Jista’ l-Ministru jgħid għaliex dawk il-persuni li f’Lulju li għadda applikaw biex jagħmlu kors tal-bizzilla kull nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa filgħodu fl-iskola sekondarja tar-Rabat Għawdex, sal-lum għadhom ma bdewx dan il-kors? Jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn jingħataw il-kors li ħallsu u applikaw għalih?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li hemm tliet għalliema li huma ingaġġati biex jgħallmu l-bizzilla, rakkmu, xogħol tal-kanċ u knitting. Fil-fatt għaddejjin mat-tlettax-il kors fil-bizzilla, rakkmu, xogħol tal-kanċ u knitting. Minħabba nuqqas ta’ spazju f’xi skejjel fejn xi korsijiet jingħataw waqt il-ħin tal-iskola, kien qiegħed jiġi suġġerit li jintużaw Kunsilli Lokali.
Jekk minħabba nuqqas ta' spazju, min ħallas għal kors u għadu ma nbediex, jista’ jingħata l-ħlas lura jew jagħżel kors ieħor minn din il-lista ta’ korsijiet li tinkludi fejn qegħdin jingħataw:
Jum
Ħin
Suġġett
Livell
Post
It-Tnejn
15:00-18:00
Lace Making
MQF 2
Sannat Primary
It-Tlieta
09:00-12:00
Lace Making
MQF 2
Sannat Primary
It-Tlieta
14:00-17:00
Crochet Lace
MQF 1
Sannat Primary
l-Erbgħa
09:00-12:00
Lace Making
MQF 2
Sannat Primary
Il-Ħamis
09:00-12:00
Lace Making
MQF 2
Sannat Primary
It-Tnejn
16:00-19:00
Lace Making
MQF 2
Victoria Secondary
It-Tlieta
09:00-12:00
Lace Making
MQF 2
Nadur LC
Il-Ħamis
09:00-12:00
Creative Knitting
MQF 1
Nadur LC
It-Tnejn
16:00-19:00
Lace Making
MQF 1
Victoria Primary
It-Tlieta
09:00-12:00
Embroidery
Open Class
Victoria Primary
l-Erbgħa
16:00-19:00
Embroidery
Open Class
Victoria Primary
Il-Ħamis
09:00-12:00
Lace Making
MQF 2
Fontana LC
Il-Ġimgħa
09:00-12:00
Lace Making
MQF 2
Victoria Primary
Jista' l-Ministru jgħid preżentament kemm hu l-ammont ta' kawżi pendenti quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja f'Għawdex kemm dawk ta' Ġurisdizzjoni Superjuri, kif ukoll dawk tal-Familja, Ġurisdizzjoni Inferjuri, fil-qrati kollha ta' kompetenza kriminali, fit-tribunal tat-talbiet iż-żgħar eċċ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex f'kull parti tar-reġistru? Dan in-numru ta’ persuni kemm iġib bħala persentaġġ tan-numru ta’ persuni li jirreġistraw fil-pajjiż kollu? Għal dawk il-persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex, jista' jgħid kemm minnhom ilhom anqas minn 6 xhur jirreġistraw għax-xogħol, dawk li ilhom anqas minn sena, u dawk li ilhom iżjed minn sena jirreġistraw għax-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, in-numru ta’ persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru sal-aħħar ta’ Settembru 2017 hu kif muri fit-tabella t’hawn taħt:
Parti tar-reġistru
1
2
Total ta’ persuni li jirreġistraw għax-xogħol
Għawdex
347
20
367
Il-persentaġġ ta’ persuni li jirreġistraw f’Għawdex fuq it-total ta’ persuni li jirreġistraw għax-xogħol f’Malta u Għawdex (li jinkludi l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru) huwa ta’ 15%. Fl-ewwel parti tar-reġistru l-persuni li jirreġistraw f’Għawdex huwa ta’ 14%, filwaqt li għal dawk fit-tieni parti l-persentaġġ huwa ta’ 1%.
In-numru ta’ persuni li ilhom anqas minn 6 xhur, anqas minn sena (imma aktar minn 6 xhur), u 'l fuq minn sena jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru f'Għawdex huwa kif ġej:
Parti tar-reġistru
1
2
Total ta’ persuni li jirreġistraw għax-xogħol
Anqas minn 6 xhur
82
20
102
Anqas minn sena
34
0
34
Iżjed minn sena
231
0
231
Total
347
20
367
Tista' l-Ministru tgħid x'passi qed jittieħdu mill-Ministeru tagħha sabiex fi Triq l-Imġarr fin-Nadur jitneħħa l-periklu li hemm peress li parti mit-triq qed iċċedi u hemm diżlivell bejn naħa u oħra tat-triq f'iżjed minn post wieħed tal-istess triq? Tista' tgħid x'qed isir mill-Ministeru tagħha biex ir-riħa qawwija ta' drenaġġ li jkun hemm fl-istess triq kull tant żmien, tiġi eliminata?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-Ministeru qed iħejji t-terms of reference għall-istudju meħtieġ biex isiru l-interventi f’din it-triq.
Għawdex – toroq ippjanati b’ko-finanzjament tal-fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
B'referenza għar-risposta tagħha għall-mistoqsija parlamentari 2157, issa li kkonfermat li għas-sena li ġejja (2018) mhu ser isir l-ebda xogħol fuq toroq f'Għawdex b'kofinanzjament Ewropew, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjanijiet biex fis-snin 2019 u 2020 isiru toroq f'Għawdex b'fondi Ewropej u jekk iva liema ser ikunu dawn it-toroq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex ħejja pjan ta’ diversi studji li ser jiġu kkummissjonati fuq l-istat tat-toroq ġo Għawdex u ser ikun qed jesplora wkoll l-possiblita’ ta’ akkwist ta’ fondi, anke b'kofinanzjament Ewropew, biex isiru x-xogħolijet meħtieġa.
Nadur Għawdex — Triq it-Tiġrija - Użu ta’ dar u art
Question
B'referenza għar-risposta tal-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali għall-mistoqsija parlamentari 1773, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx ftehim iffirmat bejn il-Ministeru għal Għawdex u d-Djoċesi ta’ Għawdex u/jew il-Parroċċa tan-Nadur dwar l-użu ta' dar u art magħha fi Triq it-Tiġrija fin-Nadur, Għawdex? Jekk hemm ftehim tista' tpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejjin diversi diskussjonijiet fuq dan il-proġett. Sa issa, ġie ffirmat Memorandum of Understanding mad-Djoċesi t’Għawdex f’sens aktar wiesgħa. Dan l-Memorandum of Understanding ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1772.
Għawdex – parroċċi li ngħataw kontribuzzjonijiet jew għajnuna mill-Ministeru
Question
B'referenza għar-risposta tagħha għall-mistoqsija parlamentari 1799, tista’ l-Ministru tgħid f'kull każ ta' kull kontribuzzjoni jew għajnuna fi flus li ngħataw lill-parroċċi f'Għawdex skont l-iskeda ppreżentata mar-risposta, taħt liema skema ngħataw dawn il-flus u min ħa d-deċiżjoni finali jekk kellhiex tingħata għajnuna u kemm kellha tkun l-għajnuna li tingħata f'kull każ?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija elenkata fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema ngaġġati bħala stone masons
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema bħala stone masons mal-Ministeru għal Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum? Tista' tgħid fejn ħarġet is-sejħa biex ġew ingaġġati dawn il-ħaddiema u tpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra? Xi kwalifiċi u/jew esperjenza ġiet mitluba? X'etajiet għandhom dawk li ġew magħżula u kemm kien ilhom jirreġistraw għax-xogħol? Tista' tikkonferma jekk dawn li ġew ingaġġati llum humiex qed jagħmlu x-xogħol li għalih ġew ingaġġati jew qed jagħmlu xogħol ieħor u jekk qed jagħmlu xogħol ieħor x’inhu dan ix-xogħol?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li ma kien hem l-ebda ingaġġspeċifiku ta’ stone masons minn Marzu 2013 sal-lum. Iżda fl-1 ta’ Ġunju 2017 ġew ingaġġati 5 labourers li minnhom wiħef (1) qed jgħamel xogħol elatat ma stone masonry ukoll.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inbnew units ta' housing soċjali ġewwa Għawdex minn Marzu 2013 sal-ewwel ta' Ġunju 2017? Jista' jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar biex jinbena housing soċjali ġdid f'Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid jekk inħarġux tenders fl-istess perjodu biex jinbnew units ġodda? Jekk iva meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fuq housing soċjali f'Għawdex? Kemm-il unit ta' housing soċjali huwa mistenni li jinbena f'Għawdex fis-sena 2018 u f’liema lokalitajiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn Jannar 2003 (jiġifieri minn 10 snin qabel il-perjodu li rrefera għalih l-Onor. Interpellant) sa Ġunju 2017, il-Gvern jew l-Awtorita’ tad-Djar ma bnew l-ebda units ta’ housing soċjali ġodda ġewwa Għawdex u lanqas ġew sottomessi applikazzjonijiet jew inħarġu tenders għall-bini ta’ units ġodda.
Għawdex – proġett ta’ second class water għall-bdiewa
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta' second class water għall-bdiewa f'Għawdex? Kemm hemm bdiewa Għawdxin li s’issa qed jibbenefikaw minn dan il-proġett? Kemm-il litru ta' ilma qed jintuża kuljum minn dawn il-bdiewa u kemm qed iħallsu għall-użu ta' dan l-ilma?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-produzzjoni ta’ second class water f’Għawdex għadu ma bediex, għad m’hemmx bdiewa li qed jibbenefikaw minn dan il-proġett. Meta jiġu mtejjba l-influenti li deħlin fl-impjant jkun jista jingħata bidu għall-kummissjonar tal-polishing plant. Il-ħlasijiet huma regolati minn LN210 ta’ 2017.
Madanakollu l-impjant taċ-Ċumnija li qiegħed fit-Tramuntana sejjer tajjeb fejn il-konsum laħaq il-massimu ta’ 1000 metru kubu kuljum.
Jista' l-Ministru jgħid il-Gvern kemm għandu sodod fi djar tal-anzjani f'Għawdex? Jista' jgħid f’liema postijiet f'Għawdex huma dawn is-sodod u kemm qed tiswa kuljum lill-Gvern kull waħda minn dawn is-sodod?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandu total ta’ 40 sodda f’Għawdex ġewwa Villa San Lawrenz, għal dawk l-anzjani li għandhom dipendenza medja. Għal skopijiet kummerċjali ma nistax inwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija.
Għawdex – toroq ippjanati b’ko-finanzjament tal-fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'toroq hemm ippjanati li jsiru f'Għawdex b'ko-finanzjament tal-fondi tal-Unjoni Ewropea matul is-snin 2018, 2019 u 2020? Tista' tgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq kull waħda minn dawn it-toroq, fiex wasal il-proċess u meta hu mistenni jkun lest ix-xogħol f'kull każ kif ukoll kemm hu mistenni li jiswa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-toroq ippjanati li jsiru f'Għawdex is-sena d-dieħla ser isiru minn fondi nazzjonali.
Ir-Rabat (Għawdex) – Arkivju Nazzjonali u Librerija – fire alarm
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk twaħħalx il-fire alarm li kellu jsir fl-Arkivju Nazzjonali u l-Librerija fi Triq Vajringa fir-Rabat, Għawdex u dan kif kien indika sena ilu fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27782 tat-12-il Leġiżlatura? Jista' jgħid jekk dan ix-xogħol għadu ma sarx, x'inhi r-raġuni issa li għadda tant żmien? Ma jaħsibx li hemm periklu serju għal tant dokumenti importanti li hemm f'dan il-post? Jista' jgħid għalfejn l-iskola primarja li hemm fl-istess post, kif ukoll il-Librerija u l-Arkivji, għadhom sal-lum bla watchman?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Arkivji Nazzjonali u l-Malta Libraries jinsabu f’diskussjonijiet bejniethom dwar fire alarm system. B’referenza għall-aħħar parti tal-mistoqsija nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li, kif spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21761 tat-12-il Leġiżlatura, l-Iskola Primarja tar-Rabat (Għawdex) għandha intruder alarm system.
Tista’ l-Ministru tgħid meta ser jingħata l-wiċċ tat-tarmac (it-tieni kisja) fit-triq magħrufa bħala l-Qasam bejn ir-Rabat, Għawdex u Sannat? Tista' tgħid meta hu ppjanat li titkompla t-tieni parti ta' din it-triq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntrattur ingħata l-inkarigu biex isir dan ix-xogħol u x-xogħol fuq din it-triq ser jibda fil-ġranet li ġejjin.
Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlu labourers mal-Ministeru għal Għawdex bejn it-8 ta' Marzu 2013 u l-aħħar ta' Settembru 2017? Tista' tgħid mil-liema lokalitajiet f'Għawdex kienu dawn il-persuni li ġew ingaġġati u f'kull każ kemm kien ilhom jirreġistraw mal-ETC jew Jobs Plus għax-xogħol? Tista' tgħid f'kull ingaġġ li sar meta nħarġu l-calls, fejn ġew ippubblikati l-calls, kemm damu miftuħa u x'tip ta' kwalifiċi u esperjenza ried ikollhom? Kemm applikaw u kemm intgħażlu għal kull sejħa? Tista' l-Ministru tgħid każ b'każ ta' dawk li ġew ingaġġati x'tip ta' xogħol qed jagħmlu illum u jekk intbagħtux jagħmlu xi korsijiet u jekk iva x'korsijiet kienu? Kemm minn dawk ingaġġati f'dan il-perjodu diġà ngħataw promozzjoni? Hemm il-ħsieb li jiġu ngaġġati iżjed labourers matul is-sena 2018?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Servizz Pubbliku – ingaġġ ta’ Senior Principals u Assistant Principals
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jiġu ngaġġati Senior Principals u Assistant Principals fi ħdan is-Servizz Pubbliku? Jista' jgħid fl-aħħar sentejn kemm ġew ingaġġati Senior Principals u Assistant Principals ġodda fis-Servizz Pubbliku?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt nfurmat li l-proċess ta’ ngaġġar ta’ Senior Principals u Assistant Principals miexi skont il-proċeduri applikabbli mħarsa mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
Infurmat li tul l-ahhar sentejn ġew appuntati 7 Assistant Principals filwaqt li Senior Principals ma kien hemm xejn.
Tista' l-Ministru tgħid jekk Sannat Road fis-Sannat hux ser issir din is-sena? Jekk le meta hemm il-ħsieb li ssir u meta ser toħroġ it-tender biex jinbeda x-xogħol fuq din it-triq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-Gvern għandu pjan fuq it-Toroq u ser jkun qed jgħati dettalji fuqhom minn żmien għal żmien. Sannat Road qiegħda fil-pjanijiet tal-Gvern.
Ministeru għal Għawdex – Diretturi Ġenerali, Diretturi u Assistenti Diretturi
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm Diretturi Ġenerali, Diretturi u Assistenti Diretturi fil-Ministeru għal Għawdex? X'inhu x-xogħol ta' kull wieħed minn dawn? Tista' tgħid jekk fl-aħħar ġimgħat inħarġux calls biex jiżdiedu d-Diretturi jew Assistenti Diretturi? Jekk iva għaliex inħasset il-ħtieġa li jkomplu jiżdiedu?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-unika differenza mis-sena li għaddiet kienet iż-żieda tal-Pożizzjoni ta' Assistent Direttur (Ministerial Procurement Unit) li hija pożizzjoni neċessarja għal finijiet ta’ Artikolu 79 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (S.L. 174.04). Hemm ukoll is-sejħa għall-Assistent Direttur (Policy, Planning, Monitoring and Evaluating), liema sejħa ħarġet minflok dik ta' Senior Manager (Policy, Planning, Monitoring and Evaluating) – iż-żewġ pożizzjonijiet qegħdin fl-istess skala ta’ salarju. Mentri l-pożizzjoni ta’ Direttur Servizzi Korporattivi ilha vakanti minn Diċembru 2016.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema assenjati mal-Gozo Sports Board? Tista' tgħid kemm minn dawn il-ħaddiema huma mislufa jew issekondati mal-Gozo Sports Board u ma’ liema dipartiment u f’liema Ministeru kienu jaħdmu qabel, kif ukoll x’kien ix-xogħol u l-grad tagħhom qabel u x’inhu x-xogħol tagħhom u grad li għandhom issa mal-Gozo Sports Board? F'kull każ, f’liema sena u xahar bdew jaħdmu mal-Gozo Sports Board?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-Gozo Sports Board hemm total ta’ erbgħin (40) ħaddiem, li huma kif ġej:
1 Uffiċjal Kap Eżekuttiv [Minn Ġunju 2014]
3 Skrivani (li 2 minnhom huma fuq ba¿i
part time
) [Minn Mejju 2014; Settembru 2015; April 2017]
1 Assistent tal- Uffiċjal Kap Eżekuttiv [misluf mill-MGOZ fejn kien Uffiċjal fi Skala 11, minn Awissu 2015]
1
Sports Promotion/ Coach
[mislufa mill-MEDE fejn kienet LSA, minn Mejju 2017]
1
Supervisor
[misluf mill-MGOZ, mill-5 ta’Ġunju 2017]
1
Receptionist
[fuq il-kotba tal-ERL u assenjat mal-MGOZ, minn Marzu 2017]
25 mill-
Community Worker Scheme
[20 minn Novembru 2016, 2 minn Mejju 2017, 1 mill-1 ta’ Ġunju 2017, 1 mill-5 ta’ Ġunju 2017 u 1 mit-12 ta’ Ġunju 2017]
7 mill-
Work and Training Exposure Scheme
[minn Mejju 2017]
Persuni li jiġu msejħa bħala xhieda – tariffi riveduti
Question
B'referenza għat-tweġiba li kienet ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 29067 tat-Tnax-il Leġislatura, jista’ l-Ministru jgħid għaliex tenut kont ta’ każijiet fejn mhux l-ewwel darba li persuna tiġi mħarrka f’kawża li hi personalment ma jkollha l-ebda interess fiha, però ta’ bilfors ikollha tattendi bir-riżultat li titlef ġurnata xogħol jew inkella trid tieħu l-leave jekk tkun impjegata, x’inhi r-raġuni għalfejn it-tariffi fil-Kap. 108 ilhom ma jiġu applikati u għaliex għadhom marbuta mat-tariffi li ġew iffissati aktar minn nofs seklu ilu fejn l-għola tariffa hi ta’ 70 ċenteżmu? Ma jaħsibx il-Ministru li wasal iż-żmien li almenu t-tariffi inkwistjoni jiġu riveduti b’mod radikali għal dawk il-każijiet fejn persuni li jiġu msejħa bħala xhieda jkollhom id-dritt li jiġu adegwatament kumpensati minn min iħarrikom?
Response (BONNICI, OWEN)
Nireferi lill-Onor Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 29067 tat-12-il Leġiżlatura.