Għawdex — Artijiet/proprjetajiet tal-Gvern devoluti lill-Kunsilli Lokali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27196 u 28072 u jgħid liema artijiet jew proprjetajiet tal-Gvern ġew devoluti lill-Kunsilli Lokali Għawdxin ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-użu ta’ kull waħda minn dawn l-artijiet jew proprjetajiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba kif mgħoddija lili.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27198 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid liema huma l-proġetti li huma maħsuba li jinbeda x-xogħol fuqhom matul din is-sena ġewwa Għawdex u Kemmuna u jekk hux ser jiġu użati fondi Ewropej biex isiru? Jista’ jgħid ukoll liema minn dawn il-proġetti ser jitlestew kompletament sal-aħħar ta’ din is-sena u kemm ser jintużaw fondi Ewropej u fondi Maltin għal kull proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
MCA — Ilmenti dwar ksur tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ilment sar mal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni (MCA) fir-rigward ta’ xi allegat ksur tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali? Jekk saru, jista’ jgħid kemm minnhom kienu minn persuni residenti u persuni li huma lokati f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) irċeviet (17) sbatax-il ilment dwar allegat ksur tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA), u li minnhom, (14) erbatax kienu minn persuni residenti jew stabbiliti f’Malta.
Tista’ l-Ministru tgħid meta ser ikun possibbli li l-bdiewa kollha li qribhom tpoġġew il-mains tan-New Water ġewwa Għawdex, ikunu jistgħu jagħmlu użu minn dan l-ilma? Tista’ tgħid ukoll liema nħawi ġewwa Għawdex m’għandhomx aċċess għal dan l-ilma?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull bidwi f’Għawdex għandu aċċess għal dan l-ilma mill-eqreb dispenser.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn studenti li qed jiġu pprovduti bis-support ta’ LSE ġewwa Għawdex? Kemm hemm minnhom fl-iskejjel primarji, sekondarji u kemm fil-livell post sekondarju? Jista’ jgħid ukoll kemm qed jirċievu one to one u kemm shared?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26182. Għas-sigurta u l-privatezza tal-individwi, informazzjoni ulterjuri mhux ser tiġi ppubblikata.
Awtorità tat-Trasport — Safety audits ta’ proġetti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26587, 27207 u 27956 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proġetti ġewwa Għawdex u Malta li għalihom saret talba lill-Awtorità tat-Trasport għal safety audit sal-aħħar ta’ Frar 2025? F’liema minn dawn saru rakkomandazzjonijiet għat-titjib neċessarju, liema minnhom twettqu u liema minnhom għadhom ma twettqux?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment tal-Gvern fuq innovazzjoni u riċerka ġewwa Għawdex, mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Inteprellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 27263.
B’referenza għaż-żidiet u aktar frekwenza ta’ rotot ġewwa Malta li tħabbru f’dawn l-aħħar ġimgħat, jista’ l-Ministru jgħid liema rotot ġodda hemm maħsub li jiżdiedu ġewwa Għawdex u liema rotot hemm maħsub li tiżdidilhom il-frekwenza ġewwa Għawdex?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28082 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plan ta’ fejn hu maħsub li se jsir l-investiment fuq proġett ġdid fis-sit industrijali fix-Xewkija li jikkonsisti f’kostruzzjoni ta’ Trailer Park, kif ukoll l-infrastruttura u l-faċilitajiet ġodda fil-madwar? Jista’ jgħid ukoll kemm hu stmat li ser jiġi jiswa dan il-proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li meta jkunu lesti d-diskussjonijiet necessarji, il-Ministeru jħabbar il-proġett.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il xahar ilu li nbeda x-xogħol fi Triq San Duminku fir-Rabat, Għawdex? Tista’ tgħid ukoll jekk tafx meta ser jitkompla x-xogħol u jekk hemmx il-ħsieb li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) jassistu lill-kuntrattur biex jinbidlu s-servizzi għad-djar kif ukoll xi xogħol fuq il-mains ta’ din l-imsemmija triq?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 28232, inżid li x-xogħlijiet jinsabu għaddejjin b’kordinazzjoni mal-kuntrattur li qed iwettaq ix-xogħlijiet flimkien mal-Ministeru għal Għawdex.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29278 u jgħid fiex kienu jikkonsistu x-xogħlijiet li saru sa issa fuq parti minn Triq l-Ewropa fir-Rabat, Għawdex, kemm kien fiha tul u kemm huma stmati li se jiġu jiswew ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll jekk humiex se jitkomplew u jsiru x-xogħlijiet kollha meħtieġa fuq il-partijiet l-oħra ta’ Triq l-Ewropa speċjalment quddiem l-iskola sekondarja peress li tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għadha qed tinġabar.
Jista’ il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29274 u ċjoè: B’referenza għas-sejħa li nħarġet biex Triq San Blas fin-Nadur issir mill-ġdid, jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq San Blas hux ser issir kollha kemm hi? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra site plan ta’ fejn ser isiru x-xogħlijiet f’din l-istess triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienu jikkonsistu x-xogħlijiet li saru f’parti minn Triq Santa Dminka fil-Fontana mill-kuntrattur li ġie mqabbad mill-Ministeru tiegħu; kemm kien fiha tul; jekk ix-xogħlijiet fuq din il-parti tat-triq humiex lesti kollha u kemm huma stmati li ġew jiswew? Jista’ jgħid għaliex f’din il-parti tat-triq ingħataw żewġ kisjiet asphalt fl-istess ġurnata? Jista’ jgħid ukoll jekk ix-xogħlijiet kollha meħtieġa fuq il-kumplament ta’ din it-triq humiex se jitkomplew / isiru, u jekk iva meta?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li jikkonsistu f’rikostruzzjoni ta’ parti min Triq Santa Dminka u Triq Sir Arturo Mercieca. Ix-xogħlijiet fil-parti ta’ Triq Santa Dminka huma lesti filwaqt li x-xogħlijiet f’Triq Sir Arturo Mercieca mistennija jkunu lesti fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma totali li tħallset f’pagi u spejjeż relatati ma’ pagi (National Insurance, allowances, overtime eċċ.) lill-impjegati kollha tal-Gvern fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għas-snin 2019, 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet is-somma totali li tħallset mill-Gvern lill-kuntratturi privati talli pprovdew ħaddiema fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-istess snin?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba fir-rigward tal-impjegati tal-Gvern, jidhru taħt Personal Emoluments fl-Estimi Ġenerali li kopji tagħhom diġà tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tal-ħaddiema tal-kuntrattur mill-5 t’April 2023 sal-aħħar tas-sena 2024, is-somma totali tal-ħlasijiet għas-servizzi pprovduti mill-kuntratturi privati hija ta’ €10,500,451.
Tajjeb li jingħad li mid-data msemmija hawn fuq, żdiedu bosta servizzi fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex li f’numru ta’ ċirkustanzi, anke qed jgħinu lill-Għawdxin jieħdu s-servizz ġewwa Għawdex minflok l-iskariġġ li jridu jinżlu Malta għall-kura u dawn is-servizzi fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ser ikomplu jiżdiedu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li kien hawn imprendituri ta’ nazzjonalità Maltija fl-aħħar ta’ Diċembru 2013 u kemm kien stmat li kien hawn imprendituri ta’ nazzjonalità Maltija fl-aħħar ta’ Diċembru 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm kien stmat li kien hawn imprendituri ta’ nazzjonalità barranija fl-aħħar ta’ Diċembru 2013 u kemm kien stmat li kien hawn imprendituri ta’ nazzjonalità barranija fl-aħħar ta’ Diċembru 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Qasam tat-trasport – Implimentazzjoni ta’ riformi f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-riformi li tħabbru fit-trasport, humiex kollha ser jiġu wkoll attwati u implimentati ġewwa Għawdex, u jekk iva, kemm minnhom ġew implimentati s’issa u meta ser jitkomplew jiġu implimentati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-riformi li tħabbru fit-trasport huma applikabbli kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28080 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proġetti li jinsabu għaddejjin f’Għawdex bħalissa u li qed isiru mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 29574 – Proġetti Ministeru għal Għawdex - Tabella.pdf
L-Isptar ġenerali ta’Għawdex – Ħaddiema li jaħdmu maċ-Ċivil
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema li jaħdmu maċ-ċivil ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, għadhomx jingħataw b’mod regolari ta’ kull xahar, bħalma ngħataw għal dawn l-aħħar snin: kafè, ħalib u zokkor kif ukoll affarijiet oħra?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li kull impjegat tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għandu l-meal allowance skont il-proċeduri fis-seħħ fejn hemm l-għażla bejn allowance jew ikel. Sal-ġurnata li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kull ħaddiem fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għażel li jingħata l-allowance. Madankollu, kafè u tè għadu jingħata u ħa jibqa' jingħata.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Nefqa fuq Overtime
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali fuq overtime f’kull diviżjoni, dipartiment, direttorat, awtorità jew fil-Ministeru stess mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar.