B'referenza għax-xogħlijiet li nbdew f’dawn l-aħħar ġimgħat fi Triq Xandriku fin-Nadur, Għawdex, tista’ l-Ministru tgħid jekk hux ser isir storm water culvert tul it-triq kollha peress li minn din it-triq jgħaddi ħafna ilma tax-xita? Tista’ tgħid ukoll jekk hux ser isir service culvert għas-servizzi u jekk hux ser isiru bankini ġodda?
Ta’ Sannat, Għawdex – Kalkara tal-Ġir — Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar ix-xogħlijiet ta' restawr li saru f'dawn l-aħħar tliet xhur fil-Kalkara tal-Ġir li hemm maġenb l-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali Ta’ Sannat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat li x-xogħol kien wieqaf fix-xhur indikati minħabba li x-xogħol ta’ bdil ta’ ġebel kien aktar estensiv milli kien oriġinarjament maħsub. Il-Kunsill kiseb l-approvazzjoni mingħand is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għal dan ix-xogħol.
Design and artwork — Sejħa għall-proposti għall-artisti
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25137, rigward is-sejħa għall-proposti għall-artisti li kienet saret f'Awwissu tas-sena 2021 mill-Ministeru tiegħu għal design and artwork biex dawk li jintgħażlu jkollhom ix-xogħol tagħhom esebit b'mod permanenti mal-ħitan tat-Triq id-Donaturi tad-Demm, it-triq li twassal għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, fejn ġie imwieġeb 'li għal dik is-sejħa tal-espressjoni ta’ interess kien hemm artist wieħed biss li tefa’ l-proposta tiegħu. Madanakollu l-artist ma laħaqx il-kriterji t’eliġibilità u allura l-proċess ingħalaq hemm.', jista’ l-Ministru jgħid għaliex din is-sejħa ma reġgħetx ħarġet mill-ġdid?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar ma ħassx il-bżonn li jerġa joħroġ din is-sejħa għax qed jesplora il-possiblita’ li din iż-żona tiġi msebbħa mill-istudenti fi ħdan il-Gozo Visual and Performing Arts School.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika — Ħaddiema Għawdxin
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu f’Malta fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet li jaqgħu taħtha? Tista’ tgħid ukoll:
i. xi gradi huma dawn il-ħaddiema Għawdxin;
ii. f’liema direttorat jaħdmu;
iii. x'tip ta' xogħol jagħmlu;
iv. kemm-il sena ilhom jaħdmu mal-Ministeru tagħha?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li n-numru ta’ ħaddiema Għawdxin jaħdmu f’Malta fil-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu huwa 98.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25139 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm intużaw fondi Ewropej li kienu allokati għall-gżira ta' Għawdex mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru matul l-2024 u l-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fuq liema proġetti? Jista’ jgħid ukoll kemm intużaw s’issa fondi fuq kull proġett?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu li nbeda x-xogħol fuq il-proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea ta' moll ġdid u xogħol ieħor ġewwa Ras Ħanżir u għaliex il-kuntrattur li kien qed jagħmel ix-xogħol twaqqaf issa? Jista’ jgħid x'tip ta’ xogħlijiet saru s’issa u kemm ġew jiswew, x’xogħlijiet fadal isiru u kemm huma stmati li se jiġu jiswew? Jista’ jgħid meta hu maħsub li t-tender biex isiru l-kumplament tax-xogħlijiet terġa’ toħroġ mill-ġdid? Jista’ jgħid ukoll meta dan il-proġett ser jitlesta kollu kemm hu u jekk humiex ser jintilfu xi fondi mill-EU?
Jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri permanenti ntalbu jew hemm ippjanati li jintalbu minn Transport Malta biex jitneħħa l-periklu serju meta l-vetturi qed jidħlu u joħorġu mill-Park and Ride għal Triq Ta' Xħajma fil-limiti tan-Nadur/Xewkija kull ħin tal-ġurnata? Jista’ jgħid ukoll meta huma maħsuba li jiġu attwati (xahar u sena) dawn il-miżuri permanenti?
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Għajnuniet lill-istituzzjonijiet tal-Knisja
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema parroċċi u istituzzjonijiet tal-Knisja f'Għawdex ingħataw kontribuzzjonijiet, għajnuna fi flus jew għajnuna oħra mill-Ministeru tiegħu, jew xi waħda mill-entitajiet li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Servizz ta’ ġbir u t-trasportazzjoni ta’ frott u ħaxix — Kuntrattur
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min hu l-kuntrattur li qed jagħti s-servizz tal-ġbir u t-trasportazzjoni ta’ frott u ħaxix minn Għawdex għall-Pitkalija ta’ Malta, għall-Malta Food Agency? Jista’ jgħid ukoll minn fejn qed jingħata s-servizz u kemm ġie jiswa dan is-servizz?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Kunsilli Lokali Għawdxin — Talbiet għal xogħlijiet
Question
B'referenza għat-tabella li ngħatat fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25012, jista’ l-Ministru jgħid min approva t-talbiet għal xogħlijiet għat-tliet snin indikati? Jista’ jaqsam l-informazzjoni dwar it-talbiet pendenti li għandu kull kunsill lokali fil-preżent, kunsill kunsill, u jgħid kemm ilhom pendenti tali talbiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25133, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-aċċess għas-sistema tal-permessi (Road Permitting System) li għaliha għamel referenza fl-istess tweġiba, hijiex aċċessibbli wkoll għall-pubbliku? Jekk le, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn mhijiex?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà spjegat fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 25133, il-Kunsilli Lokali għandhom aċċess għal din is-sistema. Għaldaqstant, billi il-Kunsilli Lokali jirrappreżentaw liċ-ċittadini rispettivi tagħhom, kull individwu jista’ jitlob lill-Kunsill Lokali rispettiv sabiex jidħol fis-sistema u jingħata l-informazzjoni neċessarja.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23353, u fid-dawl tal-fatt li jidher li m’hemmx qbil unanimu bejn l-Imħallfin fir-rigward tal-validità legali tal-poteri li l-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) għandha skont il-liġi ordinarja biex timponi penalitajiet amministrattivi qawwija, pereżempju s-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fit-18 ta’ Novembru 2024 fl-ismijiet:
i. XNT Limited (C52182) vs Il-Korp għall-Analiżi ta' Informazzjoni Finanzjarja et;
ii. Phoenix Payments Limited vs Il-Korp għall-Analiżi ta' Informazzjoni Finanzjarja et
u iżjed reċentement is-sentenza tal-Prim Awla – sede kostituzzjonali fil-każ:
Trive Financial Services Malta Limited (C60473) vs Il-Korp Għall-Analiżi ta' Informazzjoni Finanzjarja et, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern issa għandux il-ħsieb li jirrevedi l-liġijiet pertinenti biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni u jkun hemm il-kjarezza legali fir-rigward tal-poteri tal-FIAU a termini tal-Kostituzzjoni u tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem?
Jista’ jgħid ukoll jekk jaħsibx li jekk din is-sitwazzjoni tkompli, ser tibqa’ tirrenja inċertezza qawwija dwar ir-rwol u l-poteri tal-FIAU bi skapitu tar-regolamentazzjoni xierqa tas-swieq finanzjarji?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sentenza mill-Prim’Awla, Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali), dejjem tista’ tiġi appellata mill-partijiet fil-kaw¿a. Is-sentenza surriferita’ ingħatat fit-12 ta’ Frar 2025 mill-prim istanza tal-qrati kostituzzjonali tagħna, ċioe’ mill-Prim’Awla, Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali), u għaldaqstant għadha entro it-terminu tal-appell għall-partijiet kollha hekk kif permess mill-liġi. Għalhekk, huwa prematur li wieħed jikkummenta fuq azzjonijiet rigwardanti din is-sentenza.
Għawdxin — Għajnuna fil-kontijiet tal-elettriku u tal-ilma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni/familji f’Għawdex li:
i. qed jirċievu għajnuna biex iħallsu parti mill-kont tal-konsum tal-elettriku u tal-ilma;
ii. qed jingħataw għajnuna biex iħallsu parti mill-kirja tas servizz tad-dawl u tal-ilma; jew
iii. qed jingħataw għajnuna miż-żewġ skemi flimkien?
Jista’ jaqsam din l-informazzjoni raħal b'raħal?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Għawdex — Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva - Labourers
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25135 u jgħid kemm daħlu labourers mal-Ministeru tiegħu f'Għawdex mill-1 ta’ Ġunju 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid mil-liema lokalitajiet f'Għawdex kienu dawn il-persuni li ġew ingaġġati u f'kull każ kemm kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol ma’ JobsPlus? Jista' jgħid f'kull ingaġġ li sar, meta nħarġu l-calls, fejn ġew ippubblikati, kemm damu miftuħa u x'tip ta' kwalifiki u esperjenza ried ikollu min japplika? Kemm applikaw u kemm intgħażlu għal kull sejħa? Jista' jgħid ukoll, każ b'każ, x'tip ta' xogħol qed jagħmlu dawk li ġew ingaġġati u jekk intbagħtux jagħmlu xi korsijiet? Jekk iva, x'korsijiet kienu? Jista’ jgħid ukoll fejn qed jaħdmu fil-preżent u l-ħinijiet tax-xogħol li qed jaħdmu dawn il-ħaddiema? Hemm il-ħsieb li jiġu ngaġġati iżjed labourers matul is-sena 2025?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Ġunju 2024, ġew ingaġġati 22 persuna fil-grad ta’ Labourer. Ninsab infurmat li l-HR ma jkunx infurmati kemm il-persuni jkun ilhom jirreġistraw ma’ Jobsplus. Infurmat ukoll li l-applikazjonijiet jinħargu skont il-proċeduri stabbiliti. L-applikazjonijiet damu miftuħa mill-5 ta’ Ġunju sas-26 ta’ Ġunju 2024. Infurmat li x-xoghlijiet li qed jagħmlu huma ta’ ġardinara, manutenzjoni, xogħol fl-iStores kif ukoll manutenzjoni u tindif fil-partijiet esterjuri u fil-periferija tal-isptar. Ġejt infurmat ukoll li dawn l-impjegati kienu mibgħuta jagħmlu korsijiet li l-amministrazzjoni ħasset il-ħtieġa tagħhom. Il-korsijiet kienu organizzati mill-IPS.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – direct orders għal security services u għas-servizz ta’ skrivani
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20410 u jgħid fiex tikkonsisti u għalfejn inħasset il-ħtieġa li tinħareġ id-Direct Order 'NP for the Provision of Clerical Services through a Service Provider for GGH (Status: Evaluation) CFT CA UNIQUE ID: 014-6040/24 - CPSU 1533/23/Part 1'? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-valur u għal kemm hu l-perjodu ta' żmien ta' din id-Direct Order u kemm-il siegħa ta' Security Service hemm ippjanata li tingħata permezz ta’ din id-direct order u kemm-il parti oħra hemm ippjanata li tinħareġ permezz ta’ direct order għal servizz ta' skrivani?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-ħtieġa għal din id-DNP kienet bħala interim sakemm jagħlaq, jiġi aġġudikat u jingħata t-tender il-ġdid għall-Clerical Services. Din kienet tkopri sa 50,000 siegħa bir-rata normali u sa 2,600 bir-rata tas-Sunday premium. Id-DNP hi għal sitt xhur.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13618 li ngħatat fil-15 ta' Jannar 2024, u t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21563, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet is-sejħa maħruġa mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra iktar minn sena u nofs ilu ‘Tender TXLC/04/2023 Works - Resurfacing of Triq Mannar/Għejjun Junction with Hot rolled Asphalt and resurfacing of small stretch of Triq Karkar, Xagħra (up to base course only) in a resource efficient manner’? Jista’ jgħid ukoll meta (xahar u sena) huma ppjanati li jibdew u jitlestew ix-xogħlijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra li peress li għadhom għaddejjin diversi xogħlijiet ta' kostruzzjoni f'din it-triq il-kunsill iddeċieda li joħroġ sejħa sabiex titranġa temporanjament il-parti fejn l-aktar hemm ħtieġa. Meta x-xogħlijiet kollha ta' kostruzzjoni jkunu lesti ser tinħareġ sejħa oħra sabiex it-triq kollha tiġi mibnija mill-ġdid u mhux parzjalment skond it-Tender TXLC/04/2023.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji rċeviex xi ilmenti dwar custody fees jew charges irrespettivament tal-mod kif deskritti, imposti minn xi bank jew provditur ta’ servizzi finanzjarji? Jekk iva, jista’ f’kull każ jgħid x’kien l-eżitu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji ma rċieva ebda ilment speċifikament dwar ‘custody fees’, li jifhem li huma tariffi imħallsa lill-istituzzjonijiet finanzjarji fejn dawn izommu investimenti fil-kustodja tagħhom għan-nom tal-investituri.
Fir-rigward ta’ charges irrespettivament tal-mod kif deskritti, jekk il-mistoqsija tirrigwarda charges tal-istess natura bħal custody fees izda deskritti mod ieħor, allura r-risposta hija wkoll fin-negattiv.
Jekk il-mistoqsija hija dwar xi charges ta’ natura differenti allura nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika.
Ix-Xagħra, Għawdex — Triq ta’ Karkar - Sejħa għal xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17270 li ngħatat fis-27 ta’ Marzu 2024, u tal-mistoqsijiet parlamentari 21563 u 22886 dwar it-tender ‘TXLC/04/2023 Works – Resurfacing of Triq Mannar/Għejjun Junction with Hot rolled Asphalt and resurfacing of small stretch of Triq Karkar, Xagħra (up to base course only) in a resource efficient manner.’ li ħareġ il-Kunsill Lokali tax-Xagħra, peress li f’dawn l-aħħar disa’ snin u nofs sar ħafna bini fi Triq ta’ Karkar u hi bla wiċċ u tinsab fi stat ħażin ħafna, jista’ l-Ministru jgħid jekk id-diskussjonijiet bejn il-Kunsill Lokali tax-Xagħra u l-Ministeru għal Għawdex issa għalqux? Fiex kienu jikkonsistu? X’kien l-eżitu tad-diskussjonijiet u għaliex saru ladarba kienet inħarġet is-sejħa? Meta hu ppjanati li jinbeda x-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 25416.