Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34188 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ ġudikanti li bħalissa qegħdin jinqdew bis-servizzi ta’ Court Attorney u kemm huwa n-numru ta’ ġudikanti li fil-preżent m’għandhomx Court Attorney assenjat magħhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
IND-HHF-T020-25 ‘WORKS - DESIGN AND BUILD TENDER FOR THE CONSTRUCTION OF HAL FAR BUSINESS INCUBATION CENTRE (HFBIC) INCLUDING THE RESPECTIVE EXCAVATION, INFRASTRUCTURE AND PART FINISHES USING ENVIRONMENTALLY FRIENDLY’
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34066 dwar it-tender ‘IND-HHF-T020-25 ‘WORKS - DESIGN AND BUILD TENDER FOR THE CONSTRUCTION OF HAL FAR BUSINESS INCUBATION CENTRE (HFBIC) INCLUDING THE RESPECTIVE EXCAVATION, INFRASTRUCTURE AND PART FINISHES USING ENVIRONMENTALLY FRIENDLY’, fejn intqal li ‘it-tender ħareġ f’forma ta’ design and build iżda l-offerenti ma ssodisfawx il-kriterji meħtieġa sabiex jikkwalifikaw għall-istadju tekniku tal-evalwazzjoni, għaldaqstant se jkun qed jerġa jinħareġ tender ieħor.’, jista’ l-Ministru jispjega fid-dettall fiex kienet tikkonsisti din is-sejħa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li s-sejħa kienet dik kif indikata, jigifieri ‘WORKS - DESIGN AND BUILD TENDER FOR THE CONSTRUCTION OF HAL FAR BUSINESS INCUBATION CENTRE (HFBIC) INCLUDING THE RESPECTIVE EXCAVATION, INFRASTRUCTURE AND PART FINISHES USING ENVIRONMENTALLY FRIENDLY’
Is-Servizz Pubbliku - Sejħa għal Senior Principals
Question
B' referenza għas-sejħa ta' Senior Principals fis-Servizz Pubbliku li ħarġet fi Frar li għadda, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw għal din is-sejħa?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li din is-sejħa għadha fil-proċess.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34189 u jagħti lista ta’ dawk il-persuni li bħalissa qegħdin jaqdu dmirijiethom fil-kariga ta’ Court Attorney fejn jindika wkoll ma’ liema ġudikanti jinsabu assenjati dawn il-Court Attorneys?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34190 u jgħid x’inhuma l-kriterji li fuqhom jintgħażlu, jinħatru, jiġu assenjati u jitneħħew mill-kariga l-Court Attorneys? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ impjieg ta’ Court Attorney?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 33182 u 34008, dwar il-Kindergarten Educators (KGEs) Għawdxin li fil-preżent qegħdin jaħdmu Malta, jista’ l-Ministru jgħid kemm minnhom huma relievers u kemm ilhom relievers?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali nformazzjoni ma tiġix ippublikata mill-Ministeru.
Għawdex - Triq li twassal għall-Bajja tal-Ħondoq - Xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34007 dwar it-tender għal xogħlijiet relatati ma’ parti mit-triq li twassal għall-Bajja tal-Ħondoq li ftit wara li kienet tranġat bdiet tisfronda, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid kemm ilu jistenna l-Ministeru sabiex il-kuntrattur jibda bix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll jekk ix-xogħlijiet humiex ser jibdew u humiex ser jitlestew kollha qabel jibda s-sajf 2026?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħijiet mistennija jitlestew din is-sena.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34191 u jgħid jekk hemmx ħsieb li l-irwol ta’ Court Attorney, li issa ilu ’l fuq minn għaxar snin li ġie introdott fis-sistema ġudizzjarja tagħna u m’għadux aktar esperiment:
i. jiddaħħal u jiġi stabbilit b’mod konkret fil-liġi biex b’hekk jiġu regolarizzati fil-liġi tagħna l-funzjonijiet, il-ħatra u t-tneħħija mill-kariga tal-Court Attorneys u jekk iva, meta; u
ii. li l-Court Attorneys jingħataw kuntratt ta’ servizz għal żmien indefinit wara li jkunu għamlu erba’ snin fl-impjieg tagħhom, hekk kif kien ġie propost fil-Miżura 56 tar-Rapport tal-Kummissjoni għal Riforma Ħolistika fil-Qasam tal-Ġustizzja (Novembru 2013), minflok il-kuntratt ta’ servizz definit għal tliet snin b’raġuni oġġettiva, illi qegħdin jingħataw bħalissa u jekk iva, meta?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34003, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u jgħid kemm hawn libreriji pubbliċi f’Malta u Għawdex u jelenka l-lokalitajiet ta’ fejn jinsabu u l-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kemm attwalment hemm persuni reġistrati biex jissellfu kotba minn dawn il-libreriji?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li f’Malta hawn 44 -il librerija:
-1 Ċentrali
-7 Reġjonali
-36 fergħa
B’ kollox, in-numru ta’ libreriji F’Malta u F’Għawdex huwa ta’ 56 (12 -il librerija oħra F’Għawdex)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-ħinijiet tal-ftuħ ta’ kull librerija pubblika fin-network ta’ Malta Libraries.
In-numru ta’ persuni rreġistrati biex jissellfu kotba minn dawn il-libreriji huwa ta’ 48,985.
CT2361/2022 – Framework Agreement for the Provision of General Road Works including the Laying of Asphalt for the Ministry For Gozo
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34001, fejn ġie mwieġeb li “s’issa saru sebgħa toroq min dan il-framework agreement. Dawn ix-xogħlijiet kienu jikkonsistu f’bini mill-ġdid ta’ toroq u asphalt”, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawn is-seba’ toroq (isem tat-triq u raħal) li saru permezz tas-sejħa CT2361/2022 – Framework Agreement for the Provision of General Road Works including the Laying of Asphalt for the Ministry For Gozo u kemm ġiet tiswa kull triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn it-toroq saru fiż-Żebbuġ, Xagħra u Qala.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34236 dwar it-12-il impjegat fil-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar li baqgħu jaħdmu wara l-età tal-irtirar, fejn ġie mwieġeb li "tali permess jingħata skont l-esiġenzi tas-servizz.", jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid liema grad għandha kull waħda minn dawn il-persuni li ngħatat tali permess li jibqgħu jaħdmu wara li għalqu l-età tal-irtirar ta’ 65 sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tali permess jingħata skont l-esigenzi tas-servizz.
Critical Infrastructure Protection Department – Riżorsi umani
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33723 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid x’riżorsi umani għandu attwalment il-Critical Infrastructure Protection Department u x’inhu r-rwol ta’ kull wieħed mill-uffiċjali fi ħdanu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34251, dwar jekk sarux xi ħlasijiet a tenur tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 499.37 - Regolamenti Dwar Ħlasijiet Għad-Dritt Ta’ Mogħdija Għal Utilitajiet u Servizzi, matul is-sena 2025, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi ħlasijiet li kienu dovuti għal dik is-sena jew is-snin ta’ qabel u li l-ħlas tagħhom kien għad irid isir jew kien qed jiġi kontestat?
Bord għas-Soluzzjoni ta' Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie maħtur il-Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet u min huma l-membri tiegħu? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm xi każijiet quddiem dan il-bord, u jekk kien hemm, x’inhu l-istatus ta’ kull każ?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet ġie approvat minni fi Frar 2026. Madanakollu il-bord ma jaħdimx mingħajr il-Kumitat Konsultattiv tan-Netwerk tal-Utilitajiet, li jinsab fil-proċess li jiġi nominat.
Riforma fil-Midja Soċjali - Konsultazzjoni pubblika
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi rispons għall-konsultazzjoni pubblika dwar ir-Riforma fil-Midja Soċjali li saret fl-4 ta’ Diċembru 2025? Jekk iva, minn min wasal dan ir-rispons u x’kien ir-rispons fis-sustanza tiegħu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat
li l-konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma fil-midja soċjali qanqlet interess kbir. Saru kważi 200 sottomissjoni formali fuq is-sit uffiċjali publicconsultations@gov.mt u kien hemm madwar 10 sottomissjonijiet oħra li ntbagħtu dirett lis-Segretarjat Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi u lill-Ministeru għall-Familja, li qed imexxu flimkien dan il-proċess.
Barra minn hekk, bħala parti minn dan il-proċess saru tliet laqgħat pubbliċi u numru kbir ta’ laqgħat ma’ stakeholders ewlenin, fosthom edukaturi, regolaturi, għaqdiet taż-żgħażagħ u ġenituri.
B’konsultazzjoni daqshekk wiesgħa u mifruxa ma naqsux fehmiet u opinjonijiet differenti, u kultant kuntrastanti, dwar ir-regolamentazzjoni li tista’ ssir. Bħalissa l-kumitat tekniku, li qed jitmexxa mis-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg, qiegħed fil-proċess li jagħmel analiżi tas-sottomissjonijiet u r-reazzjonijiet varji li saru, u jeżamina wkoll x’qed isir fl-Unjoni Ewropea u f’pajjiżi oħrajn, qabel ikun jista’ jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Gvern dwar it-triq ’il quddiem.
Critical Infrastructure Protection Department - Riżorsi umani
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33723 u jgħid x’riżorsi umani għandu attwalment il-Critical Infrastructure Protection Department u x’inhu r-rwol ta’ kull wieħed mill-uffiċjali fi ħdanu?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar - Safety audit ta’ proġetti u toroq
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33720 dwar Safety Audit ta’ proġetti u toroq f’Għawdex, fejn ġie mwieġeb li: “s’issa, żewġ proġetti li saru mill-Ministeru għal Għawdex, qed isirilhom safety audit”, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawn iż-żewġ proġetti u meta (xahar u sena) beda jsirilhom is-safety audit dawn iż-żewġ proġetti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.