Legislature:
Category:
Reset
Active:

PA02826/25 ‘Proposed junction upgrading from that approved in PA3000/19 at Triq Patri Gacintu Camenzuli, Triq Marsalforn and Triq il-Kapuccini’

Question

Jista’ l-Ministru jispjega fid-dettall l-applikazzjoni mill-Ministeru tiegħu: PA02826/25 ‘Proposed junction upgrading from that approved in PA3000/19 at Triq Patri Gacintu Camenzuli, Triq Marsalforn and Triq il-Kapuccini’, u għaliex inħasset il-ħtieġa li ssir din l-applikazzjoni issa, meta diġà għaddej ix-xogħol infrastrutturali?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li kien ġie approvat il-permess biex tiġi rinovata t-triq ta’ Marsalforn, il-Ministeru wera x xewqa li jkompli d-diskussjonijiet ma’ Din l-Art Ħelwa biex il-proġett jkollu l-anqas impatt fuq l-ambjent, bl-anqas teħid ta’ art u qlugħ ta’ siġar. Dawn d-diskussjonijiet wasslu biex il-proġett ġie mtejjeb. Għal din ir-raġuni kien hemm il-bżonn li jsiru l-emendi għall-permess approvat sabiex jigu kristallizzati l-emendi mifthema mal-NGO Din l-Art Ħelwa u l-emendi jkunu jirriflettu dak li ser isir fuq il-post.

Ir-Rabat, Għawdex — Triq l-Ewropa - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienu jikkonsistu x-xogħlijiet li saru sa issa fuq parti minn Triq l-Ewropa fir-Rabat, Għawdex, kemm kien fiha tul u kemm huma stmati li se jiġu jiswew ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll jekk humiex se jitkomplew u jsiru x-xogħlijiet kollha meħtieġa fuq il-partijiet l-oħra ta’ Triq l-Ewropa speċjalment quddiem l-iskola sekondarja peress li tinsab fi stat ħażin ħafna?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

CT7002/2024 — Establishment of a Dynamic Purchasing System for Construction and Maintenance of Roads across Gozo and Comino in a Resource Efficient Manner, Ministry for Gozo and Planning

Question

B’referenza għas-sejħa li ħareġ il-Ministeru tiegħu f’dawn l-aħħar ġimgħat ‘CT7002/2024 - Establishment of a Dynamic Purchasing System for Construction and Maintenance of Roads across Gozo and Comino in a Resource Efficient Manner, Ministry for Gozo and Planning’, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm u min huma l-kuntratturi li wrew interess f’din is-sejħa? Jista’ jgħid ukoll fl-immedjat liema huma x-xogħlijiet li huma ppjanati li jsiru minn din is-sejħa u fejn u fiex jikkonsistu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa CT7002/2024 - Establishment of a Dynamic Purchasing System for Construction and Maintenance of Roads across Gozo and Comino in a Resource Efficient Manner hija Dynamic Purchasing System (DPS) li tibqa' miftuħa kontinwament. Dan ifisser li l-kuntratturi jistgħu jissottomettu l-interess tagħhom fi kwalunkwe ħin matul il-perjodu tad-DPS, u mhux biss f'data speċifika ta' għeluq. Permezz ta' dan is-sistema, il-Ministeru se jkun qed eventwalment joħroġ sejħiet speċifiċi (call-offs) għal proġetti partikolari ta' xogħlijiet tat-toroq f'Għawdex skont il-ħtiġijiet operattivi u l-prijoritajiet tal-Ministeru. Fir-rigward tal-informazzjoni dwar is-sottomissjonijiet u d-dettalji speċifiċi tal-proġetti ppjanati, ninforma li skont ir-Regolamenti tal-Akkwist Pubbliku, l-Ministeru ma għandux aċċess għal ebda informazzjoni dwar il-proċess ta' akkwist f'dan l-istadju. Kwalunkwe informazzjoni rilevanti se tkun disponibbli għall-pubbliku biss permezz tas-sistema elettronika tal-akkwist pubbliku (ePPS) skont il-proċeduri stabbiliti. Il-Ministeru jibqa' impenjat li jwettaq dan il-proċess b'mod trasparenti u skont l-ogħla standards tal-akkwist pubbliku.

MGP NP 04/2025 — ‘NEGOTIATED PROCEDURE FOR ADDITIONAL SERVICES IN RELATION TO THE GOZO MUSEUM PROJECT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti n-Negotiated Procedure (Direct Order) li nħarġet reċentement mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar ‘MGP NP 04/2025 - ‘NEGOTIATED PROCEDURE FOR ADDITIONAL SERVICES IN RELATION TO THE GOZO MUSEUM PROJECT’? Jista’ jgħid ukoll għaliex ma ħarġitx sejħa pubblika?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar ħareġ Negotiated Procedure ma' Nidum Ltd għal servizzi addizzjonali relatati mal-proġett tal-Mużew ta' Għawdex minħabba sfidi strutturali u tekniċi mhux mistennija, inklużi sistema speċjalizzata ta' HVAC u dewmien ikkawżat minn restrizzjonijiet esterni. Ma ħarġitx sejħa pubblika għax Nidum Ltd huma d-disinjaturi oriġinali tal-proġett u għandhom għarfien dettaljat tal-post, studji u materjal essenzjali diġà magħmul, obbligi pendenti taħt il-kuntratt oriġinali, u d-drittijiet tal-awtur fuq id-disinji prodotti, li jagħmilhom l-aktar soluzzjoni prattika u legali sabiex jintemm il-proġett b'suċċess.

MGP NP — CT3172/2018 Negotiated Procedure for Finishing, Water Proofing, Cladding, Paving, Joinery and Non-Structural Metal Works at the Gozo Museum, Victoria

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti n-Negotiated Procedure (Direct Order) li nħarġet reċentement mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar ‘MGP NP 01/2025 - CT3172/2018 Negotiated Procedure for Finishing, Water Proofing, Cladding, Paving, Joinery and Non-Structural Metal Works at the Gozo Museum, Victoria’? Jista’ jgħid ukoll għaliex ma ħarġitx sejħa pubblika?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar ħareġ Negotiated Procedure ma' Halmann Vella Ltd għal xogħlijiet ta' tlestija, waterproofing, cladding, paving, joinery u non-structural metal works fil-Mużew ta' Għawdex, li huma komplementari għal tenders li diġà ngħataw wara proċeduri miftuħa. Diversi xogħlijiet addizzjinali jew differenti saru neċessarji minħabba ċirkostanzi mhux mistennija, inklużi redesign u bżonnijiet tekniċi speċjalizzati. Għal dawn ix-xogħolijiet ma ħarġitx sejħa pubblika minħabba raġunijiet tekniċi u biex nevitaw responsabbiltà maqsuma bejn kuntratturi differenti, sfidi loġistiċi u ta' sigurtà li ma jippermettux żewġ kuntratturi fuq l-istess sit, u biex jiġu evitati dewmien f'xogħlijiet urġenti, filwaqt li jiġi żgurat kontinwità fil-proġett ma' kuntrattur li diġà huwa involut permezz ta' kuntratti preċedenti mill-istess proċeduri miftuħa.

Id-Dwejra, Għawdex – Xogħlijiet fuq is-slipway

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienu jikkonsistu x-xogħlijiet kollha li saru fl-islipway tad-Dwejra? Jista’ jgħid ukoll x’kien l-irwol tal-Ministeru tiegħu f’dawn ix-xogħlijiet li saru u kemm ġew jiswew dawn ix-xogħlijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Għawdex — Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28517 dwar xogħlijiet li ser isiru fuq it-triq li minn quddiem il-junction li tieħdok għall-Fontana, twasslek sat-tarf ta’ Triq Sir Arturo Mercieca, kantuniera ma’ Triq il-Vajringa, jista’ l-Ministru jgħid fiex ser ikunu jikkonsistu x-xogħlijiet u kemm fiha tul? Jista’ jgħid ukoll kemm huma stmati li se jiġu jiswew dawn ix-xogħlijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lil Onor. Interpellant li ser isiru xi servizzi neċessarji u asfaltar.

Triq Sir Arturo Mercieca — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex ser ikunu jikkonsistu x-xogħlijiet li ser isiru fi Triq Sir Arturo Mercieca, kantuniera ma’ Triq il-Vajringa u kemm fiha tul? Jista’ jgħid ukoll kemm huma stmati li ser jiġu jiswew dawn ix-xogħlijiet u meta hu maħsub (xahar u sena) li jitlesta x-xogħol kollu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29095.

In-Nadur/Il-Qala — Triq il-Qala - Xogħlijiet

Question

B’referenza għas-sejħa li nħarġet biex Triq il-Qala (bejn in-Nadur u l-Qala) issir mill-ġdid, jista’ l-Ministru jgħid jekk fejn jispiċċa l-bini, fl-iktar partijiet dojoq ta’ din it-triq, humiex ser jitwessgħu? Jista’ jgħid ukoll jekk humiex ser isiru bankini fuq iż-żewġ naħat ta’ din it-triq fejn jispiċċa l-bini?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan il-proġett mhux se ssir esproprijazzjoni ta’ art.

Preliminary Market Consultation for the Procurement of Maintenance and Upkeep Services, and Safety and Security Services of Public Parks and Valleys for Project Green Agency

Question

Tista’ l-Ministru tispjega fid-dettall fiex tikkonsisti l-PMC ‘Preliminary Market Consultation for the Procurement of Maintenance and Upkeep Services, and Safety and Security Services of Public Parks and Valleys for Project Green Agency’ u għaliex inħasset il-ħtieġa li tinħareġ? Tista’ tgħid ukoll minn min qed isir dan ix-xogħol fil-preżent?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-dokument ta’ konsultazzjoni preliminari tas-suq (PMC 01/2025) maħruġ mill-aġenzija Project Green bil-għan li jiġi valutat l-interess għal sħubija pubblika-privata għal ħames snin relatata mal-manutenzjoni tal-ispazji miftuħa u l-widien li jaqgħu taħt il-mandat tal-Aġenzija. Id-dokument huwa aċċessibbli mill-website tal-etenders tal-Gvern permezz ta’ dan il-link https://www.etenders.gov.mt/epps/pmc/listPmcContractDocuments.do?resourceId=12218551, kif jidher fl-iscreenshot li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex – Dipartiment tal-Edukazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn ġew stazzjonati l-ħaddiema kollha tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni f’Għawdex li qabel kienu jaħdmu mill-uffiċċju fi Triq l-Ewropa fir-Rabat, Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kif u għaliex intgħażel dan il-post?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex – nefqa fuq il-qasam kulturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali fuq il-qasam kulturali f’Għawdex għas-snin 2023 u 2024 u jagħti break down ta’ din in-nefqa? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa f’dan il-qasam mill-bidu ta’ din is-sena sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u x’vot hemm f’dan il-qasam għas-sena 2025?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

SmartCity – Sejħa pubblika għall-bini ta’ ITS

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid fiex wasal il-proċess biex toħroġ is-sejħa pubblika għall-bini ta’ ITS Campus ġdid ġewwa SmartCity? Meta, bejn wieħed u ieħor, hu ppjanat li jibda x-xogħol ta’ kostruzzjoni u li jitlesta dan il-proġett biex ikun jista’ jilqa’ fih l-ewwel studenti? Jista’ jgħid ukoll jekk dan il-proġett huwiex se jkun iffinanzjat minn xi programm tal-Unjoni Ewropea u jekk iva, minn liema programm u minn liema baġit?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mit-tmexxija tal-ITS li l-iskavar tlesta u qegħdin isiru l-preparamenti biex tkun tista tiġi ppreparata t-tender. Infurmat ukoll li mhux qed jiġi previst l-użu ta’ fondi ewropej.

Ix-Xewkija Għawdex – Playing Field tal-Barmil — Proġett ta’ Eco Park

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20403 li ngħatat fid-9 ta’ Ottubru 2024, fejn kien ġie mwieġeb li “nħareġ il-permess mill-Awtorità għall-Ippjanar għall-proġett tal-Eco Garden fix-Xewkija, li se jsir minn Project Green. Tlesta wkoll l-abbozz tas-sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet rispettivi, li mistenni joħroġ fiż-żmien li ġej. Huwa mmirat li l-proġett jitlesta lejn nofs is-sena li ġejja.”, tista’ l-Ministru tgħid jekk ix-xogħol inbediex u jekk hux ser ikun lest kollu sa nofs din is-sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba li l-proċess ta’ procurement ħa aktar żmien milli kien mistenni, x-xogħol fuq is-sit beda aktar tard.

Fontana, Għawdex – Triq Santa Dminka — Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ xogħlijiet kienu qed jagħmlu l-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) f’dawn l-aħħar ġranet f’parti minn Triq Santa Dminka fil-Fontana, Għawdex, fejn fl-istess parti tat-triq kien hemm ukoll ħaddiema u makkinarju tal-kuntrattur imqabbad mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar li kienu qegħdin jagħmlu xogħol ta’ trinek tas-servizzi tal-ilma u tad-drenaġġ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kienu qed isiru xogħlijiet ta’ konnessjonijiet ta’ servizzi kemm tal-ilma kif ukoll tad-drenaġġ tad-djar u tibdil ta’ mejnjiet tal-ilma għal dawk ġodda.

Għawdex – Ġonna ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew kreati ġonna ġodda f’Għawdex f’dawn l-aħħar għaxar snin, jispeċifika liema huma u meta ġew riġenerati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar irriġenera jew ħoloq dawn il-ġonna li ġejjin f dawn l-aħħar snin; · Qortin t’Isopu · Il-Qortin, Xagħra · Ġnien tal-Iskola Primarja tan-Nadur b'kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-Edukazzjoni, · Ġnien tal-Iskola Primarja Victoria b'kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-Edukazzjoni, · Ġnien ta' Wistin Dingli b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali. Il-Ministeru ħareġ it-tenders biex jiġu riġenerati; · Ġnien il-ħaddiem, Xewkija; · Dementia Friendly Garden f'Kerċem; · Proġett ta' afforestazzjoni f'Għammar; · Ulyssess Grove. Apparti hekk se jiġi rriġenerat Ġnien fi Triq Maġistrat Salvu Attard.

L-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tax-xogħlijiet strutturali; infrastrutturali u ta’ tisbiħ; u xiri ta’ apparat mediku, li hemm ippjanati li jsiru jew jinxtraw fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex minn issa sal-aħħar ta’ din is-sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex għaddej xogħlijiet strutturali, infrastrutturali u ta’ tisbiħ sabiex ikomplu jissaħħu s-servizzi tas-saħħa diġà eżistenti filwaqt li jingħataw oħrajn ġodda. Fost dawn ix-xogħlijiet hemm dawk li qed isiru fid-Dipartiment tal-Kardjoloġija u fil-Miscarriage Room. Hemm ukoll l-introduzzjoni ta’ servizz speċjalizzat li jinkludi evalwazzjoni dijanjostika tal-mard relatat mal-irqad u l-monitoraġġ tal-irqad. Dan minbarra titjib ġenerali ieħor mal-Isptar kollu. Minbarra dawn ix-xogħlijiet, saru diversi sejħiet pubbliċi għall-offerti għax-xiri ta’ apparat mediku, liema sejħiet jinsabu fuq l-ePPS. Dan l-apparat malli jinxtara u jiġi nstallat ser jagħmel l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wieħed tal-ogħla kwalità fejn tidħol is-saħħa filwaqt li jkompli joffri lill-pazjenti Għawdxin servizz ta’ kura f’Għawdex mingħajr ma jkollhom bżonn jivvjaġġaw lejn Malta.

Azzjonijiet Rappreżentattivi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm saru azzjonijiet rappreżentattivi a tenur tal-Att dwar Azzjonijiet Rappreżentattivi tal-Konsumaturi, Kap. 635 mill-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk saru, minn min saru u dwar xiex, u f’kull każ x’inhu l-istatus attwali?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li mill-2023 sal-lum ma sarux azzjonijiet rappreżentattivi taħt tal-Att dwar Azzjonijiet Rappreżentattivi tal-Konsumaturi, Kap. 635.

Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – Entitajiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hawnx xi entitajiet li huma reġistrati bħala għaqda tal-konsumaturi a tenur tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, Kap. 378? Jekk iva, jista’ jgħid min huma l-entitajiet hekk reġistrati u x’għajnuna qed jirċievu mill-Gvern biex iwettqu l-ħidma tagħhom?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li mal-MCCAA ma hemm l-ebda għaqda reġistrata . Infurmat ukoll li l-Association for Consumer Rights (ACR) imma hija reġistrata mal-Consumer Affairs Council skont il-Parti IV tal-Consumer Affairs Act.

Avukati / Ditti ta’ Avukati

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28226, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma s-sitt entitajiet imsemmija fl-istess tweġiba u fir-rigward ta’ kull entità msemmija jgħid: i. Kemm hemm avukati impjegati full-time? ii. Kemm hemm avukati jew ditti ta’ avukati mhux impjegati li qegħdin fuq bażi ta’ retainer u f’kull istanza, kemm tħallsu għas-servizzi tagħhom s’issa?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat kif ġej: ENTITÀ AVUKATI FULL TIME AVUKATI BR-RETAINER /DITTI RSSL LTD 2 servizz.gov Ditta Awtorità tax-Xandir 1 MITA 3 Avukat MCCAA 11 2 Avukati NCPE Avukat TOTAL 17 4 Avukati u Ditta waħda