Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub (xahar u sena) li l-Pitkalija fix-Xewkija Għawdex terġa’ tinfetaħ għall-pubbliku u jingħataw is-servizzi kollha bħalma jingħataw ġewwa l-Pitkalija ta’ Malta?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li bħalissa għaddejjin b’xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-bini eżistenti tal-Pitkalija f’Għawdex. Il-pjan hu li sa l-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena tibda tagħti s-servizzi kollha bħalma jingħataw ġewwa l-Pitkalija ta’ Malta.
Għawdex – Fond tas-€700 miljun - Xogħlijiet fuq toroq
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tat-toroq li saru mill-fond tas-€700 miljun f’dawn l-aħħar seba’ snin f’Għawdex, maqsuma lokalità b’lokalità? Jista’ jgħid ukoll kemm ġiet tiswa kull triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
CfT: CT3007/2025 TENDER FOR THE UPGRADING OF RURAL ROADS IN A RESOURCE EFFICIENT MANNER – WIED JUNU, GHAJN ABDUN AND TRIQ TA’ SPITERI, L/O KERCEM AND SAN LAWRENZ, GOZO
Question
B’referenza għas-sejħa CfT: 'CT3007/2025 TENDER FOR THE UPGRADING OF RURAL ROADS IN A RESOURCE EFFICIENT MANNER – WIED JUNU, GHAJN ABDUN AND TRIQ TA’ SPITERI, L/O KERCEM AND SAN LAWRENZ, GOZO', jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet kollha li kien hemm fil-Bill of Quantities ta’ din is-sejħa sarux kollha u jekk le x’fadal isir u meta hu maħsub li jitlestew?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward tas-sejħa CfT: CT3007/2025 – Tender for the Upgrading of Rural Roads in a Resource Efficient Manner – Wied Junu, Għajn Abdun and Triq ta’ Spiteri, L/O Kerċem and San Lawrenz, Gozo, li x-xogħlijiet marbuta ma’ dan il-kuntratt għadhom fil-fażi ta’ eżekuzzjoni u għaddejjin skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt. F’dan l-istadju tal-implimentazzjoni tal-proġett, l-Awtorità kontraenti ma tistax tiddetermina b’mod definittiv jekk sarx użu sħiħ jew parzjali mill-oġġetti kollha inklużi fil-Bill of Quantities. Ta’ min jinnota li l-Bill of Quantities jinkludi wkoll diversi proviżjonijiet u kontinġenzi li jiġu applikati skont il-ħtiġijiet li jistgħu jinqalgħu matul l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet fuq il-post.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33995 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid kemm twieldu trabi f’Malta u Għawdex separatament fl-2024 u fl-2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-trabi kienu:
i. minn ġenituri fejn it-tnejn kienu ta’ nazzjonalità barranija;
ii. minn ġenituri fejn ġenitur minnhom kien ta’ nazzjonalità barranija;
iii. minn unknown father; u
iv. minn tfajliet tal-età bejn it-13 u s-16-il sena?
Jista’ l-Ministru jgħid x’fadal isir biex il-Fanal tal-Ġordan fl-Għasri jkun jista’ jinfetaħ għall-pubbliku bħala ‘Visitor Experience’? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema impjegati tas-servizz pubbliku jaħdmu f’dan il-post fil-preżent, x’inhu l-grad tagħhom u x’tip ta’ xogħol qed jagħmlu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-Ministeru qed jfassal it-tender relatat mal-visitors centre.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33716 u jgħid kemm kienu l-istudenti li attendew korsijiet fl-Iskola tal-Arti fix-Xewkija matul is-sena skolastika 2023-2024 u 2024-2025? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa n-numru tal-istudenti li bdew korsijiet fis-sena skolastika 2025-2026?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Sena Skolastika 2023-24: 1,099 student
Sena Skolastika 2024-25: 1,069 student
Sena Skolastika 2025-26: 1,206 student
Operazzjoni tal-Katarretti - Medja ta’ żmien ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33314 fl-intier tagħha u jgħid kemm kienet il-medja ta’ żmien li wieħed kellu jistenna sabiex jagħmel operazzjoni tal-kataretti fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, matul l-2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fl-2024, il-ħin medju ta’ stennija kien ta’ 7 xhur hawn Malta u ta’ 6 xhur f’Għawdex. Irid jingħad li fl-2024 kienu saru 4,521 operazzjoni tal-kataretti ġewwa Malta u 428 operazzjoni ġewwa Għawdex.
Ninsab infurmat li matul l-2025, l-operazzjonijiet żdiedu biex il-perjodu ta’ stennija ikompli jonqos, tant li saru 6,173 operazzjoni tal-kataretti ġewwa Malta u 445 operazzjoni f’Għawdex.
CT7002/2024 - Establishment of a Dynamic Purchasing System for Construction and Maintenance of Roads across Gozo and Comino in a Resource Efficient Manner, Ministry for Gozo and Planning
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 32913 u 33715, rigward is-sejħa ‘CT7002/2024 - Establishment of a Dynamic Purchasing System for Construction and Maintenance of Roads across Gozo and Comino in a Resource Efficient Manner, Ministry for Gozo and Planning’, li nħarġet mill-Ministeru tiegħu fix-xhur li għaddew, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm u min huma l-kuntratturi li wrew interess f’din is-sejħa sa issa?
Jista’ jgħid ukoll:
i. liema huma x-xogħlijiet li huma ppjanati li jsiru fl-immedjat minn din is-sejħa;
ii. f’liema raħal ser isiru u jindika l-isem tat-triq; u
iii. fiex ser ikunu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm stabbilimenti tal-ikel f’Għawdex u Kemmuna, maqsuma raħal b’raħal, u kemm minnhom ġew irreġistrati matul l-2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ stabbilimenti tal-ikel f’Għawdex u Kemmuna, maqsuma raħal b’raħal huwa kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. Minn total ta’ 244 stabbiliment, 11 ġew irreġistrati matul l-2025.
Catering Establishments
Locality
Restaurants
Snack Bars
Ir-Rabat
22
52
Il-Fontana
1
0
Għajnsielem
9
3
L-Imġarr
10
3
L-Għarb
3
4
L-Għasri
0
1
Ta' Kerċem
0
1
Santa Luċija
0
0
Il-Munxar (incl. Xlendi)
20
11
In-Nadur
6
7
Il-Qala
5
4
San Lawrenz
3
0
Ta' Sannat
5
0
Ix-Xagħra
9
10
Ix-Xewkija
4
0
Iż-Żebbuġ (incl. Marsalforn)
32
19
TOTAL
129
115
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33197 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u jgħid kemm hemm toroq f’Għawdex (inklużi toroq fir-raba’ u sqaqien pubbliċi) u jaqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità?
Response (BONETT, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ toroq ġewwa Għawdex li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tal-Awtorita’ għat-Trasport f’Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-ħsara li hemm fit-terren ta’ taħt it-Torri ta’ Kenuna fin-Nadur u jekk din affettwatx it-torri? Jista’ jgħid ukoll:
i. x’sar s’issa biex din il-problema tiġi indirizzata;
ii. x’kienet l-ispiża s’issa biex jiġi assigurat li t-torri ma jġarrabx ħsara; u
iii. meta huwa mistenni li ser jerġa’ jinfetaħ għall-pubbliku l-Ġnien Ta’ Kenuna?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm persuni applikaw għall-aħħar sejħa ta’ ingaġġ ta’ messaġġier fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, kemm minnhom huma Għawdxin u kemm minnhom huma Maltin?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li din is-sejħa għadha fil-proċess.
CT2299/2024 - ‘FRAMEWORK CONTRACT FOR PROVISION OF GENERAL ROAD WORKS INC. LAYING OF ASPHALT IN A RESOURCE EFFICIENT MANNER WHICH CONSIDERS WIDER ENV. IMPACTS FOR THE MINISTRY FOR GOZO AND PLANNING’
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33033 u jaġġorna l-Kamra dwar is-sejħa CT2299/2024 - ‘FRAMEWORK CONTRACT FOR PROVISION OF GENERAL ROAD WORKS INC. LAYING OF ASPHALT IN A RESOURCE EFFICIENT MANNER WHICH CONSIDERS WIDER ENV. IMPACTS FOR THE MINISTRY FOR GOZO AND PLANNING’? Liema xogħlijiet saru sa issa u fejn saru u fiex kienu jikkonsistu u kemm ġew jiswew permezz ta’ din is-sejħa? Jista’ jgħid ukoll liema xogħlijiet hemm ippjanati li jsiru permezz ta’ din is-sejħa fil-ġimgħat li ġejjin u kemm huma stmati li se jiġu jiswew?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed tinġabar u tingħata f’sedua oħra.
Negotiated Procedure for the Provision of Air Ambulance Service for Gozo General Hospital (GGH) NP014-6148/25 [CPSU10225/2025]
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33186 fl-intier tagħha u jgħid kemm hu l-valur tad-Direct Order permezz ta’ Negotiated Procedure: ‘Negotiated Procedure for the Provision of Air Ambulance Service for Gozo General Hospital (GGH) NP014-6148/25 [CPSU10225/2025]’, għal kemm perjodu ta’ żmien ħarġet din is-sejħa u għaliex ma ħarġitx sejħa pubblika? Jista’ jgħid ukoll meta kien l-aħħar li ħarġet sejħa pubblika biex jiġi pprovdut dan is-servizz?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li dan id-DNP huwa ppubblikat fuq l-EPPS u kwalunkwe informazzjoni tista’ tiġi kkonsultata permezz ta’ dan il-link; https://www.etenders.gov.mt/epps/cft/prepareViewCfTWS.do?resourceId=12767991
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33190 dwar ix-xogħlijiet fi Triq l-Emigranti, fin-Nadur fejn ġie mwieġeb li: ‘x-xogħlijiet mistennija jibdew fl-ewwel Ġimgħa ta’ Frar’, jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq din it-triq?
Jista’ jgħid ukoll:
i. kemm fiha tul Triq l-Emigranti, fin-Nadur;
ii. meta ser jitlesta minn kollox (xahar u sena) ix-xogħol f’din it-triq;
iii. min kien/u l-kuntrattur/i li ħadem fuq din it-triq s’issa; u
iv. min se jkun il-kuntrattur li se jkompli x-xogħol f’din it-triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fi Triq l-Emigranti se jitlesta f’April ta’ din is-sena.
Ir-Rabat, Għawdex - Triq San Ġwann Bosco u Triq Dun Pawl Micallef - Xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fiex ser ikunu jikkonsistu x-xogħlijiet kollha li hemm ippjanati li jsiru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) fi Triq San Ġwann Bosco u fi Triq Dun Pawl Micallef, ir-Rabat, Għawdex? Tista’ tgħid ukoll kemm ser jiġu jiswew dawn ix-xogħlijiet u meta hu maħsub (xahar u sena) li jitlestew dawn ix-xogħlijiet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet ippjanati mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaż-żona indikata jikkonsistu f’tibdil tal-mejnijiet tal-ilma kif ukoll dawk tad-drenaġġ. L-ispiża approssimattiva għal dan ix-xogħol hija ta’ €350,000 u hu mmirat li jitlesta għal Ġunju.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn libreriji pubbliċi f’Malta u Għawdex u jelenka l-lokalitajiet ta’ fejn jinsabu u l-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kemm attwalment hemm persuni reġistrati biex jissellfu kotba minn dawn il-libreriji?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni reġistrati biex jissellfu kotba minn dawn il-libreriji huwa:
48,985.
Qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni rikjesta.
Kumpaniji tal-Karnival - Post għall-ħidma - Kajselli, Xewkija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li sal-lum għad m'hemmx post fejn il-kumpaniji tal-Karnival jistgħu jaħdmu, minkejja diversi wegħdiet li saru fl-aħħar snin u l-maġġoranza assoluta tal-kumpaniji xorta mhux jitħallew jużaw il-post tal-Gvern magħruf bħala l-Kajselli fix-Xewkija, post li jidher li għandu l-faċilitajiet neċessarji sabiex dawn il-kumpaniji jkunu jistgħu jippreparaw ix-xogħol tagħhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Żebbuġ u l-Għarb - Skejjel primarji - Proġetti ta’ rinnovazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna l-Kamra dwar il-proġetti ta’ rinnovazzjoni għall-iskejjel primarji taż-Żebbuġ u tal-Għarb?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward tar-rinnovazzjoni tal-iskola primarja taż-Żebbuġ ġie ffirmat il-kuntratt tax-xogħlijiet skont is-sejħa pubblika għall-offerti, li ġġib riferenza CT2180/2024. Bil-għan li jkun jista’ jsir ix-xogħol waqt li l-iskola tibqa operabbli u l-istudenti jibqgħu jingħataw l-edukazzjoni tagħhom minn hemmhekk, sejrin jiġu nstallati
prefabricated units
fil-grawnds tal-iskola eżistenti. Dawn il-units ġew ordnati, waslu Malta u se jiġu nstallati fil-jiem li ġejjin. Fir-rigward tar-rinnovazzjoni tal-iskola primarja fl-Għarb, is-sejħa pubblika għall-offerti skont CT2350/2025 qiegħda fi stadju ta’ evalwazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid x’irwol/irwoli għandha l-Gozo Regional Development Authority (GRDA) fil-proġetti tat-toroq li qegħdin isiru jew hemm ippjanati li jsiru fiż-żmien li ġej f’Għawdex, kif ukoll dwar deċiżjonijiet rigward x’tip ta’ sejħiet għandhom joħorġu u kif għandhom joħorġu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-irwol tal-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex (GRDA) fir-rigward tal-proġetti tat-toroq f'Għawdex huwa wieħed strettament strateġiku u konsultattiv.