Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #2118 Sitting 46 2017-10-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Bini ta’ Qorti ġdid — spiża

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża totali li għamel il-Ministeru għal Għawdex biex jippjana l-bini ta' Qorti ġdid inkluż fi pjanti, permessi, testijiet, ħruġ ta' tenders eċċ fl-aħħar ħames snin? Tista’ tgħid kif kienet maqsuma din l-ispiża u f'kull każ tista’ tgħid ukoll jekk min tħallas, ingħatax ix-xogħol b'direct order, wara tender jew wara ġbir ta' kwotazzjonijiet?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #2119 Sitting 46 2017-10-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem – Dar San Ġużepp – ftehim bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Kurja ta’ Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li hemm bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Kurja ta' Għawdex dwar l-użu ta' Dar San Ġużepp fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem? Tista' l-Ministru tgħid kemm tħallset il-kurja sal-lum a bażi ta' dan il-ftehim?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva u għaldaqsant ma tistax tiġi rilaxxata.
Leg 13 PQ #2120 Sitting 46 2017-10-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nadur – Triq it-Tiġrija – bini mill-ġdid tat-triq

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta ser tinħareġ it-tender biex tinbena mill-ġdid Triq it-Tiġrija fin-Nadur? Tista' tgħid jekk fit-tender hux ser ikun hemm inkluż ix-xogħol fuq water culvert li tant hu bżonnjuż f'din it-triq?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-Gvern għandu pjan fuq it-Toroq u ser jkun qed jagħti dettalji fuqhom minn żmien għal żmien.

Transport Motor Drivers stazzjonati f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati Transport Motor Drivers mal-Ministeru tal-Edukazzjoni sena b'sena mit-8 ta' Marzu 2013 sal-ġurnata tal-lum? Kemm minnhom huma residenti f'Għawdex u kemm minnhom huma residenti f'Malta? Kemm minn dawn ġew stazzjonati f'Għawdex?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-ġurnata tal-lum ma ġewx impjegati ħaddiema fil-grad ta’ Transport Motor Driver.

Toroq ta’ Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-toroq ta' Għawdex humiex ser jaqgħu taħt l-Aġenzija tat-Toroq li ġiet imsemmija fid-diskors tal-Budget għas-sena 2018 jew inkella humiex ser jibqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għal Għawdex kif inhuma llum?

Response (BORG, IAN)

L-Aġenzija mħabbra fid-Diskors tal-Budget se jkollha l-għan li tmexxi l-investiment meħtieġ sabiex is-sistemi tat-toroq tagħna jkunu aktar effiċċjenti u ta' kwalità ogħla, b'inqas riskji ta' aċċidenti u diffikultajiet oħra għal dawk kollha li jużawhom. Fl-istess waqt, l-aġenzija trid taċċerta li dan l-investiment bla preċedent iseħħ b'mod sostenibbli, bl-introduzzjoni ta' strutturi u proċeduri ta' monitoraġġ, manutenzjoni u assikurazzjoni ta' kwalità kontinwi li jiżguraw li dan it-titjib jibqa' jitgawda fit-tul kemm jista' jkun. Ħidma bħal din tinvolvi l-kollaborazzjoni ta' eluf ta' persuni u ta' bosta entitajiet, fosthom dawk kollha li jużaw it-toroq. Dawn jinkludu residenti, Kunsilli Lokali, awtoritajiet nazzjonali, unjins, għaqdiet ta' min iħaddem, investituri, azjendi u organizzazzjonijiet oħra. Fil-bidu tas-sena 2018 ser issir konsultazzjoni wiesgha ma' dawn il-persuni u l-entitajiet kollha, fir-reġjuni kollha tal-pajjż, sabiex il-proposti kollha jiġu diskussi u fejn meħtieġ irfinuti, qabel ma jittieħdu d-deċiżjonijiet finali dwar l-istruttura, r-responsabbiltajiet u l-operat tal-aġenzija l-ġdida.
Leg 13 PQ #1989 Sitting 45 2017-10-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Senior Principals — riżultati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tal-ewwel parti tal-eżami li sar għas-Senior Principals mas-Servizz Pubbliku li ħarġu f’Mejju 2017, ir-riżultat finali li ħarġu f’Awwissu 2017 u r-riżultati li ġew ippubblikati f’Ottubru 2017 wara li saru l-petizzjonijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li wara li ntalbet l-opinjoni tal-Public Service Commission u d-Data Protection Office, ġejt infurmat li r-riżultat tal-eżamijiet huwa meqjus bħala data personali u għaldaqstant ma jistax jingħata flimkien mal-ismijiet a bazi tal-Protezzjoni tad-Data.

Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) – emendi fil-liġi

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’passi ttieħdu s’issa – b’mod partikolari meta se jsiru l-emendi neċessarji fil-liġi – biex id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) ikollu s-saħħa bil-liġi li jista’ jieħu l-miżuri regolatorji meħtieġa, biex jassigura konformità mal-liġi tal-Kompetizzjoni u dan fid-dawl ta’ dak li kien ġie deċiż mill-Qorti Kostituzzjonali fil-każ tal-Federation of Estate Agents li ngħatat f’Mejju 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-abbozz huwa lest u diga tlabt lill-Kelliem Ewlieni tal-Oppozizzjoni biex niltaqgħu sabiex inkun cert li dak li għandi f'moħħi li nipproponi legizlattivament biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet indikati mill-Onor. Interpellant ikunu appoġjati mill-Kamra kollha fl-aħjar interess tas-settur.

MCCAA – Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni – uffiċjali professjonisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm uffiċjali professjonisti (b’mod partikolari ekonomisti u avukati) fi ħdan id-Direttorat Ġenerali responsabbli għall-Kompetizzjoni fl- Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom impjegati fi ħdan l-istess Direttorat Ġenerali?

Response (BONNICI, OWEN)

Fl-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni hemm sitt uffiċċjali professjonisti. Fi ħdan l-Uffiċċju jaħdmu tliet avukati u żewġ ekonomisti. Id-Direttur Ġenerali inħatar fl-1 ta’ Diċembru 2015. It-Tliet avukati daħlu jaħdmu mal-Uffiċċju fis-26 ta’ April 2010, fi 3 ta’ Novembru 2014 u fi 2 ta Novembru 2015. Iż-żewġ ekonomisti ilhom jaħdmu mal-Uffiċċju mill-4 ta’ Jannar 2010 u mis-26 ta’ Ottubru 2015.

MCCAA – penalitajiet amministrattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid każ b’każ, kemm-il penalitajiet amministrattivi (administrative fines) ġew imposti mid-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) fir-rigward tal-ksur ta’ liema dispożizzjonijiet tal-liġi ġew imposti, u kemm minn dawn il-penalitajiet imposti ġew miġbura (imħallsa) minn meta twaqqfet l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) f’Mejju 2011 sad-data ta’ meta qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infumrat li fis-sena 2011 minflok l-impożizzjoni ta’ multi amministrattivi, skont l-artikolu 100 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (iżjed ‘l quddiem imsejjaħ l-Att) inkisbet il-konformità volontarja ta’ żewġ operaturi fil-kamp tat-telekomunikazzjonijiet u dan wara li saret investigazzjoni li waslet għall-konkluzjoni li kien hemm ksur tad-dispożizzjonijiet tal-artikolu 44 (2) (n), (o), (e), (k), (r) u (s) tal-Att. Fis-sena 2012 kienu nħarġu ħames (5) Ordnijiet ta’ Tħaris flimkien mar-rispettivi deċiżjonijiet amministrattivi, u f’każ ta’ ksur tal-istess Ordnijiet ta’ Tħaris ġew imposti multi amministrattivi ta’ €5,000 f’kull każ, oltre multi amministrattivi per diem ta’ €120 għal kull ġurnata ta’ ksur f’kull każ. Żewġ (2) operaturi appellaw lit-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsmatur, u talbu l-annullament tad-deċiżjonijiet amministrattivi u tal-multi amministrattivi. L-appell tagħhom ġie miċħud, iżda d-deċizjoni amministrattivi hija sub judice peress li hemm appell pendenti mid-deċiżjoni tal-fuq imsemmi Tribunal tal-Appell lill-Qorti tal-Appell. Id-dispożizzjonijiet legali relevanti li fir-rigward tagħhom saru l-investigazzjonijiet u nħargu l-Ordnijiet ta’ Tħaris huma kontenuti fl-artikoli 51B, 51C u 51D tal-Att. Huwa mistenni li kwalunkwe deċizjoni li tittieħed mill-Qorti tal-Appell tkun ta’ relevanza għas-settur tal-komunikazzjoni kollu. Fis-sena 2013 it-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur ikkonferma deċiżjoni amministrattiva tad-Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur tas-17 ta’ Lulju, 2009 li biha kienet ġiet imposta multa amministrattiva ta’ €2,329.37 li ġiet imħallsa mill-operatur ikkonċernat wara li kien instab responsibbli tal-ksur tal-artikoli 51B, 51C (B) (iv) u 51D tal-Att. Fis-sena 2015 ġew imposti multi amministrattivi ammontanti għal: €4700 għall-ksur tal-artikoli 51C, 51D u 51E tal-Att; €4100 għall-ksur tal-artikolu 51B (4) tal-Att u tal-paragrafu 5 tal-Ewwel Skeda tal-Att.; €4100 għall-ksur tal-artikolu 51B (4) tal-Att u tal-paragrafu 29 tal-Ewwel Skeda tal-Att; €20,000 għall-ksur tar-regolament 5 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 378.17 (Regolamenti dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur), iżda wara l-ħruġ tad-deċiżjoni amministrattiva, l-istess ma setgħetx tiġi notifikata (permezz tal-ittra uffiċċjali ppreżentata fil-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili skont il-liġi) lill-operatur konċernat peress li wara diversi tentattivi, dan l-operatur ma setax jiġi rintraċċjat. Fl-istess sena, f’każ ieħor, wara li kien instab ksur tal-artikoli 51B (2) (a) u (b), 51C (b) (iv), 51D (1) u (3) (c) u (d), 44 (1), 45 (1) (a) u (d), u 45 (2) (c) (i) tal-Att u tar-regolament 21 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 378.17 (Regolamenti dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur), minflok l-impożizzjoni ta’ multi amministrattivi kienet inkiseb il-konformità volontarja tal-operatur konċernat skont l-artikolu 100 tal-Att.
Leg 13 PQ #1895 Sitting 35 2017-10-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ħaddiema li jaħdmu f’Kemmuna li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu Kemmuna u li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex? Tista' tgħid kemm ikun in-numru ta' ħaddiema fis-sajf u kemm ikun in-numru ta' ħaddiema fix-xitwa? Tista’ tgħid x’inhuma l-gradi tagħhom, u liema xogħol huwa assenjat jagħmel fis-sajf u fix-xitwa kull wieħed minn dawn il-ħaddiema?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li hemm 11-il ħaddiem li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex u qed jaqdu dmirijiethom f’Kemmuna fis-sajf. Ix-xogħol li dawn il-ħaddiema jwettqu jikkonsisti fi ġbir ta’ skart madwar Kemmuna, u tindif u manutenzjoni tal-latrini pubbliċi fil-bajjiet ta’ Santa Marija u l-Blue Lagoon. Meta ma jkunx għad hemm lok għalihom fuq Kemmuna, jirrapportaw Għawdex stess biex iwettqu dmirijiethom skont il-bżonnijiet li jkun hemm.
Leg 13 PQ #1829 Sitting 32 2017-10-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji — każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn April 2016 sa meta qed issir din il-mistoqsija, kemm daħlu każijiet quddiem l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji, u kemm minnhom ġew deċizi fit-terminu ta’ 90 ġurnata dekorribli mid-data meta jkun sar il-każ mal-arbitru? Kemm mill-każijiet li daħlu s’issa quddiem l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji kienu jirrelataw għal kwistjonijiet li qamu wara April 2016? Kemm kienu jirrelataw għall-kwistjonijiet qabel April 2016? Kien hemm xi deċizjonijiet fejn l-award tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji kienet tissupera l-€250,000? Jekk kien hemm minn dawn id-deċizjonijiet, liema kienu u f’kull każ kemm kien l-award li ngħata?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji rċieva 564 ilment sal-aħħar tas-sena 2016. Minn dawn, ftit aktar minn 80 fil-mija inġabru f’każ wieħed peress li l-mertu huwa identiku. Aktar tagħrif dwar l-ilmenti li daħlu u ġew proċessati fis-sena 2016 jinsab fir-Rapport Annwali tal-Uffiċċju għall-perjodu April sa Diċembru 2016 intavolat mill-Ministru tal-Finanzi fit-2 ta’ Ottubru 2017. Bejn Jannar u Settembru 2017, daħlu 135 ilment. Sal-aħħar ta’ Settembru 2017, l-Arbitru iddeċieda 49 każ. Skont l-Att XVI tal-2016, it-terminu ta’ 90 ġurnata mhuwiex definittiv fis-sens li f’każi ta’ ċertu komplessitá, l-Arbitru jista’ jdum sa sena biex jagħti d-deċiżżjoni u f’każ li dan il-perjodu mhux bizzejjed, tali sentenza tibqa’ valida. L-Arbitru beda jisma’ l-ilmenti fl-aħħar ta’ Settembru 2016 u kull każ irid jieħu ż-żmien tiegħu peress li l-ewwel fażi hija l-medjazzjoni li normalment tieħu ftit ġimgħat skont il-komplessitá tal-każ. Wara, l-każ jgħaddi għand l-Arbitru li jrid jisma’ kemm lill-ilmentatur u anke lill-provditur tas-servizz, u jagħti ċans lill-partijiet jagħmlu n-noti ta’ sottomissjonijiet tagħhom. Dan il-proċess bilfors jaqbeż id-90 jum minn meta jkun daħal l-ilment. Il-maġġoranza assoluta tal-każijiet li ġew quddiem l-Arbitru kienu ta’ natura kumplessa. Sal-aħħar ta’ Settembru 2017, l-Arbitru iddeċieda 49 każ. Wieħed biss inqata fit-terminu ta’ 90 ġurnata dekorribli mid-data meta jkun daħal il-każ. L-Arbitru semgħa l-każijiet kollha li daħlu fis-sena 2016 u anke ta deċizzjonijiet ta’ każi li daħlu fl-2017. Fir-rigward tal-ilmenti li daħlu minn April sa Diċembru 2016, 42 każ kienu jirrelataw kwistjonijiet li qamu wara April 2016. Fir-rigward ta’ ilmenti li daħlu minn Jannar sa Settembru 2017, 42 każ kienu jirrelataw kwistjonijiet li qamu wara April 2016. Fir-rigward tal-ilmenti li daħlu minn April sa Diċembru 2016, 522 każ kienu jirrelataw kwistjonijiet li qamu qabel April 2016. Fir-rigward ta’ ilmenti li daħlu minn Jannar sa Settembru 2017, 93 każ kienu jirrelataw kwistjonijiet li qamu qabel April 2016. Ma kien hemm ebda award li ssupera l-€250,000.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – pagi lill-impjegati

Question

B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 1649 fejn ikkonfema li l-ħaddiema u l-professjonisti li jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex huma fuq il-payroll tal-Gvern jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma totali li tħallset f''pagi u spejjeż relatati ma’ pagi (National Insurance, allowances, overtime eċċ.) lill-impjegati kollha fuq il-payroll tal-Gvern fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għas-sena 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-nefqa totali fuq pagi tal-ħaddiema u spejjeż oħra relatati mal-pagi tal-impjegati tal-Gvern fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex fl-2016 kienet €25,082,513.
Leg 13 PQ #1841 Sitting 32 2017-10-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – toroq li ngħataw wiċċ ġdid

Question

Tista' l-Ministru tgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tagħha fuq dawn it-toroq indikati fit-tweġiba tagħha għall-mistoqsija parlamentari 1500 u ċjoe: 1) Triq Baqqari, Xewkija 2) Triq Ta’ Ċenċ, Sannat 3) Triq il-Fanal, Għasri 4) Triq Għajn Qasab, Nadur 5) Triq Gerxija, Sannat 6) Triq Pompej, Rabat Tista' tgħid kemm kien it-tul ta' xogħol li sar f'kull triq u jekk f'kull każ saritx it-triq kollha? Tista’ tpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq dawn it-toroq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Tista' tgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq kull triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Tista' tgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Tista' tpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet tista' tagħti r-raġuni għaliex ma sarux?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #1843 Sitting 32 2017-10-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Użu ta’ konkos (ready mix)

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm intużaw metri kubi ta' konkos (ready mix) xahar b' xahar mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-31 ta' Lulju 2017? Tista' tgħid minn min saret it-talba għar-ready mix (konkos) u f'kull każ fejn intuża' (raħal/belt, triq u dettalji oħra)? Min kien il-perit jew persuna/i inkarigat għal kull waħda minn dawn ix-xogħlijiet u f'kull każ min kien li ċċertifika l-kwalità tar-ready mix (konkos) u f’liema laboratorju saru t-testijiet biex ikun assigurat il-kwalità tal-konkos li ntuża?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.

MCCAA – lmenti dwar kanċellament mir-Ryanair ta’ ċertu flights

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1719, jista’ l-Ministru jispjega x’miżuri qed jittieħdu mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) biex dawk il-konsumaturi li m’għandhomx aċċess għal Facebook, huma wkoll ikollhom aċċess għal informazzjoni msemmija fit-tweġiba?

Response (BONNICI, OWEN)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk il-konsumaturi li m’għandhomx aċċess għal Facebook qed jiġu nfurmati permezz ta’ programmi fuq il-media u artikli fil-gazzetti. Jeżisti numru freephone 80074400 fejn in-nies jistgħu jċemplu għall-iktar informazzjoni.

Tkabbir tal-Università f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jitkabbar iċ-ċentru tal-Università f'Għawdex? Jista' jgħid jekk inħarġux il-permessi biex isir dan it-tkabbir, u jekk iva meta? Jekk ma nħarġux permessi, saret applikazzjoni għal dan it-tkabbir?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-Università għandha permess mill-Awtorità tal-Ippjanar għat-twaqqigħ u bini mill-ġdid ta’ estensjoni fil-ġenb tal-binja tal-Kampus t’Għawdex. Il-pjanijiet odjerni għal dan il-kampus jinkludu mhux biss lil dan ix-xogħol imma potenzjalment anke ieħor intiż sabiex il-kampus jiġi rranġat aħjar b’mod li jakkomoda numru ikbar ta’ studenti u attivitajiet akkademiċi li jistgħu jsiru fih; l-intenzjoni hi li l-post ikabbar u jtejjeb il-faċilitajiet operattivi tiegħu fil-limiti finanzjarji li l-Università għandha biex isir dan ix-xogħol.
Leg 13 PQ #1795 Sitting 29 2017-10-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – contracts for service

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw contracts for service mill-Ministeru inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, sena b’sena? Tista’ tagħti wkoll dettalji dwar it-tul ta’ żmien ta’ kull kuntratt, is-servizzi li ngħataw, kif ukoll il-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra fir-rigward ta’ kull tali kuntratt?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji dwar din ir-risposta għadhom qed jinġabru u ser jingħataw f'xi seduta oħra
Leg 13 PQ #1796 Sitting 29 2017-10-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Settur Pubbliku — impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid sal-aħħar ta’ Frar 2013, kemm kien hemm nies impjegati mas-Settur Pubbliku [inklużi intrapriżi pubbliċi)? Kemm minn dawn kienu impjegati full-time? Kemm minn dawn kienu impjegati fuq bażi part-time? Kemm minn dawn kienu impjegati f’position of trust? U kemm minn dawn kienu impjegati b’kuntratt definit?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #1797 Sitting 29 2017-10-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Proġett tat-twettiq tal-Master Plan taċ-Ċittadella

Question

Tista’ l-Ministru tgħid b'kollox kemm sewa l-proġett tat-twettiq tal-Master Plan taċ-Ċittadella? Tista’ tagħti lista fiex intefaq dan l-ammont? Kemm tħallas kull kuntrattur li ħadem fuq dan il-proġett u f'kull każ ix-xogħol ingħata b'direct order, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'tender?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji dwar din ir-risposta għadhom qed jinġabru u ser jingħataw f'xi seduta oħra
Leg 13 PQ #1798 Sitting 29 2017-10-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – uffiċjali li ħadu kumpens għas-servizz telefoniku

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm uffiċjali fil-Ministeru għal Għawdex inkluż id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, u li x-xogħol tagħhom mhux regolat b’kuntratt, irċevew xi tip ta’ kumpens għas-servizz telefoniku permezz ta’ amenda fis-salarju rispettiv tagħhom jew permezz ta’ rimbors jew inkella permezz ta’ għotja ta’ top up mobile cards? Tista’ tgħid min kienu dawn l-uffiċjali kif ukoll tispeċifika r-raġuni u fiex kien jikkonsisti l-kumpens f’kull każ, inkluż l-ammont rispettiv u jagħti dan it-tagħrif minn Marzu 2013 sal-lum, maqsum sena b’sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji dwar din ir-risposta għadhom qed jinġabru u ser jingħataw f'xi seduta oħra