Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Sejħa għal Direttur Ġenerali (Major Projects)

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li s-sejħa ta’ Direttur Ġenerali (Major Projects) mal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar mhux ser terġa’ toħroġ?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandix xi nżid mat-tweġiba li diġà tajt għall-mistoqsija parlamentari 26598.

Għawdex — Proġetti - Project Timeline

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra Project Timeline għal kull proġett li għaddej bħalissa ġewwa Għawdex u li qed isir mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema proġetti qed jirreferi.

Corporate Tax — Kumpaniji li ħallsu iktar minn € 1,000,000

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn kumpaniji reġistrati f’Għawdex li fis-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 ħallsu iktar minn €1,000,000 f’corporate tax?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-tabella hawn taħt: SenaNumru ta’ Kumpaniji 20210 20220 20232* * Hemm kumpaniji li għandhom 18-il xahar biex iħallsu t-taxxa u għalhekk l-ammont jiżdied sal-aħħar ta’ din is-sena. It-taxxa għas-sena 2024 titħallas aktar tard din is-sena u għalhekk din l-informazzjoni tkun tista’ tingħata lejn l-aħħar tal-2025.

Iż-Żebbuġ, Għawdex — Triq Għajn Mhelhel - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26866 dwar Triq Għajn Mhelhel li miż-Żebbuġ, Għawdex twasslek għax-Xwejni fejn intqal li saru l-interventi meħtieġa biex din it-triq tista’ tkompli tintuża, jista’ l-Ministru jgħid: i. fiex kienu jikkonsistu dawn l-interventi; ii. minn min saru; iii. min kienu l-persuni tekniċi inkarigati minn dawn ix-xogħlijiet min-naħa tal-Ministeru; u iv. kemm ġew jiswew? Jista’ jgħid ukoll jekk fil-preżent hemmx periklu għall-persuni u għall-vetturi li jgħaddu minn din l-imsemmija triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26866.

Ix-Xewkija — Xogħlijiet fiż-Żona Industrijali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ tisbiħ, xogħlijiet infrastrutturali u bini ta’ toroq mill-ġdid saru ġewwa ż-Żona Industrijali fix-Xewkija, Għawdex matul is-snin 2023 u 2024? Jista’ jgħid ukoll fiex kienu jikkonsistu u kemm intefqu flus?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li għar-rigward tas-snin msemmija, l-INDIS kellha arranġament mal-Koperattiva Med-CoOp li permezz tiegħu saru xogħolijiet ta tisbiħ u manutenzjoni kemm fuq toroq u bankini, bini ta’ ħitan, u xogħolijiet ta’ tħawwil ta’ siġar u pjanti.

Ix-Xewkija — Trailer Park

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar l-investiment fuq proġett ġdid fis-sit industrijali fix-Xewkija li jikkonsisti f’kostruzzjoni ta’ Trailer Park, kif ukoll infrastruttura u faċilitajiet ġodda fil-madwar? Jista’ jgħid ukoll kemm hu stmat li ser jiġi jiswa dan il-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lil Onor. Interpellant li għaddejjin id-diskussjonijiet mal-INDIS.

KGAs Għawdxin — Trasferimenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif KGAs Għawdxin li qed jagħtu servizz fl-iskejjel f’Malta, jintgħażlu biex jingħataw trasferiment għal Għawdex? Jista’ jgħid jekk KGAs Għawdxin li qed jistennew tali trasferiment għandhomx viżibilità tal-lista biex ikunu jafu meta jmisshom imorru Għawdex? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx lista ta’ trasferiment waħda jew aktar minn waħda?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li KGA’s Għawdxin li qed jagħtu servizz fl-iskejjel f’Malta jiġu trasferiti għal Għawdex skont is-seniority. KGA’s li huma interessati li jkunu jafu f’liema post qegħdin fuq il-lista għal Għawdex huma mitluba jsaqsu lill-uffiċjali tad-Direttorat. Hemm lista waħda tat-trasferimenti.

San Lawrenz — Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x’tip ta’ xogħlijiet saru jew ser isiru fir-raħal ta’ San Lawrenz? Liema entità jew awtorità se taħdem, meta se jinbeda x-xogħol u meta huwa mistenni li jitlesta? Tista’ tgħid ukoll jekk hux se jingħata l-asfalt tul it-triq li diġà ntmesset jew tul it-triq kollha kemm-il darba din tintmess?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li f’din il-lokalità, Enemalta se tgħaddi cable ġdid taħt l-art biex tkompli ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fiż-żona, u wara li jitlestew ix-xogħlijiet jingħata l-asfalt skont il-permessi u l-kundizzjonijiet ta’ Transport Malta. Bħalissa għaddej il-proċess biex Enemalta tikseb il-permessi neċessarji biex ikunu jistgħu jsiru dawn ix-xogħlijiet.

Għawdex — Artijiet/proprjetajiet tal-Gvern devoluti lill-Kunsilli Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema artijiet jew proprjetajiet tal-Gvern ġew devoluti lill-Kunsilli Lokali Għawdxin ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-użu ta’ kull waħda minn dawn l-artijiet jew proprjetajiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Risposta tingħata f'seduta oħra.

MTA — Lukandi - Applikazzjonijiet għal estensjonijiet jew lukandi ġodda

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal estensjonijiet ta’ lukandi eżistenti jew lukandi ġodda ġewwa Għawdex u f’liema lokalità?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi bħalissa hemm applikazzjoni waħda għal lukanda ġewwa l-Munxar u erba’ applikazzjonijiet għal guest houses - tnejn fix-Xagħra u tnejn fir-Rabat (Victoria).

Għawdex u Kemmuna — Proġetti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-proġetti li huma maħsuba li jinbeda x-xogħol fuqhom matul din is-sena ġewwa Għawdex u Kemmuna u jekk hux ser jiġu użati fondi Ewropej biex isiru? Jista’ jgħid ukoll liema minn dawn il-proġetti ser jitlestew kompletament sal-aħħar ta’ din is-sena u kemm ser jintużaw fondi Ewropej u fondi Maltin għal kull proġett?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitloib lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Għawdex — Persuni li għandhom il-Blue Badge

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna ġewwa Għawdex kellha l-blue badge fl-aħħar ta’ kull sena minn Diċembru 2013 sa Diċembru 2024 u taqsam din l-informazzjoni skont is-sess (irġiel, nisa, eċċ.)?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta’ persuni li kellhom Blue Badge fl-aħħar ta’ kull sena mill-2013 sal-2024 f’Għawdex, tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Detenturi ta' Blue Badge f'Għawdex fl-aħħar tas-sena: Irġiel Nisa Total 2013 14 13 27 2014 12 19 31 2015 17 26 43 2016 27 32 59 2017 68 68 136 2018 93 83 176 2019 114 97 211 2020 152 125 277 2021 261 231 492 2022 340 289 629 2023 411 349 760 2024 574 523 1,097

Għawdex — Persuni li għandhom l-EU Disability Card

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna kellha l-EU Disability Card fl-aħħar ta’ Diċembru 2024 ġewwa Għawdex u taqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar ta’ Diċembru 2024, kien hemm 2,917 persuna f’Għawdex li kellha Karta Ewropea tad-Diżabilità. Dawn kienu maqsumin f’lokalitajiet differenti kif ġej fit-tabella hawn taħt: Lokalità (Għawdex) Detenturi ta’ Karta Ewropea tad-Diżabilit à fl-aħħar tas-sena 2024 Fontana 79 Għajnsielem 290 Għarb 110 Għasri 37 Kerċem 120 Marsalforn 88 Munxar 73 Nadur 369 Qala 166 San Lawrenz 70 Sannat 150 Santa Lucia 6 Victoria 567 Xagħra 375 Xewkija 267 Xlendi 36 Żebbuġ 114 Total 2,917

Kap. 330 — Kumitat ta’ Riżoluzzjoni - Membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kumitat ta’ Riżoluzzjoni a tenur tal-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, Kap. 330? Jista’ jgħid kemm-il penalitajiet amministrattivi ġew imposti minn dan il-Kumitat a tenur tal-paragrafu 3(5)(a) tal-Ewwel Skeda tal-Kap. 330 mill-2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll jekk ġewx imposti xi penalitajiet u kemm minnhom ġew kontestati? Jekk hemm kontestazzjoni, x’kien l-eżitu f’kull każ?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kumitat ta’ Riżoluzzjoni a tenur tal-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, Kap. 330 bħalissa mhuwiex kompost minħabba tibdil leġiżlattiv li mistenni jsir. Mill-2021 ma ġewx imposti penalitajiet minn dan il-Kumitat.

Vapur ROPAX ref. CT2379/2024 — Sejħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet is-sejħa għall-vapur ROPAX ref. CT2379/2024 li għalqet fit-2 ta' April 2025? Jista jgħid ukoll kemm kien hemm kumpaniji li wrew interess għal din is-sejħa u x'inhu l-pass li jmiss issa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda interess f’din is-sejħa. Mhux eskluż li s-sejħa terġa’ toħroġ fiż-żmien li ġej.

Vapur ROPAX ref. CT2379/2024 — Tender

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx analiżi tal-ispejjeż u studju ta’ fattibbiltà qabel ma nħareġ it-tender għall-vapur ROPAX ref. CT2379/2024? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji konċernati? Jista jgħid ukoll jekk kienx hemm xi affarijiet differenti f'din is-sejħa biex b'hekk ikun hemm iktar interess għal din is-sejħa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. li diversi konsiderazzjonijiet ibbażati fuq l-esperjenzi preċedenti tal-kumpanija ġew meqjusa għall-fini ta’ din is-sejħa.

CT2329/2024 — Design and Build Tender for New Acute Mental Health Wards and Extension of Emergency Department at Mater Dei Hospital, using Environmentally Friendly Construction Materials and Products

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar is-sejħa “CT2329/2024 - Design and Build Tender for New Acute Mental Health Wards and Extension of Emergency Department at Mater Dei Hospital, using Environmentally Friendly Construction Materials and Products” u jgħid kemm hi stmata din is-sejħa? Jista’ jgħid ukoll kemm kien kemm kuntratturi li wrew interess f’din is-sejħa u xi prezzijiet tefgħu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni hi pubblika fuq is-sit tal-etenders.

MSPP/02/2022 — Proċess ta’ aġġudikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar is-sejħa MSPP/02/2022 li għalqet fil-15 ta’ Marzu 2023 ‘Concession for the regeneration and design, management, operation, maintenance and transfer back of the Ex-Chalet site, Sliema as a Superior Quality Catering and Entertainment Establishment' u jgħid fiex wasal il-proċess ta’ aġġudikazzjoni ta’ din l-istess sejħa u meta hu maħsub li jingħalaq u jinbeda x-xogħol mitlub?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-proċess marbut mas-sejħa tax-Chalet għaddej skont il-proċeduri u r-regolamenti li jiggwidaw t-tali proċess ta’ konċessjoni.

Kerċem — Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ xogħlijiet ser isiru mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika fir-raħal ta’ Kerċem fiż-żmien li ġej? Liema entità jew awtorità se taħdem, meta ser jinbeda x-xogħol u meta huwa mistenni li jitlesta? Tista’ tgħid ukoll jekk it-triq kollha hix ser tinbena u tingħata l-asfalt jekk kemm-il darba din tintmess?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Kerċem, Enemalta se tkun qed tkompli ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku bit-tqegħid ta’cables ġodda taħt l-art u anke se ssir link ġdida bejn żewġ substations li hemm fil-lokalità. Ix-xogħlijiet huwa ppjanat li jinbdew fil-ġimgħat li ġejjin u wara li jitlestew jingħata l-asfalt skont il-permessi u l-kundizzjonijiet stipulati minn Transport Malta. Sadattant, għalkemm huwa l-Kunsill Lokali li se jkun qed iwettaq ix-xogħlijiet ewlenin fi Triq Għajn Tuta, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja b’xogħlijiet fuq in-network tad-drenaġġ kif ukoll tad-distribuzzjoni tal-ilma f’din it-triq. It-triq se tkun asfaltata mill-ġdid meta jintemmu x-xogħlijiet b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali.

CT3003/2025 TENDER FOR THE UPGRADING OF ULYSSES GROVE IN XEWKIJA, GOZO WITH A REDUCED ENVIRONMENTAL IMPACT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex id-data għas-sejħa 'CT3003/2025 TENDER FOR THE UPGRADING OF ULYSSES GROVE IN XEWKIJA, GOZO WITH A REDUCED ENVIRONMENTAL IMPACT' li kellha tagħlaq fl-10 ta' April 2025, ġiet immexxija ’l quddiem u issa se tagħlaq fil-25 ta' April 2025?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-data ta’ skadenza tas-sejħa għall-offerti ġiet estiża fuq diversi talbiet minn operaturi kummerċjali interessati li jitfgħu l-offerta tagħhom għal din is-sejħa. Skont il-prassi, l-Awtorità Kontraenti tevalwa dawn it-talbiet u l-ġustifikazzjonijiet relatati u tagħti l-estensjonijiet kif meħtieġa u jekk meħtieġa.