Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex – attivitajiet konnessi mal-V18

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il attività konnessa mal-V18 ser issir f'Għawdex matul is-sena 2018? Għal kull attività ppjanata f’Għawdex, jista' l-Ministru jgħid meta ser issir, fejn u ma’ liema organizzazzjoni jew entità ser tiġi mtella’? Kemm hu maħsub li se tkun l-ispiża tal-Kumitat V18 għal kull attività ppjanata f'Għawdex?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li f’Għawdex hemm pjanati li jsiru 28 attivita’ konnessa mal-Valletta 18. Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella iktar detteljata bl-informazzjoni mitluba. Ta’ min jinnota li l-Fondazzjoni għandha wkoll Kordinatur Reġjunali għall-Għawdex, kif ukoll uffiċċju li jinstab fil-pjazza ewlenija fir-Rabat, Għawdex. Ta’ min jinnota li l-Fondazzjoni għandha wkoll Kordinatur Reġjunali għall-Għawdex, kif ukoll uffiċċju li jinstab fil-pjazza ewlenija fir-Rabat, Għawdex.

Tal-Qroqq – CCTV cameras fis-subway

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija mill-Ministru għat-Trasport għall-mistoqsija parlamentari 2501, jista’ l-Ministru jgħid għaliex is-subway f'Tal-Qroqq ħafna drabi tkun maħmuġa tant li ħafna studenti jippreferu jaqsmu t-triq minn fost il-karozzi b'periklu kbir għalihom milli jużaw is-subway? Jista' jgħid jekk jistgħux isiru CCTV cameras fl-istess subway?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Imsida qed jieħu interess fiż-żamma u l-manutenzjoni tas-subway. Infurmat ukoll mid-Direttorat tat-Tindif u Manutenzjoni li s-subway titnaddaf regolarment nhar ta’ Tnejn u Ħamis matul il-lejl. Rigward l-infrastruttura ta’CCTV cameras, din te¿isti diġa u bħalissa qed jiżdied in-numru ta’ cameras fiż-żona.
Leg 13 PQ #2677 Sitting 60 2017-12-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Użu ta’ konkos ready mix

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1843 u 2494 u ċjoè: Tista’ l-Ministru tgħid kemm intużaw metri kubi ta' konkos (ready mix) xahar b'xahar mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-31 ta' Lulju 2017? Tista' tgħid minn min saret it-talba għar-ready mix (konkos) u f'kull każ fejn intuża' (raħal/belt, triq u dettalji oħra)? Min kien il-perit jew persuna/i inkarigat għal kull waħda minn dawn ix-xogħlijiet u f'kull każ min kien li ċċertifika l-kwalità tar-ready mix (konkos) u f’liema laboratorju saru t-testijiet biex ikun assigurat il-kwalità tal-konkos li ntuża?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu Diċembru 2014 sa Lulju 2017 intuża total ta’ 3559.65metri kubi ta’ konkos. Il-figura għal Marzu 2013 sa Diċembru 2014 hija nieqsa minħabba li l-ledgers huma miżmumin mill-pulizija bħala parti minn investigazzjoni li għadha għaddejja. Peress li l-ammonti individwali għal kull biċċa xogħol hija minima, il-persuni nkarigati jkunu dawk il-ħaddiema fis-CMU li jkunu qed jaħdmu dik il-biċċa xogħol partikolari. L-ebda ordni ta’ konkos ma ġiet iċċertifikata minn Perit minħabba li kif diġa’ ngħad huma ammonti żgħar ħafna.
Leg 13 PQ #2692 Sitting 60 2017-12-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex – Triq Għajn Qatet — tarmak

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta se jingħata l-wiċċ (tieni kisja) tat-tarmak tal-ewwel fażi ta' Triq Għajn Qatet fir-Rabat, Għawdex? Tista' tgħid meta hu maħsub li titkompla t-tieni fażi tat-triq?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li t-tieni kisja tarmac fit-triq imsemmija se tingħata mat-tkomplija tal-proġett ta’ pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex. Għat-tieni fażi ta’ din l-istess triq inħarġet tender li ġie kkanċellat mid-Dipartiment tal-Kuntratti fl-1 ta’ Diċembru 2017, peress li ż-żewġ offerti li ntefgħu ġew ddikjarati bħala technically non-compliant.

Biblijoteka Nazzjonali – attività politika

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2500, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja 'taċ-ċertu kundizzjonijiet stabbiliti'? Jista' jgħid meta ġew stabbiliti dawn iċ-ċertu kundizzjonijiet u jekk hemmx regoli fissi jew regoli li jinbidlu minn attività għall-oħra? Jista' jgħid kemm kien il-ħlas għal din l-attività partikolari msemmija minnu u kif jiġi kkwantifikat il-ħlas dovut għall-attivitajiet li jsiru? Kemm ġiet tiswa lil Malta Libraries din l-attività li saret fis-7 ta' Novembru? Min huma l-persuni li jiddeċiedu fuq dawn l-attivitajiet u jekk għandhomx isiru jew le? Jista' jgħid kemm saru attivitajiet politiċi jew minn entitajiet ta' partiti politiċi bejn Marzu 2013 sa Novembru 2017 ġewwa l-Biblijoteka tal-Belt?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onor. interpellant li l-entità Libreriji Maltin tagħti permess li tintuża l-binja għal attivitajiet minn terzi persuni. Għal dan il-għan jintużaw dawn il-kriteriji għal kull attività li ssir barra mill-ħinijiet tal-ftuħ tal-Bibljoteka Nazzjonali: - Issir talba li trid tiġi approvata mid-Director Library Operations u/jew mill-Kap Eżekuttiv. - L-organizzatur jista’ jagħmel użu mill-PA System u Projector/Monitor ta’ Malta Libraries. F’każ ta’ użu ta’ laptop , dan irid jiġi pprovdut mill-organizzatur. - Malta Libraries titlob dokument ta’ identifikazzjoni lill-parteċipanti biex ikun jista’ jiġi garantit l-aċċess fil-binja tal-Bibljoteka Nazzjonali. - Fis-Sala hu biss permess l-użu ta’ Soft Lighting. - Fil-każ ta’ organizzazzjoni ta’ riċeviment, dan jista’ jsir fil-foyer bi spejjez tal-organizzatur. - Fis-Sala mhux permess ikel u xorb. - Il-ħlas mitlub hu €50 għal kull siegħa kif ukoll € 40 fil-każ ta’ kiri ta’ siġġijiet. Dawn il-kundizzjonijiet japplikaw għal kulħadd u ma jinbidlux minn attività għall-oħra. Il-ħlas għall-attività tas-7 ta’ Novembru kien jammonta għal €140 liema ħlas ikopri kiri ta’ siġġijiet (€40) u ħlas amministrattiv ta’ €100 (peress li l-attività damet sagħtejn). Dan il-ħlas amministrattiv ikopri l-overtime tal-ħaddiema u utilitiy overheads. Fid-9 ta’ Novembru 2015, kienet saret ukoll sessjoni ta’ Gvern li jisma’ fil-Bibljoteka Nazzjonali.
Leg 13 PQ #2645 Sitting 59 2017-11-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – post fejn jinħadmu l-karrijiet tal-Karnival

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess li kellu jsir fil-leġiżlatura l-oħra biex jinbena post fejn jinħadmu l-karrijiet tal-Karnival f'Għawdex? Tista' tgħid jekk inħarġux il-permessi għal dan il-proġett u min hu l-perit nkarigat minn dan il-proġett? Meta hu ppjanat li jitlesta dan il-proġett u jintuża mid-dilettanti tal-karnival f'Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Il-Ministeru għal Għawdex qed jikkunsidra żewg siti potenzjali fejn id-dilettanti Għawdxin jista jkollhom dan l-ispazju. Iktar dettalji jingħataw meta dan l-eżercizzju jigi ffinalizzat.

Ftuħ ta’ Barrieri ġodda f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti, anke fil-proċess ta' screening, biex f'Għawdex jinfetħu barrieri ġodda kemm għal ġebel tal-franka kif ukoll għal blat tal-qawwi? Jekk iva, jista' jindika l-lokal u s-sit fejn hemm l-applikazzjoni fuqhom?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2646, l-Awtorità tal-Ippjanar m’għandha l-ebda applikazzjoni quddiema għall-barrieri ġodda f’Għawdex. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-istess Awtorità fuq applikazzjonijiet pendenti, inklużi dawk għal screening, fejn fil-proposta tal-iżvilupp għandhom xi waħda mill kelmiet segwenti:- · Barriera/i · Quarry/ies

DC 15 – Reviżjoni fl-għoli ta’ metri u sulari

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur qrib ikun hemm tibdil fid-DC 15? Jista' jikkonferma li se jkun hemm reviżjoni fl-għoli ta' metri u sulari li wieħed jista' jibni biex ikun hemm il-possibilità li f'ħafna żoni jkun jista' jiżdied sular ieħor?

Response (BORG, IAN)

Ma hemm l-ebda ħsieb li jinbidel il-Metraġġ tal-għoli fid-DC 15. Ma hemm l-ebda diskussjoni fuq tibdil fuq id-DC 15 li għadu kemm għalaq sentejn minn meta ġie ippublikat.
Leg 13 PQ #2648 Sitting 59 2017-11-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Biċċerija f’Għawdex – Qatla ta’ majjal minn Malta

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-majjali ta' raħħala Maltin kenux qed jittieħdu biex jinqatlu fil-biċċerija f'Għawdex fl-aħħar ġimgħat? Jekk iva, meta beda dan u kemm hu maħsub li se jdumu jagħmlu dan? X'passi qed tieħu l-kumpanija Gozo Channel biex tikkontrolla rwejjaħ insapportabbli ta’ dawn l-annimali kull darba li qed jaqsmu mal-passiġġieri fuq il-vapuri tal-Gozo Channel? X'passi qed jittieħdu dwar iġjene għan-nies li jkunu fuq il-vapuri?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor interpellant li minhabba ħsarat li kien hemm fil-biċċerija ta’ Malta, il-Ministeru għal Għawdex offra s-servizzi tiegħu biex issir ukoll il-qatla tar-raħħala Maltin. Il-Gozo Channel ħadet il-prekawzjonijiet kollha meħtieġa fiċ-ċirkostanzi u skont r-regoli u stamdards applikabbli.
Leg 13 PQ #2595 Sitting 58 2017-11-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex – Triq Mons Pietru Pace — xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta hu maħsub li x-xogħlijiet li jinsabu għaddejjin fi Triq Mons. Pietru Pace fir-Rabat, Għawdex jitlestew, peress li tali xogħlijiet ilhom issa għaddejjin għal diversi xhur u qegħdin jikkawżaw inkonvenjent kbir kemm għar-residenti kif ukoll għas-sewwieqa tal-vetturi?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li x-xogħlijiet fit-triq imsemmija ser jitlestew din il-ġimgħa.
Leg 13 PQ #2596 Sitting 58 2017-11-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – uffiċjali li qed jiġu rimborsati għall-użu tal-karozza privata tagħhom fuq xogħol uffiċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm uffiċjali fil-Ministeru għal Għawdex inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, qegħdin jiġi rimborsati għall-użu tal-karozza privata tagħhom fuq xogħol uffiċjali? Tista’ tgħid x’inhuma l-grad tagħhom u l-pożizzjoni li qegħdin jokkupaw kif ukoll l-ammont ta’ flus li rċevew mill-bidu tas-sena 2016 sal-lum, għal dan il-għan? Tista’ tgħid ukoll min ta l-approvazzjoni tiegħu għal tali rimbors f’kull każ?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Notifika ta’ konċentrazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-2011 sal-lum, sena b’sena, kemm-il notifika ta’ konċentrazzjonijiet saru a tenur tal-L.S. 379.08 Dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet? Kemm minnhom ġew aċċettati u kemm le?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li n-numri ta’ notifiki ta’ konċentrazzjoni li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni rċieva mill-2011 sal-lum kien kif ġej: 2011 5 2012 2 2013 3 2014 8 2015 9 2016 5 2017 4 Minn dawn in-notifiki, tnejn minnhom għadhom pendenti u qed jiġu evalwati. Ħlief għal żewġ notifiki li instab li ma jaqgħux taħt ir-regolamenti Dwar il-Kontoll ta’ Konċentrazzjonijiet, il-konċentrazzjonijiet l-oħra ġew approvati.

Kumpanijiet – notifika ta’ konċentrazzjoni — status

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-istatus tan-notifika ta’ konċentrazzjoni li saret miż-żewġ kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament f’Ġunju 2017? Saru xi kummenti ossia oġġezzjonijiet a tenur tar-regolament 5 ta’ L.S. 379.08 Dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet? Jekk saru, kemm kienu u minn min?

Response (BONNICI, OWEN)

Kif ġie mħabbar fit-12 ta’ Lulju 2017, l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni kien fetaħ l-proċedimenti rigward il-konċentrazzjoni notifikata ai termini tar-regolamenti 6(1)(iii) tar-regolamenti dwar il-kontroll tal-konċentrazzjoniijiet. Ninsab infurmat li fil-perijodu kontemplat f’regolament 5 tar- regolamenti dwar il-kontroll tal-konċentrazzjoniijiet, l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni rċieva erba’ osservazzjonijiet kif elenkat hawn taht: · - mingħand kompetitur taż-żewġ kumpaniji li jiffurmaw parti mill-konċentrazzjoni notifikata, · - minn għaqda li tirrapreżenta lil-konsumaturi , · - minn persuna barranija li toffri konsulenza u · - mir-regolatur tas-settur koncernat.

Tibdil leġiżlattiv fil-Kap. 440 tal-Liġijiet ta’ Malta

Question

Jista’ l-Ministru jispjega jekk hux se jsir xi tibdil leġislattiv fir-rigward tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, Kap. 440 tal-Liġijiet ta’ Malta fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679? Jekk se jsir, x’inhuma l-miżuri kontemplati l-aktar fir-rigward tal-qafas regolatorju?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fl-2016 il-Gvern ifforma grupp strateġiku iffurmat minn rappreżentanti tal-ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data. Il-mandat ta’ dan il-grupp huwa li jirrevedi u jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni u l- Privatezza tad-Data (Kap.440) skont il-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea li jgħidu fejn Stat Membru jista’ jew inkella għandu jilleġisla, kif ukoll jagħmluha ċara illi m’għandux ikun hemm provvedimenti fil-liġi domestika li jirrepplikaw it-test tar-Regolament (UE) 2016/679. Dan minħabba l-fatt illi tali strument legali jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Ix-xogħol ta’ dan il-grupp fuq dan l-abbozz jinstab fi stadju avvanzat ħafna.

Regolament (UE) 2016/679 — miżuri

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-miżuri li qed jittieħdu mill-Gvern fir-rigward ta’ tħaddim eventwali tar-Regolament (UE) 2016/679 li allura jibda japplika minn Mejju tal-2018, b’mod partikolari biex jassigura li kemm is-settur pubbliku kif ukoll dak privat jieħu l-miżuri neċessarji f’waqthom u jkunu preparati?

Response (BONNICI, OWEN)

Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data qiegħed iqajjem kuxjenza u jagħti t-tagħrif kollu meħtieġ fuq dan l-istrument legali billi: - b’mod regolari, jpoġġi fuq sezzjoni dedikata tal-portal (idpc.org.mt), informazzjoni ġenerali u linji gwida maħruġa mill-Article 29 Data Protection Working Party, li l-Kummissarju huwa membru fi ħdanu, fuq il-General Data Protection Regulation; - jattendi u jagħti preżentazzjonijiet f’diversi konferenzi, fl-laqgħat organiżżati minn korpi kostitwiti, kif ukoll meta jkun mitlub kemm minn dipartimenti/enti pubbliċi kif ukoll minn kumpaniji privati; - jżomm laqgħat mitluba mill-varji setturi fir-rigward tal-impatt li tali regolament ser ikollu fuq l-operat tagħhom; - jinvolvi ruħu f’diskussjonijiet sabiex jiġu żviluppati linji gwida jew inkella jiġu emendati dawk eżistenti; - jirrispondi domandi li jsiru minn individwi kif ukoll minn kontrolluri tad-data permezz tal-telefon jew tal-posta elettrronika; - jipparteċipa fuq programmi tar-radju u tat-televiżjoni. Infurmat ukoll, li s-Servizz Pubbliku għandu Data Protection Unit stabbilit fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali li parti mix-xogħol tiegħu huwa li jassisti lid-dipartimeti u ministeri fuq kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-data kif ukoll ixerred tagħrif ġenerali fuq din il-liġi kif ikun meħtieġ.
Leg 13 PQ #2580 Sitting 57 2017-11-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ingaġġ ta’ Mechanical Engineers u Electrical Engineers

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati Mechanical Engineers u Electrical Engineers fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum? Tista' tgħid meta nħarġet is-sejħa f'kull każ u jekk is-sejħa ħarġitx internament mas-Servizz Pubbliku jew minn barra u għal kull każ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull sejħa li saret? Tista' tgħid xi kwalifiki u/jew kemm snin ta' esperjenza ntalbu lill-applikanti biex setgħu jkunu eleġibbli? X'tip ta' xogħol qed jagħmlu llum dawk li ġew magħżula u f’liema sezzjonijiet tal-Ministeru qegħdin?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab Infurmata li fil-perijodu riferut ġew ingaġġati 2 Mechanical Engineers u 3 Electrical Engineers mal-Ministeru għal Għawdex. Is-sejħiet saru fil-7 ta’Diċembru 2012, fit -27 ta’ Marzu 2015 u 17 ta’ Marzu 2017. Dawn is-sejħiet kienu minn barra u ppublikati fil-gazetta tal-Gvern, skont il-ftehim kollettiv fis-seħħ. Il-persuni li ġew ingaġġi f’dawn il-gradi kienu magħżula mill- Bordijiet tal-Għa¿la maħtura u l-kriterji u¿ati kienu approvati mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Dawn l-Engineers qegħdin fis-sezzjoni tal-Inginerija fi ħdan id-Direttorat tal-Proġetti u żvilupp.
Leg 13 PQ #2581 Sitting 57 2017-11-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ingaġġ ta’ Periti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati periti fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum? Tista' tgħid meta nħarġet is-sejħa f'kull każ u jekk is-sejħa ħarġitx internament mas-Servizz Pubbliku jew minn barra u għal kull każ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull sejħa li saret? Tista' tgħid xi kwalifiki u/jew kemm snin ta' esperjenza ntalbu lill-applikanti biex setgħu jkunu eleġibbli? X'tip ta' xogħol qed jagħmlu llum dawk li ġew magħżula u f’liema sezzjonijiet tal-Ministeru qegħdin?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab Infurmata li fil-perijodu riferut ġew ingaġġati 3 periti mal-Ministeru għal Għawdex. Is-sejħiet saru fil-7 ta’Diċembru 2012 u fit -13 ta’ Ottubru 2015. Dawn is-sejħiet kienu minn barra u ppublikati fil-gazetta tal-Gvern, skont il-ftehim kollettiv fis-seħħ. Illum il-periti kollha tal-Ministeru qegħdin l-sezzjoni waħda fi ħdan id-Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp.
Leg 13 PQ #2582 Sitting 57 2017-11-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – toroq li ngħataw wiċċ ġdid

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija numru 1841 u tgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tagħha fuq dawn it-toroq indikati fit-tweġiba tagħha għall-mistoqsija parlamentari 1500 u ċjoè: 1) Triq Baqqari, Xewkija 2) Triq Ta’ Ċenċ, Sannat 3) Triq il-Fanal, Għasri 4) Triq Għajn Qasab, Nadur 5) Triq Gerxija, Sannat 6) Triq Pompej, Rabat? Tista' tgħid ukoll kemm kien it-tul ta' xogħol li sar f'kull triq u jekk f'kull każ saritx it-triq kollha? Tista’ tpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq dawn it-toroq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Tista' tgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq kull triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit- tender ? Tista' tgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Tista' tpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet, tista' tagħti r-raġuni għaliex ma sarux?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hija kif elenkata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għall-proġett

Question

B’referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 2427, jista’ l-Ministru jgħid liema applikazzjonijiet saru mal-Awtorità tal-Ippjanar għal dan il-proġett ta' tletin miljun ewro mħabbar f'Marzu 2017? Jista' jagħti n-numru ta' dawk l-applikazzjonijiet li ġew deċiżi u n-numri ta' dawk l-applikazzjonijiet li huma pendenti?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Applikazzjoni għal Permess ta’ żvillup tinsab fil-proċess finali u se tiġi sottomessa lill-Awtorità tal-Ippjanar wara li ġew konklużi l-analiżi, pjanti u l-istudji tal-iżvillup mill-konsulenti tal-SRT.
Leg 13 PQ #2585 Sitting 57 2017-11-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Qorti l-ġdid ta’ Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn ser isir il-binja tal-Qorti l-ġdid ta' Għawdex? Tista' tgħid jekk f'dan il-post hemmx diġà bini ieħor u li ser jiġi mwaqqa'? Jekk iva għalxiex qed jintuża dan il-bini bħalissa? Jekk is-sit magħżul ma hemmx bini fih, ser jittieħed sit li fih hemm is-siġar u li hu barra l-iskema tal-iżvilupp? Ser ikun hemm bżonn li jiġi mibdul il-pjan lokali?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant bħalissa għaddejja konsultazzjoni pubblika dwar sit alternattiv. Waħda mill-ewwel sessjonijiet ta’ konsultazzjoni ġew mistiedna l-avvukati prattikanti kollha fejn saret preżentazjzoni tal-proġett.