CT3007/2025 TENDER FOR THE UPGRADING OF RURAL ROADS IN A RESOURCE EFFICIENT MANNER – WIED JUNU, GHAJN ABDUN AND TRIQ TA’ SPITERI, L/O KERCEM AND SAN LAWRENZ, GOZO
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex id-data tal-għeluq għas-sejħa 'CT3007/2025 TENDER FOR THE UPGRADING OF RURAL ROADS IN A RESOURCE EFFICIENT MANNER – WIED JUNU, GHAJN ABDUN AND TRIQ TA’ SPITERI, L/O KERCEM AND SAN LAWRENZ, GOZO' li kellha tagħlaq fit-8 ta' April 2025, ġiet mibdula ftit ġranet qabel ma kellha tagħlaq u issa se tagħlaq fit-2 ta' Mejju 2025?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-data ta’ skadenza tas-sejħa għall-offerti ġiet estiża skont il-prassi għaliex l-Awtorità Kontraenti ħasset il-bżonn li tiċċara dettal fl-istess sejħa għall-offerti.
Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet qed isiru mill-Ministeru tagħha fi Triq Palazz Palina fis-Sannat, Għawdex? Tista’ tgħid ukoll:
i. Kemm ilu li beda x-xogħol f'din it-triq?
ii. X'tip ta' xogħol sar f’din it-triq matul dawn l-aħħar ġimgħat?
iii. Meta hu maħsub li din it-triq titlesta minn kollox?
iv. Kemm ser jiġi jiswa x-xogħol kollu f'din it-triq?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-triq indikata saru xogħlijiet estensivi kemm mill-Enemalta kif ukoll mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Minbarra li sar tqegħid ta’ cables ġodda nkluż f’toroq oħrajn fil-lokalità biex tissaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fiż-żona, Enemalta se tikkummissjona wkoll substation ġdida fit-triq imsemmija. L-investiment totali għal dan il-proġett huwa ta’ madwar €440,000.
Ix-xogħlijiet li saru min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fl-istess triq, b’investiment apparti ta’ €108,000, kienu jinkludu konnessjonijiet ġodda tal-mejnijiet tal-ilma. Huwa mmirat li t-triq tkun lesta bl-asfalt fil-ġimgħat li ġejjin.
WSC — Ħaddiema ‘seconded’ jew ‘on loan’ mal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) li fil-preżent huma ‘seconded’ jew ‘on loan’ mal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar? Tista’ tgħid ukoll kemm kienu ilhom jaħdmu mal-WSC dawn il-ħaddiema u x'kien ix-xogħol tagħhom?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fil-preżent hemm erba’ ħaddiema li huma ‘seconded’ u tnejn oħra ‘on loan’, li l-impjieg tagħhom mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma huwa fi skali differenti.
Port tal-Imġarr — Fast Ferry - Terminal permanenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fil-konkret meta hu maħsub li jinbena u jsir terminal permanenti għall-persuni li jkunu qed jistennew li jirkbu l-fast ferry fil-Port tal-Imġarr, peress li qed ikun hemm inkonvenjent kbir għall-persuni li jużaw il-fast ferry peress li m’għandhomx fejn jistkennu minħabba l-elementi tat-temp?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-terminal diġà eżistenti fil-Port tal-Imġarr huwa kbir biżżejjed biex jakkomoda kemm il-passiġġieri li jużaw il-vapuri tal-Gozo Channel, kif ukoll il-Fast Ferry. Għaldaqstant, għal fini ta’ governanza tajba, mhux ser ikun qed jinbena terminal ġdid iżda ser jiġi massimizzat l-użu tat-terminal eżistenti. Fiż-żmien li ġej, ser isiru interventi żgħar biex il-passiġġieri li jużaw il-Fast Ferry jkollhom l-istess servizz bħal dawk li jużaw il-Gozo Channel.
Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħlijiet kienu qed isiru f'dawn l-aħħar ġimgħat u għadhom qed isiru fit-Terminal taċ-Ċirkewwa? Jista’ jgħid ukoll:
i. Minn min qed isiru?
ii. Kemm huma stmati li se jiġu jiswew?
iii. Meta u fejn ħarġet is-sejħa biex isiru dawn ix-xogħlijiet?
iv. Meta huma maħsuba li se jitlestew dawn ix-xogħlijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol li qed isir fit-terminal taċ-Ċirkewwa jinkludi fost l-oħrajn l-provvista u l-installazzjoni ta’ membrane tal-waterproof tat-terminal; liema xogħol huwa mistenni li jitlesta sal-aħħar ta’ Mejju. Apparti hekk qed issir kostruzzjoni, xogħlijiet ta’ finishing u kummissjonar ta’ proġett tal-e-ticketing fit-terminal taċ-Ċirkewwa u tal-Imġarr. Dawn ix-xogħlijiet mistennija li jitlestew sal-aħħar ta’ Awwissu. Dawn iż-żewġ proġetti qed isiru minn GM Developments Ltd, bl-ispiża mistennija tammonta għal € 166,303.00 (VAT eskluż) u € 472,137.52 (VAT eskluż), rispettivament. Is-sejħiet ġew ippubblikati nhar it-18 ta’ Jannar u nhar id-29 ta’ Settembru tal-2022, rispettivament, fuq l-e tenders epps.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fir-rigward ta’ kull entità pubblika, (irrespettivament tal-mod kif deskritta) li taqa’ taħt id-dekastru tiegħu:
i. kemm hemm avukati full-time u/jew part-time impjegati mal-entità konċernata u f’kull każ x’inhu l-grad tagħhom; u
ii. kemm attwalment hemm avukati jew ditti ta’ avukati mhux impjegati li qegħdin fuq bażi ta’ retainer?
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) fir-rigward tal-prassi ta’ xi banek f’Malta li meta jintalbu jagħtu bank references ta’ klijenti tagħhom, dawn ma jkunux debitament iffirmati għan-nom tal-bank konċernat u bla ebda indikazzjoni ta’ min tkun il-persuna li tkun ħarġet il-bank reference għan-nom tal-bank?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-materja partikolari ma taqax fl-ambitu regolatorju tal-MFSA u għaldaqstant l-MFSA ma toħroġx regoli li jinidirizzaw dan l-aspett.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol fadal isir fi Triq l-Emigranti, fin-Nadur? Kemm-il xahar ilu li nbeda x-xogħol, u għaliex f’dawn l-aħħar xhur ma tkompla ebda xogħol f’din it-triq? Jista’
jgħid ukoll jekk jafx meta ser jitkompla x-xogħol u meta x-xogħol f’din it-triq ser jitlesta minn kollox?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għad fadal isiru xogħlijiet relatati mas-sistema tad-drenaġġ, culvert tad-dawl, bankini ġodda u l-asphalt.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kien hemm gabbani ġewwa Kemmuna f’dawn l-aħħar 15-il sena, maqsuma sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA) bdiet l-involviment tagħha fil-kontroll tal-gabbani ġewwa Kemmuna, speċifikament fiz-zoni ta’ Blue Lagoon u ta’ Santa Marija fl-2015. Fil-fatt informazzjoni fuq gabbani qabel din is-sena, mhijiex disponibbli. L-informazzjoni tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt.
Gabbani b’permessi maħruġa mill-MTA ġewwa Kemmuna
Blue Lagoon
Santa Marija
Sena
Numru ta’ Gabbani
Numru ta’ Gabbani
2015 (inħarġu għall-ewwel darba permessi lill-gabbani mill-MTA)
6
nil
2016
7
1
2017
7
1
2018
7
1
2019
8
1
2020
8
1
2021
8
1
2022
8
1
2023
8
0
2024
9
0
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 5347 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 332 tal-Erbgħa, 9 ta' April 2025)
CT2299/2024 — ‘FRAMEWORK CONTRACT FOR PROVISION OF GENERAL ROAD WORKS INC. LAYING OF ASPHALT IN A RESOURCE EFFICIENT MANNER WHICH CONSIDERS WIDER ENV. IMPACTS FOR THE MINISTRY FOR GOZO AND PLANNING’
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet stmata s-sejħa CT2299/2024 - ‘FRAMEWORK CONTRACT FOR PROVISION OF GENERAL ROAD WORKS INC. LAYING OF ASPHALT IN A RESOURCE EFFICIENT MANNER WHICH CONSIDERS WIDER ENV. IMPACTS FOR THE MINISTRY FOR GOZO AND PLANNING’ meta ħarġet fis-suq u kemm ġiet awarded? Jista’ jgħid ukoll liema xogħlijiet hemm ippjanati li jsiru permezz ta’ din is-sejħa fil-ġimgħat li ġejjin u kemm huma stmati li se jiġu jiswew?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għall-offerti CT2299/2024 - "Framework Contract for Provision of General Road Works Including Laying of Asphalt in a Resource Efficient Manner which Considers Wider Environmental Impacts for the Ministry for Gozo and Planning" ġiet ippubblikata fl-24 ta' Ottubru 2024 u għalqet fil-25 ta' Novembru 2024.
Wara li tlesta l-proċess ta' evalwazzjoni, din is-sejħa ġiet
awarded
għall-valur ta' €1,393,296.25. Bħalissa, il-Ministeru qiegħed iħejji u jippjana l-fażijiet ta' mobilizzazzjoni relatati ma' dan it-tender. Wara li jiġi ffinalizzat dan il-proċess ta' ppjanar, se tiġi definita lista ta' toroq u xogħlijiet li għandhom isiru, u x-xogħlijiet se jibdew minnufih.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm Principals u kemm hemm jaħdmu f’kull Ministeru? Meta se jiġu msejħa għal 'colloquium' u min ser ikun qiegħed jintervista lil dawn il-Principals? Jista’ jgħid ukoll kemm-il Principal irid jintgħażel biex isir Senior Principal u x’inhuma l-kriterji tal-assessjar li fuqhom se jkunu assessjati l-kandidati?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li b' kollox hemm 546 Principals mal-Gvern f’ Ministeri differenti.
Il-grad ta’ Senior Principal regolat bil-ftehim settorjali tal-‘General Service Grades’ ma jimtelix b’ colloquiums iżda b’sejħa t’ applikazzjoni li għaliha jkunu eliġibbli dawk li jkunu fil-grad ta’ Principal fi skala mhux anqas minn skala 9. Tali sejħa toħroġ ċentralment meta jkun hemm il-ħtieġa.
Kemmuna — Tnaqqis tal-persuni li jużaw dgħajjes kummerċjali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x'hemm ippjanat li jsir biex matul il-ġimgħat li ġejjin il-persuni li jmorru ta' kuljum iżuru Kemmuna permezz ta’ dgħajjes kummerċjali, jitnaqqsu bin-nofs? Jista’ jgħid ukoll kif dan ser isir?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret konsultazzjoni u diversi laqgħat mal-operaturi involuti fis-settur. Qed tiġi ppreparata sistema li tikkontrolla l-ammont ta' passiġġieri li attwalment jinżlu fuq Kemmuna, bl-anqas inkonvenjent possibbli għall-partijiet kollha kkonċernati. Huwa ppjanat li din is-sistema tidħol fis-seħħ fil-ġimgħat li ġejjin.
Għawdex — Triq li twassal għall-Bajja tal-Ħondoq - Xogħlijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25134, dwar xogħlijiet meħtieġa fil-parti tat-triq li twassal għall-Bajja tal-Ħondoq li ftit wara li kienet tranġat din bdiet tisfronda, fejn kien intqal li 't-tender ġiet awarded u bħalissa għaddejjin il-preparamenti neċessarji sabiex jinbeda x-xogħol', jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol inbedix u jekk hux ser ikun lest kollu kemm hu qabel jibda s-sajf 2025? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-valur li għalih ġiet awarded is-sejħa u fiex ser ikun jikkonsisti x-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender SPD3/2024/079 - Road works including the building of a gravity wall and resurfacing of part of Triq ta’ Ħondoq ir-Rummien Qala, Gozo in a resource efficient manner which considers wider environmental impacts ġiet awarded għas-somma ta’ Euro 399,312.97 (excl VAT). Ix-xogħol jikkonsisti fil-konsolidazzjoni tat-triq.
Għawdex — Skejjel tal-Gvern fil-livell primarju u kindergarten - Studenti
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26165, jista’ l-Ministru jgħid kif inhuma maqsuma l-1,915 student li jattendu fl-iskejjel fil-livell primarju u kindergarten ġewwa Għawdex, skola skola u kemm minnhom huma barranin? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ tfal li bdew jattendu f’dawn l-iskejjel, fl-aħħar intake ta’ din is-sena u kemm minnhom huma barranin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Għawdex — Anzjani li qed jagħmlu użu mis-servizz tal-Home Help
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna anzjani llum li qed jagħmlu użu mis-servizz tal-Għajnuna fid-Dar (Home Help) ġewwa Għawdex? Jista' jgħid ukoll kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal dawn is-servizzi f’Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 1,065 persuna li qed jibbenefikaw mis-servizz tal-Għajnuna fid-Dar (Home Help). Bħalissa hemm 24 applikazzjonijiet pendenti li qed jistennew li jiġu assesjati sabiex tittieħed deċiżjoni dwar l-eliġibilità tal-applikazzjoni.
CT2361/2022 – Framework Agreement for the Provision of General Road Works including the Laying of Asphalt for the Ministry For Gozo
Question
B'referenza għas-sejħa CT2361/2022 – Framework Agreement for the Provision of General Road Works including the Laying of Asphalt for the Ministry for Gozo, jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet saru mill-1 ta' Novembru 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll fiex kienu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet, liema xogħlijiet tlestew minn kollox, fejn saru permezz ta' din is-sejħa u kemm ġiet tiswa kull biċċa xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Servizz ta’ ġbir u t-trasportazzjoni ta’ frott u ħaxix
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26157, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa s-servizz tal-ġbir u t-trasportazzjoni ta’ frott u ħaxix minn Għawdex għall-Pitkalija ta’ Malta, għall-Malta Food Agency li dam għaddej għal disa’ xhur, qabel ħarġet is-sejħa pubblika u li ġiet awarded ftit tal-ġimgħat ilu? Jista’ jgħid ukoll minn fejn ġewwa x-Xewkija, kien jingħata dan is-servizz?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan is-servizz ġie jiswa €40,025.76 (VAT eskluża) bil-meeting point ikun fejn il-Heliport tax-Xewkija.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm Administrative Officers fi skala 9 u kemm hemm jaħdmu f'kull Ministeru? Meta se jiġu msejjħa għal 'colloquium' u min ser ikun qiegħed jintervista lill-Administrative Officers? Jista’ jgħid ukoll kemm-il Administrative Officer irid jintgħażel biex isir Principal u x'inhuma l-kriterji tal-assessjar li fuqhom se jkunu assessjati l-kandidati?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li hemm 382 Administrative Officers fi Skala 9.
In-numri tal-Administrative Officers li jitilgħu fil-grad ta’ principal, isir skont il-vakanzi approvati fil-ħin li l-Amministrazzjoni tqis li jkun skont il-pjan ta’ xogħol.
Sannat — Triq it-28 ta' April 1688 - Globi tad-dawl
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji u jsiru t-tiswijiet meħtieġa fuq il-globi tad-dawl li hemm fi Triq it-28 ta' April 1688 f’Sannat, biex ikunu mixgħula kollha kemm huma, peress li għal dawn l-aħħar xhur kien hemm ħafna minnhom ma jixgħelux?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Sannat li se jsir xogħol ta’ rinnovazzjoni tal-belvedere u l-fanali se jinbidlu kollha.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu f’Malta fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll:
i. xi gradi huma dawn il-ħaddiema Għawdxin;
ii. f’liema sezzjoni jaħdmu u fejn;
iii. x'tip ta' xogħol jagħmlu; u
iv. kemm-il sena ilhom jaħdmu mal-Ministeru tiegħu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-ħaddiema li jidher li għandhom indirizz fuq Għawdex u jaħdmu fis-Servizz Pubbliku huwa ta’ 42, filwaqt dawk li jaħdmu f'Aġeniziji huwa ta’ 21. Ix-xogħlijiet ta’ dawn il-ħaddiema jvarjaw minn Chief Executive Officer, Xogħlijiet maniġerjali u sa dawk il-Gradi Industrijali.