B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19821 li ngħatat fit-12-il leġiżlatura fil-21 ta’ Ottubru 2015, tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li x-xogħol ma sarx fuq Triq Sant Antnin ġewwa Għajnsielem, issa li għaddew iktar minn sentejn? Tista' tgħid għaliex jekk sarux il-preparamenti neċessarji jew għadhom le? Tista' tgħid jekk ħarġitx it-tender u jekk ġietx awarded? Jekk le, tista' tgħid meta hu ppjanat li toħroġ it-tender u jekk hux se jsir ix-xogħol f’din it-triq matul l-2018 u jekk iva meta hu ppjanat li jibda x-xogħol?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Dwar Triq Sant’ Antnin, ser jiġu studjati l-isfidi relatati biex ikun jista’ jsir proġett wieħed li jitltaq minn Nadur u jibqa nieżel minn Triq Sant Antnin sal-junction ta’ Triq l-Imġarr.
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk ħarġitx tender ta’ environmental impact assessment għal dak li jikkonċerna airstrip f’Għawdex? Jekk iva, min ingħata t-tender biex iwettaq dan ix-xogħol u fiex wasal dan ix-xogħol? Kemm hi mistennija tkun in-nefqa għal dan l-istudju?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 1507.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il quote nħarġet mill-Ministeru għal Għawdex u mid-dipartimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex mit-8 ta' Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Tista' tgħid kemm kien il-valur ta' kull quote li nħarġet? Tista' tgħid liema dipartiment jew entità tat kull waħda mill-quotes preċedentament imsemmija? Tista' tgħid x'kien ix-xogħol jew servizz rikjest minn kull qoute u li ngħatat? Tista' tgħid ukoll jekk kienx hemm quotes li tħallsu bis-siegħa u f'tali każ tgħid liema kienu u tinkludi wkoll kemm-il siegħa ta' xogħol kien hemm involuti? Tista’ tgħid ukoll min kienet il-persuna u x'kariga jokkupa li ċċertifika x-xogħol, u kemm hemm kontijiet pendenti fuq quotes?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex – Nefqa fuq PR u media events
Question
Tista' l-Ministru tgħid matul is-snin 2015, 2016 u 2017 xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Ministeru għal Għawdex? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika, quote jew direct order?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra
MCCAA – notifikazzjoni għal concentration minn service providers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu finali wara n-notifikazzjoni għal concentration li saret lid-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) fi ħdan l-MCCAA f’Mejju tal-2017 mill-operaturi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Diċembru li għadda, l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ġie nfurmat mir-rappreżentant legali tal-intrapriza kkonċernata li kienet qiegħda tirtira n-notifika dwar il-konċentrazzjoni li kienet issottomettiet quddiem l-Uffiċċju.
Malta Resources Authority – kontestazzjoni ta’ deċiżjonijiet regolatorji
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilu li twaqqfet il-Malta Resources Authority sal-lum, sena b’sena, kemm il-deċiżjoni regolatorja ġiet ikkuntestata quddiem ir-Resources Appeals Board u sussegwentement mill-2012 quddiem l-Administrative Review Tribunal? Kemm minnhom ġew deċiżi mill-imsemmi Bord ta’ Appell u mit-Tribunal u kemm minn dawn id-deċiżjonijiet tal-Awtorità kienu dwar l-impożizzjoni ta’ penali jew xi forma oħra ta’ sanzjoni?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallas overtime mill-Ministeru għal Għawdex fis-snin 2015, 2016 u 2017 f’kull dipartiment jew entità separata li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex – allegazzjonijiet ta’ rimi llegali ta’ demel likwidu
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha hux qed jinvestiga l-allegazzjonijiet ta' rimi llegali ta' demel likwidu f'diversi żoni f'Għawdex? Peress li huwa magħruf li f'Għawdex mhemmx post ċentrali fejn jista' jitpoġġa materjal bħal dan, tista' tgħid:
(i) x'qed isir bħalissa minn dan id-demel likwidu; u
(ii) jekk hemmx pjani li jindirizzaw din il-problema?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li kull rapport li rċieva l-ministeru f’dawn l-aħħar xhur ġie rrappurtat lill-pulizija għal kull azzjoni meħtieġa.
Applikazzjonijiet għall-Fondi Ewropej mill-Ministeru għal Għawdex
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’applikazzjonijiet saru mill-Ministeru għal Għawdex għall-fondi tal-Unjoni Ewropea mill-Baġit 2014-2020? Għal xiex inhuma l-applikazzjonijiet? Tista’ tgħid f’liema stadju waslu l-applikazzjonijiet, ċjoè jekk ġewx approvati jew le? F'kull każ tista' tgħid kemm tħallas s’issa mill-Fondi Ewropej fuq kull proġett jew inizjattiva approvata f'Għawdex?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-applikazzjonijiet li saru mill-Ministeru għal Għawdex u li ġew approvati għall-Programm tal-Fondi Ewropej (2014-2020).
Ta’ min wieħed isemmi li Għawdex se jkompli jibbenefika wkoll minn numru ta’ proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea li se jgawdu minnhom kemm il-Maltin kif ukoll l-Għawdxin.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ ħaddiema Għawdxin li qed jaħdmu Malta minkejja li huma mpjegati mal-Gvern jew xi Awtorità, entità jew korporazzjoni governattiva jew fejn il-Gvern għandu l-maġġoranza tal-ishma? Ma’ liema dipartimenti, awtorità jew korporazzjonijiet jaħdmu dawn il-ħaddiema?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jiċċara aktar fid-dettal il-mistoqsija tiegħu.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema li huma impjegati ma’ kuntratturi u mhux mal-Gozo Channel li qed jaħdmu ma’ din l-istess kumpanija? Tista' tgħid x'tip ta' xogħol qed jagħmlu dawn il-ħaddiema u kemm hemm kuntratturi differenti li joffru servizz ta' ħaddiema lil Gozo Channel? Tista' tgħid f'kull każ jekk dawn il-kuntratturi ħadux il-kuntratt b'direct order jew inkella permezz ta' proċess kompetittiv? Kemm ammonti ta' flus ħarġet il-Gozo Channel, lil dawn il-kuntratturi biex jipprovdu dan is-servizz ta' ħaddiema lil Gozo Channel mill-2013 sal-lum, sena b'sena?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif elenkata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ Numru 3024 - Gozo Channel Co Ltd - Kuntratti ta' Servizzi.pdf
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jitwaqqa’ l-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar fir-Rabat, Għawdex u jerġa’ jinbena fl-istess sit? Jista' jgħid jekk hux se jkun hemm car park inkorporat fil-binja l-ġdida biex iservi għall-ħaddiema u klijenti tal-istess Awtorità? Jekk le x’inhi r-raġuni għaliex mhux se jsir car park għall-ħaddiema u nies li jagħmlu użu mis-servizzi tal-Awtorità fil-binja l-ġdida proposta? Jista' jgħid jekk saritx evalwazzjoni ta' siti oħra ġewwa Għawdex fejn setgħu jinbnew uffiċċji ġodda tal-Awtorità tal-Ippjanar u jekk iva fejn u għala ma ntgħażlux dawn is-siti? Jista' jgħid kif intgħażel il-perit biex iħejji l-pjanti u jagħmel l-applikazzjoni? Jista' jgħid jekk ħarġitx tender jew expression of interest għall-għażla tal-Perit u jekk le għaliex ma nħarġitx?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar fir-Rabat, Għawdex se jitwaqqa’ u jerġa’ jinbena fl-istess sit. Il-binja l-ġdida se tkun qed tinkorpora parkingta’ 5 karozzi fil-livell ta’ basement, maħsuba għall-karozzi tal-Awtorità.
L-Awtorità ma kkunsidratx siti oħra għar-raġuni li xtaqet tagħti ħajja ġdida lil din il-binja, billi tiżviluppaha mill-ġdid. B’dan il-proġett, dan il-bini se jkun l-ewwel bini pubbliku f’Għawdex mibni bħala carbon neutral building, se tiżdied il-floor area u l-uffiċini se jkunu aċċessibli għal kulħadd.
Il-Perit li ġie mqabbad biex iħejji l-pjanti u jagħmel l-applikazzjoni, intgħazel wara sejħa għall-offerti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu care orders matul is-snin mill-2011 sal-lum, sena b'sena? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu f'Malta u kemm minnhom kienu f'Għawdex? Jista' jgħid preżentament kemm hemm tfal li huma bil-care order u fejn qed jingħataw kenn dawn it-tfal?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi bejn l-2011 u l-2018, sal-lum, in-numru ta’ Ordni għal Ħarsien (Care Orders) kien hekk kif ġej;
Care Orders
maħruġin mill-Aġenzija Appoġġ
Care Orders
maħruġin mill-Aġenzija AWAS
Sena
Malta
Għawdex
Sena
Malta
2011
51
0
2011
25
2012
34
0
2012
107
2013
33
0
2013
341
2014
27
0
2014
80
2015
21
1
2015
44
2016
9
0
2016
16
2017
12
2
2017
7
2018
2
0
2018
1
Sal-lum, 10 ta’ Jannar 2018, hemm 267 minuri protetti b’Ordni għal Ħarsien maħruġa mill-Aġenzija Appoġġ, u Ordni għal Ħarsien waħda maħruġa mill-Aġenzija AWAS.
Dawn qed jingħataw kenn kif ġej:
· Foster Care – 106
· Specialised Foster Care – 13
· Residential care – 92
· Re-integrati mal-familja naturali tagħhom – 44
· Placements oħra ma’ qraba imma mhux fostering – 12
· Dar il-Liedna - 1
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li ġew fostered kull sena mis-sena 2011 sal-lum? Jista' jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' tfal li qed jiġu fostered u f'kemm-il familja li qed jagħmlu fostering, jinsabu dawn it-tfal? Kemm minn dawn jinsabu f'Malta u kemm f'Għawdex?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, t-tagħrif mitlub minnu huwa skont kif jidher fit-tabelli t’hawn taħt. In-numru ta’ tfal illi ġew fostered bejn l-2011 u l-2017 huwa kif ġej:
Sena
Ammont ta’ tfal li ġew
fostered
kull sena
(każijiet ġodda)
Total ta’ tfal
fostered
sa dik is-sena
2011
60
259
2012
50
281
2013
26
251
2014
28
238
2015
16
216
2016
7
211
2017
26
234
Fil-preżent n-numru ta’ tfal fostered jammonta għal 234, li qed jirrisjedu ma’ 198 –il foster family.
Filwaqt li f’Malta għandna 216 –il tifel u tifla li qed jiġu fostered, f’Għawdex għandna fil-preżent, 18 –il tifel u tifla f’foster families. In-numru ta’ foster families f’Malta, jammonta preżentament għal 181, filwaqt li f’Għawdex in-numru ta’ foster families huwa ta’ 17.
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni gawdew mis-sistema tal-parole, kull sena, fis-snin 2015, 2016 u 2017? Jista' jgħid minn dawn il-persuni kemm minnhom bdew igawdu mill-parole eżatt f'nofs is-sentenza tagħhom u kemm minnhom aktar tard minn nofs is-sentenza? Dawk li ngħataw il-parole wara li kienu skontaw iżjed minn nofs is-sentenza, x'kienet ir-raġuni?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Regulator for Energy and Water Services – deċiżjonijiet regolatorji kontestati quddiem l-Administrative Review Tribunal
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilu li twaqqaf ir-Regulator for Energy and Water Services sal-lum, sena b’sena, kemm-il deċiżjoni regolatorja ġiet ikkontestata quddiem l-Administrative Review Tribunal? Kemm minnhom ġew deċiżi minn dan it-Tribunal? Jista' jgħid kemm minn dawn id-deċiżjonijiet tar-Regolatur kienu dwar l-impożizzjoni ta’ penali u kemm minnhom b'xi forma oħra ta’ sanzjoni?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma twaqqaf bħala entità li tirregola l-enerġija u l-ilma fil-31 ta’ Lulju 2015.
Sal-ġurnata tal-lum, ġew appellati quddiem it-Tribunal ta' Revizjoni Amministrattiva żewġ deċiżjonijiet tar-Regolatur. Dawn l-appelli lkoll jittrattaw każijiet dwar l-enerġija u t-tnejn li huma ġew appellati fis-sena 2016. Ġie deċiz każ wieħed minnhom fis-sena 2017, li minnu ma sarx appell ulterjuri quddiem il-Qorti tal-Appell. Il-każ l-ieħor għadu
sub judice
. Kien dan il-kaz tal-aħħar biss li jittratta dwar l-impożizzjoni ta’ penali amministrattiva.
Jista’ l-Ministru jgħid, sena b’sena, min kienu ċ-chairman u l-membri tal-Bord tal-Malta Resources Authority (MRA), minn meta din twaqqfet sal-lum? Jista' jgħid kemm kien il-perijodu tal-ħatra ta’ kull membru, u jekk tul il-perijodu tal-ħatra kienx hemm xi membru li rreżenja jew twarrab mill-kariga?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Regolatur tas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma – deċiżjonijiet ikkontestati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ikkontestati deċiżjonijiet tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma quddiem l-Administrative Review Tribunal? Kemm minn dawn kienu jittrattaw dwar is-settur tal-enerġija u kemm dwar dak tal-ilma? Jista’ jgħid kemm il-każ ġie deċiż u kemm minnhom ġew appellati quddiem il-Qorti tal-Appell, sena b’sena?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma twaqqaf bħala entità li tirregola l-enerġija u l-ilma fil-31 ta’ Lulju 2015.
Sal-ġurnata tal-lum, ġew appellati quddiem it-Tribunal ta' Revizjoni Amministrattiva żewġ deċiżjonijiet tar-Regolatur. Dawn l-appelli lkoll jittrattaw każijiet dwar l-enerġija u t-tnejn li huma ġew appellati fis-sena 2016. Ġie deċiz każ wieħed minnhom fis-sena 2017, li minnu ma sarx appell ulterjuri quddiem il-Qorti tal-Appell . Il-każ l-ieħor għadu
sub judice
.
Fis-sena 2015 ġie deċiż appell mit-Tribunal ta' Revizjoni Amministrattiva, li kien saru minn deċiżjoni tal-Awtorità ta' Malta Dwar Ir-Rizorsi, meta din kienet għada l-awtorità kompetenti għar-rigward tar-regolamentazzjoni tas-settur tal-enerġija. L-appell mid-deċiżjoni kien sar fis-sena 2013 u minnu ma sar ebda appell ulterjuri quddiem il-Qorti tal-Appell.
Fis-sena 2016 ġew deċiżi żewġ appelli mit-Tribunal ta' Revizjoni Amministrattiva, li kienu saru minn deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Malta Dwar Ir-Rizorsi, meta din kienet għada l-awtorità kompetenti għar-rigward tar-regolamentazzjoni tas-settur tal-enerġija. L-appelli mid-deċiżjonijiet kienu saru fis-sena 2014 u minnhom ma sar ebda appell ulterjuri quddiem il-Qorti tal-Appell.
Ir-Rabat u Santa Luċija Kerċem Għawdex – Triq il-Qasam San Ġorġ – kisi ta’ tarmak
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li tingħata t-tieni kisja ta' tarmac (il-wiċċ) fi Triq Qasam San Ġorġ bejn ir-Rabat u Santa Luċija Kerċem Għawdex, liema xogħol sar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u dan skont risposta mogħtija mill-Ministru għal Għawdex, u dan peress li din it-triq ilha għal diversi xhur b’kisja waħda u hemm ammont ta’ tappiera perikolużi li huma ‘l fuq mil-livell tat-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ppjanat li ssir network ta’ distribuzzjoni tal-ilma tat-tieni klassi magħruf bħala New Water fit-triq imsemmija. Għaldaqstant l-aħħar saff ta’ tarmak ser jingħata wara li titlesta s-sistema ta’ distribuzzjoni tal-ilma tat-tieni klassi. Din is-sistema ser issir b’fondi mill-Unjoni Ewropea.
Għawdex – Ingombru ta’ bankini – Ċitazzjonijiet maħruġa mill-pulizija eżekuttivi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet mill-Pulizija Eżekuttiva għall-ingombru ta' bankini minn vetturi matul is-sena 2017 f'Għawdex? Jista' jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet mill-Pulizija Eżekuttiva għall-ingombru ta' bankini minn persuni permezz ta' oġġetti oħra li mhumiex vetturi matul is-sena 2017 f'Għawdex? Jista' jaqsam dawn iċ-ċitazzjonijiet skont il-lokalitajiet f'Għawdex?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2017 u sat-8 ta' Jannar 2018, il-Pulizija ġewwa Għawdex ħarġet total ta' tmenin (80) ċitazzjoni jew ticket għall-ingombru ta' bankini minn vetturi. Fl-istess perjodu ħarġet tlett (3) ċitazzjonijiet għall-ingombru ta' bankini minn persuni permezz ta' oġġetti oħra li m’humiex vetturi fl-istess perjodu. Tabella tal-lokalitajiet fejn inħarġu dawn iċ-ċitazzjonijiet jew tickets tinsab hawn taħt:
Lokalita
Ingombru b'vetturi
Matul is-sena 2017 u sat-8 ta' Jannar 2018
Ingombru b'oggetti ohra
Matul is-sena 2017 u sat-8 ta' Jannar 2018
Marsalforn
4
3
Nadur
11
NIL
Victoria
63
NIL
Xewkija
2
NIL
Total
80
3