor Transport Driver u Heavy Plant Driver li jaħdmu mal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm:
Operative III (Motor Transport Driver)2
Operative IV (Heavy Plant Driver)17
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Kunsilli Lokali - Lista ta’ toroq
Question
Jista' l-Ministru jippreżenta lista ta' toroq li l-Kunsilli Lokali rispettivi talbu li jsiru mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 f’Għawdex, maqsuma lokalità b’lokalità u liema minnhom saru u liema minnhom ma sarux?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24995 u jgħid kemm-il skola u liema skola f’Għawdex għamlet fire drill fl-ewwel terminu skolastiku tas-sena 2024-2025?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li fl-iskejjel t’Għawdex kollha għamlu fire drill fl-ewwel term skolastiku għajr 3 li sarilhom refurbishment u nbiddel l-escape route. Infurmat ukoll li matul it-tieni terminu l-fire drills se jsiru għall-iskejjel kollha.
In-Nadur/ix-Xewkija — Triq Ta' Xħajma - Miżuri biex jitneħħa l-periklu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri permanenti ntalbu minn Transport Malta biex jitneħħa l-periklu serju meta vetturi jidħlu u joħorġu mill-Park and Ride għal Triq Ta' Xħajma fil-limiti tan-Nadur/Xewkija?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tat-Trasport ħarġet pjan temporanju għall-immaniġġjar tat-traffiku fiż-żona msemmija.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24536 fejn ġie mistoqsi meta nbdew ix-xogħlijiet fi Triq San Duminku fir-Rabat, Għawdex u fiex jikkonsistu u għaliex f'dawn l-aħħar ġimgħat ma tkomplewx ix-xogħlijiet, fejn ġie mwieġeb li: 'Ix-xogħlijiet fit-triq indikata nbdew fis-16 t’Ottubru u jikkonsistu f’titjib tan-network eżistenti tal-ilma tax-xorb. Infurmata li x-xogħlijiet mhumiex weqfin, imma qegħdin isiru testijiet tat-terran kif ukoll evalwazzjoni biex jinbidel ukoll il-mejn tad-drenaġġ', tista’ l-Ministru tgħid għaliex it-testijiet tat-terran u l-evalwazzjoni biex jinbidel il-mejn tad-drenaġġ ma sarux qabel ħarġet is-sejħa biex isir titjib tan-network eżistenti tal-ilma tax-xorb biex b’hekk toħroġ sejħa kompluta? Tista’ tgħid ukoll fiex jikkonsistu t-testijiet tat-terran li qed isiru, minn min qed isiru, kemm huma stmati li ser jiġu jiswew u meta ser ikunu konklużi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li mhix prassi li t-testijiet tat-terran isiru qabel ma jinbdew xogħlijiet ta’ trinek relatati mal-infrastruttura tal-ilma tax-xorb. It-testijiet meħtieġa li jistabbilixxu l-fond kif ukoll il-lok preċiż tal-ħamrija tlestew u ma involvew l-ebda ħlasijiet addizzjonali.
Il-bdil tal-mejn tad-drenaġġ se jsir bħala prekawzjoni minħabba li huwa antik, biex jiġi evitat li jkollu jinbidel iktar ’il quddiem. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tistenna l-istima ta’ tali xogħol li jinkorpora wkoll ir-rinfurzar tat-triq.
In-Nadur/Xewkija — Triq Ta' Xħajma - Pjan temporanju tal-immaniġġjar tat-traffiku
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24588 dwar x'miżuri qed jittieħdu biex jitneħħa l-periklu serju meta vetturi jidħlu u joħorġu mill-Park and Ride għal Triq Ta' Xħajma fil-limiti tan-Nadur/Xewkija, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti dan il-pjan temporanju tal-immaniġġjar tat-traffiku li mexa bih il-Ministeru tiegħu hekk kif maħruġ mill-Awtorità tat-Trasport? Jista’ jgħid ukoll għaliex dan il-pjan huwa temporanju u jqiegħed dan il-pjan temporanju fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-pjan temporanju maħruġ minn Transport Malta jikkonsisti f’numru ta’ tabelli tat-traffiku. Il-pjan huwa temporanju sakemm isiru l-istudji neċessarji għal pjan iktar ħolistiku dwar l-immaniġġjar tat-traffiku; kemm dak li jkun dieħel u ħiereg mill-multi-modal hub u kif ukoll dak li jkun dak li jkun dieħel u ħiereġ mill-korsa taż-żwiemel. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta maħruġa minn Transport Malta rigward dan il-pjan temporanju għat-traffiku fiż-żona msemmija.
Attachments:PQ25210 - Temporary Traffic Management for Park and Ride..pdf