B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27159, jista’ l-Ministru jgħid:
i. Kemm ilu mhux kompost il-Kumitat tar-Riżoluzzjoni a tenur tal-Kap. 330?
ii. Fin-nuqqas tal-kompożizzjoni ta’ dan il-Kumitat, liema organu jew persuna qed taqdi l-funzjonijiet ta’ dan il-Kumitat, l-aktar fir-rigward tat-teħid ta’ penalitajiet amministrattivi u l-funzjonijiet l-oħra kif dedotti fir-raba’ artikolu tal-Ewwel Skeda tal-Kap. 330 ?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kumitat ta’ Riżoluzzjoni a tenur tal-Kap. 330 ilu mhux kompost mis-7 ta’ Awwissu 2024. Kemm ilu mhux kompost il-Kumitat ta’ Riżoluzzjoni ma kienx hemm deċiżjonijiet x'jittieħdu fir-rigward ta’ penalitajiet amministrattivi u ma kienx hemm bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet abbażi ta’ paragrafu 4 tal-Ewwel Skeda tal-Kap. 330. Il-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta fil-kapaċità tiegħu bħala l-Awtorità ta’ Riżoluzzjoni huwa l-istess Bord li skont l-artikolu 7B tal-Kap. 330 jistabilixxi lill-Kumitat ta’ Riżoluzzjoni u li jeddelegalu l-poteri kollha tiegħu. Għaldaqstant, sakemm il-Kumitat ta’ Riżoluzzjoni ikun għadu mhux kompost, l-imsemmi Bord għandu l-poter li jieħu kwalunkwe deċiżjoni fl-ambitu ta’ riżoluzzjoni.
Traspożizzjoni tad-Direttivi tal-UE 2022/2555 u 2022/2557 — Konsultazzjonijiet pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn il-konsultazzjonijiet pubbliċi dwar it-traspożizzjoni tad-Direttivi tal-Unjoni Ewropea bin-numri 2022/2555 u 2022/2557 saru fis-6 ta’ Settembru 2024 u fis-7 ta’ Marzu 2025 rispettivament, jiġifieri b’distakk ta’ kważi sitt xhur minn konsultazzjoni għall-oħra, tenut kont li dawn iż-żewġ direttivi kellhom jiġu trasposti fil-Liġi Maltija sas-17 ta’ Ottubru 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab informat mid-dipartiment ikkonċernat li din l-għażla ttieħdet bil-għan li jkun assigurat l-aqwa traspożizzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri amministrattivi ttieħdu jew qed jittieħdu biex l-Avviż Legali 71 tal-2025 - Ordni tal-2025 dwar Miżuri għal Livell Għoli Komuni taċ-Ċibersigurtà madwar l-Unjoni Ewropea (Malta), jiġi effettivament implimentat tenut kont li jidher li hemm involvuti diversi awtoritajiet pubbliċi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment responsabbli mill-Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika (CIP), flimkien ma diversi entitajiet pubbliċi, qegħdin jiġu ppreparati jew diġà qed jiġu implimentati diversi miżuri, fosthom:
- Qed jiġu żviluppati miżuri ta’ reżiljenza skont l-obbligi tal-Ordni, inkluż policies li jindirizzaw self-assessment għall-entitajiet essenzjali u importanti, u l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu għar-rappurtar ta’ inċidenti, kif meħtieġ mid-Direttiva NIS2. Workshops speċifiċi għall-awdituri huma ppjanati għall-2025 u 2026. FAQ għal dawn l-entitajiet bħalissa qed tiġi żviluppata bħala għodda ta’ gwida sabiex tissimplifika l-fehim tar-rekwiżiti applikabbli. Filwaqt li l-Istrateġija Nazzjonali dwar iċ-Ċibersigurtà qed tiġi aġġornata biex tinkludi miżuri tas-sigurtà aġġornati u tkun allinjata mar-rekwiżiti tal-direttiva NIS2.
- Wara l-pubblikazzjoni riċenti tal-Politika Nazzjonali dwar Coordinated Vulnerability Disclosure (CVD), bħala parti minn inizjattiva fl-1 u fl-10 ta’ April 2025 kien gie organizzat l-ewwel workshop f’kollaborazzjoni mal-MDIA. Workshops oħra huma ppjanati għas-snin 2025 u 2026, immirati lejn entitajiet essenzjali u importanti kif ukoll professjonisti fis-sigurtà, bl-għan li jsaħħu l-kapaċità tagħhom fir-rappurtar u l-immaniġġjar ta’ vulnerabbiltajiet f’ambjent strutturat u sigur.
Miżuri oħra qed jiġu mħejjija taħt il-koordinazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, u b’konsultazzjoni mal-istakeholders rilevanti, sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-Avviż Legali.
Jista’ l-Ministru jgħid kif ser jiġi operat u mmaniġġjat il-Gozo Sports Complex / Aquatic Complex meta dan jerġa’ jiftaħ? Jista’ jgħid ukoll jekk il-ħaddiema li kienu jaħdmu qabel dan ingħalaq humiex se jerġgħu jmorru jaħdmu hemm?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isiru l-arranġamenti meħtieġa biex din il-pixxina tibda topera b’rispett anke lejn l-obbligi ta’ garanziji u maintenance. Fil-frattemp fix-xhur li ġejjin għandha tiġi ppubblikata sejħa għal-offerti għall-operat u l-immaniġġjar tagħha.
Għawdex — Tal-Fessej - Espansjoni proposta għall-impjant tat-trattament tad-drenaġġ
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarux testijiet fuq l-art, inkluż geological studies, fiż-żona fejn hu ppjanat li ssir l-espansjoni proposta għall-impjant tat-trattament tad-drenaġġ ġewwa Tal-Fessej, f’Għawdex? Jekk iva, jistgħu jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati ta’ dan l-istudju?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudji li qed jirreferi għalihom se jkunu parti mid-dokument tas-sejħa pubblika għall-offerti li se tinħareġ fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm bdew jaħdmu suldati ġodda f’dawn l-aħħar ġranet ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid ukoll fejn ser ikunu stazzjonati u fejn ser ikun il-bini/post fejn dawn is-suldati ser ikunu stazzjonati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar ġimgħat, 17-il suldat bdew joffru servizz tagħhom f’Għawdex.
Abbozz ta' Att dwar l-Attivitajiet Spazjali — Konsultazzjoni pubblika
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26425 u jgħid jekk kienx hemm xi rispons għall-konsultazzjoni pubblika intitolata ‘Abbozz ta' Att dwar l-Attivitajiet Spazjali’ li ġiet ippubblikata fis-27 ta’ Novembru 2024? Jekk kien hemm, jista’ jgħid minn min u x’kienu l-konklużjonijiet wara li saret din il-konsultazzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward tal-Konsultazzjoni msemmija, infurmat li r-rispons ġie mgħoddi lill-entità kkonċernata u qed jiġi evalwat.
Sit tal-Gvern ‘Konsultazzjoni Pubblika’ — Proposti ta’ liġijiet ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26423 u jgħid jekk proposti ta’ liġijiet ġodda li qed isiru fuq is-sit tal-Gvern intitolata ‘Konsultazzjoni Pubblika’ humiex qed jiġu vetted mill-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat qabel ma jiġu ppubblikati?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Unità tal-Leġiżlazzjoni tagħmel vetting ta' kull liġi qabel il-pubblikazzjoni finali tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid f’kemm-il każ l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) aċċettat li jsiru ħlasijiet volontarji ta’ penalitajiet amministrattivi minflok tipproċedi ulterjorment, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm kien il-ħlas tal-penali u x’kienet in-natura ta’ nuqqas ta’ konformità li għaliha tħallset il-penali?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA), tixtieq tikkjarifika illi biex taċċetta ħlasijiet volontarji ta’ penalitajiet amministrattivi, minflok tipproċedi ulterjorment, dan jista’ jsir biss jekk il-partijiet jidħlu f’settlement agreement.
Għal dan il-fini, risposta f’dan ir-rispett diġà ġiet ippreżentata lill-Parlament.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm reati rrappurtati f’Għawdex matul is-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ reati ġew irrappurtati li twettqu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ir-rapport akkademiku annwali magħruf bħala Crimemalta Observatory ikkonferma fil-pubblikazzjoni annwali tiegħu għall-2024 li Malta baqgħet pajjiż sigur u stabbli, bir-rata ta’ reati kriminali hija ta’ 30 reat għal kull elf persuna li tgħix fil-pajjiż. Dan jirrifletti tnaqqis meta mqabbel mas-sena 2023 u tnaqqis sostanzjali meta mqabbel mas-46 każ irrapportat għal kull elf persuna li Malta kienet tesperjenza fl-2004.
Riżultat pożittiv ieħor huwa li r-rata ta’ kriminalità f’Għawdex, naqset bi 23%, meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, filwaqt li rreġistra l-inqas ammonti ta’ serq fl-aħħar 20 sena. Dan ifisser in-nofs ta’ dak li kien irreġistrat fl-2006.
Ninsab infurmat illi dettalji dwar in-numru ta’ reati rrappurtati f’Għawdex, fis-sistema tal-Pulizija, minn Jannar 2024 sal-31 ta’ Marzu 2025, huma kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li fiha wkoll in-natura ta’ reati li ġew irrappurtati.
Sub-category20242025
Crime category
ABANDON OF CHILDILL TREATM NEG OF CHILD UND 1221
ARSONSEA CRAFT01
VEHICLES50
ATTEMPTED OFFENCESCOMPUTER MISUSE01
THEFT - BARS/RESTAURANTS10
THEFT - BUILDING SITES10
THEFT - FROM VEHICLE10
THEFT - OTHER10
THEFT - RELIGIOUS TEMPLES10
THEFT - RESIDENCE10
WILFUL DAMAGE10
BODILY HARMGBH BY PHYSICAL FORCE141
GBH WITH ARMS IMPROPER31
SBH BY PHYSICAL FORCE629
SBH WITH ARMS IMPROPER63
SBH WITH ARMS PROPER20
BREACH OF BAIL CONDITIONS 30
COMPUTER MISUSEUNAUTHORISED ACCESS222
UNAUTHORISED COPYING OF DATA21
UNAUTHORISED POSSESSION DATA21
CRUELTY TO ANIMALS 21
DAMAGEINV DAMAGE BY HIT AND RUN14024
INVOLUNTARY DAMAGE BY OTHER197
WILFUL DAMAGE BY OTHER6615
WILFUL DAMAGE BY PAINT21
WILFUL DAMAGE HIT AND RUN72
DOMESTIC VIOLENCEGBH WITH PHYSICAL FORCE40
PSYCHOLOGICAL HARM4814
SBH BY ARMS IMPROPER21
SBH WITH PHYSICAL FORCE303
DRUGSCULTIVATION01
IMPORTATION01
POSS WITH INTENT TO SUPPLY13
POSSESSION45
ENVIRONMENTAL CRIMEOTHERS10
FORGERYPOSSESSION OF LOCAL CURRENCY10
PUBLIC DOCUMENTS20
USE OF FORGED DOCUMENT10
USE OF LOCAL CURRENCY10
FRAUDCOMMERCIAL10
COUNTERFEIT10
FRAUDULENT GAINS14631
MISAPPROPRIATION71
GENDER BASED VIOLENCE 20
IMMIGRATIONOTHERS14
MONEY LAUNDERING 10
PERJURY AND FALSE SWEARINGFALSE SWEARING02
PERJURY IN CIVIL PROCEEDINGS10
PRETENDED RIGHTS 348
SEXUAL OFFENCEDEFILEMENT OF MINORS31
INDECENT EXPOSURE30
RAPE22
VIOLENT INDECENT ASSAULT30
THEFTARMED ROBBERY01
BAR RESTAURANT CUSTOMERS50
BAR RESTAURANT - EMPLOYEES10
BAR RESTAURANT - PREMISES10
BUILDING SITES30
FACTORIES - PREMISES20
FARMS AND FIELDS61
GOVERNMENT BUILDINGS30
HOTEL - CUSTOMERS20
MUGGING20
OFFICES - PREMISES10
OTHER THEFT305
PICK-POCKETING21
RESIDENCE - EXTERIOR91
RESIDENCE - OCCUPIED180
RESIDENCE - VACANT100
RETAIL OUTLETS - CUSTOMERS40
RETAIL OUTLETS - PREMISES60
RETAIL OUTLETS - SHOP LIFTING71
SNATCH AND GRAB10
STREETS AND PUBLIC AREAS185
THEFT FROM BEACHES83
THEFT FROM SEACRAFT51
THEFT FROM VEHICLE - EXTERIOR152
THEFT FROM VEHICLE - INTERIOR93
THEFT OF SEA CRAFT10
THEFT OF VEHICLE50
THREATS AND PRIVATE VIOLENCEBLACKMAIL83
CAUSING FEAR OF VIOLENCE30
DEFAMATION10
HARASSMENT163
PRIVATE VIOLENCE10
STALKING20
UNAUTHORISED ACC IN REST AREA 20
VIOLENCE AGAINST PUB OFFICERREVILED AND THREATENED92
VIOLENCE AGAINST01
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Ħaddiema Għawdxin
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26596 u jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu f’Malta fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll:
i. xi gradi huma dawn il-ħaddiema Għawdxin;
ii. f’liema sezzjoni jaħdmu u fejn;
iii. x’tip ta’ xogħol jagħmlu; u
iv. kemm-il sena ilhom jaħdmu mal-Ministeru tiegħu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hemm 367 ħaddiem residenti ġewwa Għawdex li jaħdmu f’Malta fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ talbiet għal berths fil-Marina ta’ Għawdex u kemm ilhom fuq il-lista ta’ stennija? Jista’ jgħid fil-konkret x’hemm ippjanat li jsir biex jiżdiedu l-berths ġewwa Għawdex matul din il-Leġiżlatura? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-ħlas għall-irbit u rmiġġi fil-preżent u jekk dawn il-miżati jirriflettux dawk attwali u tas-suq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlasijiet għall-irbit ġewwa l-Marina tal-Imġarr, Għawdex ivarjaw skont it-tip ta’ mooring:
§ Il-pagamenti għal Mġarr Moorings ivarjaw bejn €13.98 u €111.80 fis-sena.
§ Il-Commercial Moorings jiġu ċċarġjati €125 fis-sena għal kull 5 metri tul.
§ Bastiment użat bħala workboat iħallas €6,000 fis-sena.
§ Bastiment meqjus bħala
pleasure boat
iħallas €1,141 fis-sena.
Bħalissa hemm 426 bastiment fuq il-lista ta’ stennija għal berth fl-istess marina, b’talbiet li jmorru lura sal-2015.
Rigward il-pjanijiet għall-futur, l-Awtorità qed tikkunsidra diversi miżuri sabiex tiżdied il-kapaċità ta’ berths f’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji rreġistrati f’Għawdex li ddikjaraw profitt ta’ iktar minn €100,000, iktar minn €500,000 u iktar minn €1 miljun fis-snin 2022, 2023 u 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ kumpaniji li ddikjaraw profit wara t-taxxa hu kif jidher fit-tabella li ġejja:
Sena ta’ Stima
Profitt ta’ iktar minn €100,000
Profitt ta’ aktar minn €500,000
Profitt ta’ iktar minn €1 Miljun
2022
123
19
25
2023
97
23
16
Il-profitti tas-sena 2024 jiġu ddikjarati aktar tard din is-sena u għalhekk l-informazzjoni tkun tista’ tingħata lejn l-aħħar tas-sena 2025.
In-Nadur, Għawdex — Triq Xandriku - Xogħlijiet fuq bankini
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26591 dwar xogħlijiet li qed isiru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) fi Triq Xandriku, fin-Nadur, u fi Triq San Duminku, fir-Rabat Għawdex fejn ġie mwieġeb li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se twettaq xogħlijiet fuq il-bankini ta’ Triq San Duminku f’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex, tista’ l-Ministru tgħid għaliex mhumiex ser jitwettqu wkoll xogħlijiet fuq bankini fi Triq Xandriku fin-Nadur?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li għalkemm il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja b’xogħlijiet fl-infrastruttura tad-drenaġġ fl-imsemmija triq, mhux ippjanat li jintmissu l-bankini.
Għawdex — Xogħlijiet ta’ tħaffir ta’ trinek fit-toroq jew fuq il-bankini
Question
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma t-toroq f’Għawdex li fihom ser ikunu qegħdin isiru xogħlijiet li jinkludu tħaffir ta’ trinek fit-toroq jew fuq il-bankini mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) jew mill-Enemalta matul il-perjodu ta’ bejn April 2025 u Diċembru 2025?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nisnab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja b’xogħlijiet tagħha fi Triq Marsalforn f’Marsalforn, Triq Ġorġ Pisani, Triq Patri Cacintu Camenzuli u Triq San Duminku fir-Rabat, Triq Tumas Cassar fl-Għarb u Triq Xandriku fin-Nadur, waqt li għaż-żmien li ġej hemm ippjanati li jinbdew xogħlijiet fi Triq Mannar ix-Xagħra, Ta’ Seguna Area fis-Sannat u Triq Ta’Bordin f’Għajnsielem. Fir-rigward ta’ xogħlijiet mill-Enemalta nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 25763.
Awtorità tat-Trasport — Safety audits ta’ proġetti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26587 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proġetti ġewwa Għawdex u Malta li għalihom saret talba lill-Awtorità tat-Trasport għal safety audit sal-aħħar ta’ Frar 2025? F’liema minn dawn saru rakkomandazzjonijiet għat-titjib neċessarju, liema minnhom twettqu u liema minnhom għadhom ma twettqux?
Corporate Tax — Kumpaniji li ħallsu iktar minn € 500,000
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn kumpaniji reġistrati f’Għawdex li fis-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 ħallsu iktar minn € 500,000 f’corporate tax?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-tabella hawn taħt:
SenaNumru ta’ Kumpaniji
20214
20224
20233*
* Hemm kumpaniji li għandhom 18-il xahar biex iħallsu t-taxxa u għalhekk l-ammont ji¿died sal-aħħar ta’ din is-sena.
It-taxxa għas-sena 2024 titħallas aktar tard din is-sena u għalhekk din l-informazzjoni tkun tista’ tingħata lejn l-aħħar tal-2025.
Victoria, Għawdex – Triq Enrico Mizzi — Xogħlijiet
Question
Fir-rigward tax-xogħlijiet li saru matul ix-xahar ta’ Lulju 2020 mill-Ministeru għal Għawdex fuq parti minn Triq Enrico Mizzi ġewwa l-Belt Victoria, jista’ l-Ministru jgħid jekk ħarġitx sejħa biex isiru dawn ix-xogħlijiet; fiex kienu jikkonsistu; meta ħarġet is-sejħa u fejn ġiet ippubblikata?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq din it-triq sar mill-period contract.
Kerċem — Triq Għajn Abdul, Triq Wied Junu u Triq ta’ Spiteri - Downlighters
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26863 dwar sejħa li ħarġet ftit tal-ġimgħat ilu għall-proġett ta’ bini ta’ tliet toroq f’Kerċem, Triq Għajn Abdul, Triq Wied Junu u Triq ta’ Spiteri ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, fejn ġie mwieġeb li “l-għan ewlieni ta’ dan il-proġett huwa li jipprovdi toroq imtejba u alternattivi mal-inħawi ta’ barra l-qalba tar-raħal ta’ Kerċem, b’tali mod li l-vetturi, speċjalment dawk tal-bdiewa u vetturi kbar, ikollhom aċċess dirett u aktar sigur lejn l-għelieqi u żoni oħra mingħajr ma jkun hemm bżonn jgħaddu mill-pjazza u t-toroq ċentrali. Dan ifisser li jonqos il-volum tat-traffiku fil-qalba tar-raħal, u b’hekk titnaqqas il-konġestjoni u anke r-riskju ta’ inċidenti.”, fid-dawl li partijiet kbar minn dawn l-imsemmija toroq huma dojoq wisq fejn saħansitra żewġ karozzi kontra xulxin ma jgħaddux, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn humiex ser jitwessgħu fl-iktar partijiet dojoq? Peress li ntqal li dawn it-toroq se jservu bħala toroq alternattivi, jista’ jgħid ukoll jekk hux ser jingħadda cable tad-dawl, biex bħalma sar fix-xhur li għaddew mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar fi Triq is-Sagħtrija fiż-Żebbuġ, ikunu jistgħu jsiru Downlighters?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali twessiegħ tat-triq inevitabbilment tinvolvi t-teħid ta’ art agrikola. Tali twessiegħ bl-użu ta’ art agrikola ma jibqax jaqa’ taħt l-iskop tal-finanzjament minn fondi Ewropej.
In-Nadur, Għawdex — Triq Xandriku - Xogħlijiet fuq bankini
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26591 dwar xogħlijiet li qed isiru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) fi Triq Xandriku, fin-Nadur, u fi Triq San Duminku, fir-Rabat Għawdex fejn ġie mwieġeb li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se twettaq xogħlijiet fuq il-bankini ta’ Triq San Duminku f’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhumiex ser jitwettqu wkoll xogħlijiet fuq bankini fi Triq Xandriku fin-Nadur?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) qed tagħmel ix-xogħlijiet, appena dawn ix-xogħlijiet ikunu lesti ser isir resurfacing tat-triq kollha.