Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #3222 Sitting 75 2018-01-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex: petrol u diesel użat għall-karozzi tal-Ministru

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li tuża l-istess Ministru, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Diċembru 2017? Tista’ tgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sa Diċembru 2017?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #3223 Sitting 75 2018-01-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem Għawdex – inawgurazzjoni tad-Dar tal-Anzjani

Question

Tista’ l-Ministru tindika meta mistenni li tiġi inawgurata u allura tilqa’ l-ewwel residenti fiha, id-Dar tal-Anzjani f’Għajnsielem, Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 1495.
Leg 13 PQ #3224 Sitting 75 2018-01-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – direct orders

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw direct orders fl-2013, 2014, 2015, 2016 u 2017 mill-Ministeru u d-dekasteru tagħha, inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tagħha? Tista' tgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus, globali kull sena, li ngħatat f'direct orders?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #3225 Sitting 75 2018-01-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema li jaħdmu b’reduced hours jew fuq teleworking

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm staff li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li qed jaħdmu b’reduced hours jew għandhom faċilitajiet ta’ teleworking u x’inhu l-grad tagħhom?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #3226 Sitting 75 2018-01-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – fond għal NGOs

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien il-fond tal-NGOs fil-Ministeru tagħha fis-snin 2014, 2015, 2016 u 2017? Tista' tgħid kemm ser ikun fis-sena 2018? Tista' tgħid, fis-snin 2014, 2015, 2016 u 2017 liema NGOs ibbenefikaw minn dan il-fond, kemm kien l-ammont li ngħatat kull NGO u għal liema skop? Kif tqassmu l-fondi f'kull każ, wara sejħa jew b'diskrezzjoni ta' uffiċjali tal-Ministeru?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #3227 Sitting 75 2018-01-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – runway għall-ajruplani fixed wing

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess għal runway għall-ajruplani fixed wing ġewwa Għawdex? Tista' tgħid fiex waslu l-istudji u jekk ġewx sottomessi xi applikazzjonijiet quddiem il-Planning Authority?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qed jagħmel l-eżerċizzji meħtieġa bil-għan li jistħarreġ l-possibilitajiet kollha biex jibda jintuża l-heliport.
Leg 13 PQ #3216 Sitting 74 2018-01-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Pass maħruġ mill-Gozo Channel biex persuni jaqsmu b’xejn fuq il-vapuri tal-kumpanija

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-persuni li preżentement għandhom pass maħruġ mill-Gozo Channel biex jaqsmu b'xejn fuq il-vapuri tal-kumpanija? Tista' tgħid minn dawn il-persuni min minnhom għandu d-dritt ta' priority boarding?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #3217 Sitting 74 2018-01-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Bini mill-ġdid tat-triq li mir-Rabat twassal saż-Żebbuġ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta hu maħsub li jsir ix-xogħol ta’ bini mill-ġdid tat-triq li mir-Rabat, Għawdex twassal saż-Żebbuġ f’Għawdex u dan peress li partijiet minn din it-triq jinsabu fi stat perikoluż?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal din it-triq partikolari l-Ministeru ħass li l-ewwel kellu jindirizza l-isfida tal-ħajt tat-triq, li huwa fi stat perikoluż.
Leg 13 PQ #3218 Sitting 74 2018-01-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – manutenzjoni ta’ area f’Wied il-Għasri

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li għadha mhux irranġata l-area f’Wied il-Għasri fejn jipparkjaw diversi persuni, għaddasa u għawwiema peress li din ilha ma tingħata manutenzjoni tant li l-wiċċ spiċċa kważi għal kollox u hemm biss tajn u trab fejn jiġu pparkjati l-vetturi?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Il-Ministeru qed iħejji pjan ħolistiku biex jesplora il-potenzjal ta’ din iż-żona.

Għawdex – studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fi skejjel primarji tal-Gvern f'Għawdex u kif inhuma maqsuma dawn l-istudenti f'kull skola primarja f'Għawdex? Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fi skejjel primarji tal-Knisja f'Għawdex u kif inhuma maqsuma f'kull skola dawn l-istudenti? Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fi skejjel sekondarji tal-Gvern f'Għawdex u kif inhuma maqsuma dawn l-istudenti f'kull skola? Jista' jgħid kemm hemm studenti fi skejjel sekondarji tal-Knisja f'Għawdex u kif inhuma maqsuma f'kull skola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fiż-żewġ tabelli li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kif se nsemmi: Tabella 'A' - studenti li jattendu fl-Iskejjel tal-Istat f'Għawdex, kemm dawk tal-Primarja kif ukoll tas-Sekondarja Tabella 'B' - studenti li jattendu fl-Iskejjel tal-Knisja f'Għawdex, kemm dawk tal-Primarja kif ukoll tas-Sekondarja

Għawdex – Każijiet li nvolvew il-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid, matul is-snin 2015, 2016 u 2017, sena b'sena: i) kemm-il serqa ġiet irrappurtata mal-Pulizija f’Għawdex u kemm minnhom ġew solvuti? ii) kemm-il persuna nqabdet tittraffika d-droga f'Għawdex u kemm minnhom ġew imressqa l-Qorti? iii) kemm-il persuna taħt l-età nqabdet f'diskoteki jew f'postijiet fejn huma pprojbiti? iv) kemm-il persuna nqabdet tpejjep f'postijiet ipprojbiti u kemm minnhom tressqu l-Qorti jew quddiem Tribunal?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta' serq li ġie rrapurtat mal-Pulizija ta' Għawdex skond is-sistema kompjuterizzata tal-Korp fis-snin 2015, 2016 u 2017 kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. It-tabella tinkludi wkoll il-każijiet kollha li ġew solvuti fl-istess snin. Sub Class of theft 2015 2016 2017 Grand Total Statistics Section 276 259 234 769 Solved cases 68 42 27 137 Fl-istess snin l-ammont ta' persuni li nqabdu jittraffikaw id-droga f'Għawdex kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt, li tinkludi wkoll l-ammont ta' każijiet fejn tressqu dawk suspettati u dawk li għad iridu jittressqu malli jkun hemm il-kunsens. Sena Numru ta' Persuni li nqabbdu jittraffikaw id-droga Numru ta' Persuni li tressqu quddiem il-Qorti Numru ta' persuni li ghad iridu jittressqu 2015 9 7 2 2016 4 2 2 2017 10 5 5 Infurmat illi kien hemm persuna waħda taħt l-età li nqabdet f'post fejn huwa pprojbit, f'dan il-perjodu. Dwar persuni li nqabdu jpejjpu f'postijiet pprojbiti kien hemm tnejn, persuna waħda fis-sena 2015 u oħra fis-sena 2017. Iż-żewġ persuni tressqu il-Qorti.
Leg 13 PQ #3221 Sitting 74 2018-01-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – bini ta’ yacht marina u cruise liner terminal

Question

Tista’ l-Ministru tagħti rendikont fiex waslu t-taħditiet rigward yacht marina u cruise liner terminal li kienu mwegħda fil-programm elettorali tal-partit fil-Gvern għall-elezzjoni tal-2013, li ssemmew diversi drabi fid-diskors tal-budget u li kienu tħabbru b'tant pompa fil-leġiżlatura li għaddiet? Tista' tgħid meta hu ppjanat li jiġu konklużi d-diskussjonijiet u jekk dan il-proġett importanti għal Għawdex ġiex imwarrab jew le?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 1506

Fondi tal-Unjoni Ewropea – applikazzjonijiet minn kumpaniji privati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’applikazzjonijiet saru minn kumpaniji privati għall-Fondi tal-Unjoni Ewropea mill-Baġit 2014-2020? Tista' tgħid taħt liema programmi saru dawn l-applikazzjonijiet u f'kull każ għal xiex kellhom jintużaw il-fondi Ewropej? Tista’ l-Ministru tgħid f’liema stadju waslu l-applikazzjonijiet minn dawn il-kumpaniji privati u ċjoè jekk ġewx approvati jew le? Tista' tgħid dawk li ġew approvati liema kienu u x'inhu l-persentaġġ li joħorġu mill-Fondi tal-Unjoni Ewropea u mill-Gvern Malti u telenka f’kull każ l-isem tal-kumpanija benifiċjarja?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inizjattiva Business Enhance ERDF Grant Schemes hija ffinanzjata taħt il-Programm Operattiv I Politika ta’ Koeżjoni 2014-2020 b’ko-finanzjament ta’ 80% mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u 20% mill-Fondi Nazzjonali. Ġew approvati 109 applikazzjonijiet taħt is-sitt skemi ta’ għajnuna li kienu mnedija taħt din l-inizjattiva. L-informazzjoni dwar l-ismijiet tal-intrapriżi benefiċjarji qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra u jinsabu wkoll fuq il-website: http://businessenhance.gov.mt/en/schemes/Pages/General-Information-.aspx.

Kawżi kontra l-awtoritajiet tas-saħħa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f’dawn l-aħħar 10 snin kemm saru kawżi kontra l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika fejn intalab rifużjoni ta’ spejjeż u danni, minn pazjenti li minħabba li ma ngħatawx kura medika mill-awtoritajiet tas-saħħa lokali kellhom iħallsu għal din il-kura privatament? Minn dawn il-kawżi, kemm minnhom ġew deċiżi favur il-pazjent? Kemm hu l-ammont ta’ flus li ġew rifużi lura lill-pazjent għal spejjeż u danni li sofrew?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma kien hemm l-ebda kawża li nfetħet f’dawn l-aħħar 10 snin kontra l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika fejn intalab rifużjoni ta’ spejjeż u danni minn pazjenti li marru biex jieħdu kura privatament minħabba li ma ngħatawx kura medika mill-awtoritajiet tas-saħħa lokali.

Kawżi minn pazjenti kontra tobba, speċjalisti jew konsulenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm f’dawn l-aħħar 10 snin saru kawżi minn pazjenti kontra tobba, speċjalisti jew konsulenti oħra fil-qasam tas-saħħa pubblika? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-kawżi ġew deċiżi favur il-pazjenti? F’każ Ii ġew deċiżi favur il-pazjenti, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li ġie akkordat mill-Qorti li għandu jitħallas lil dawn il-pazjenti, sew personalment u sew mill-professional insurance?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’dawn l-aħħar għaxar snin infetħu sittax –il każ kontra tobba u speċjalisti. Minn dawn kien hemm tlieta illi għaddew in ġudikat. Minn dawn it-tlieta f’kaz wieħed biss il-Qorti iddeċidiet favur il-pazjent. Dan il-każ kien infetaħ fl-2009.
Leg 13 PQ #3213 Sitting 73 2018-01-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Policy dwar dritt għal free pass għall-użu tal-Gozo Channel

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-policy li kienet saret fi żmien il-Gvern Nazzjonalista u li kienet pubblikata fuq il-website tal-Gozo Channel dwar min għandu dritt għal free pass biex juża l-vapur tal-Gozo Channel ġietx mibdula? Jekk ġiet mibdula, meta ġiet mibdula u fejn ġiet pubblikata? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policy dwar min għandu dritt għal dan il-pass kif kienet fi żmien Gvern Nazzjonalista u kopja tal-policy kif inhi llum? Tista' tara li din il-policy terġa' titpoġġa fuq il-website tal-Gozo Channel minn fejn kienet tneħħiet fil-leġiżlatura l-oħra?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #3214 Sitting 73 2018-01-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – xogħlijiet li saru mir-Roads Department

Question

Tista’ l-Ministru tgħid, bejn Marzu 2013 sal-lum, liema xogħlijiet saru f’kull waħda mill-14-il lokalità f’Għawdex mir-Roads Department li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha? Tista’ telenka dawn ix-xogħlijiet lokalità b’lokalità? F'kull każ, ix-xogħol sar wara talba tal-kunsill lokali konċernat jew fuq inizjattiva tal-Ministeru jew Dipartiment tagħha?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #3215 Sitting 73 2018-01-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ħaddiema f’Kemmuna

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif u għal liema raġuni l-ħaddiema f'Kemmuna żdiedu minn tlieta f'Novembru 2015 għal 11 f'Ottubru 2017 u dan kif jirriżulta minn risposta għall-mistoqsija parlamentari 21169 li ngħatat fl-24 ta’ Novembru 2015 fejn kien intqal li hemm tliet ħaddiema mill-Ministeru għal Għawdex li jaħdmu f’Kemmuna u mir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1895 datata 20 ta’ Ottubru 2017 fejn intqal li hemm 11-il ħaddiem jaħdem f'Kemmuna? Tista’ l-Ministru tgħid x'tip ta’ xogħol qed isir bħalissa minn dawn il-ħaddiema ġewwa Kemmuna?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 1895.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f’Għawdex – livell ta’ melħ fl-ilma tax-xorb

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-livell ta’ melħ fl-ilma tax-xorb ipprovdut mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f’Għawdex hux qed ikun hemm moniteraġġ tiegħu? Kull kemm isir tali moniteraġġ u f’liema lokalitajiet Għawdxin qed isir? Jista’ jagħti r-riżultati tat-testijiet li saru bejn Marzu 2013 sa Diċembru 2017 li jindikaw il-livell ta’ melħ fl-ilma tax-xorb f’kull lokalità Għawdxija?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-laboratorju fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma janaliżża l-parametru tal-chlorides (li hu l-parametru li jindika l-livell ta’ melħ) kull xahar minn kull villaġġ f’Għawdex. Ir-riżultati tat-testijiet mitluba li saru bejn Jannar 2013 u Diċembru 2017 qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #3172 Sitting 72 2018-01-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji — każijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1829, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet li jirrelataw għal kwistijonijiet li qamu qabel April 2016 s’issa ġew deċiżi mill-Arbitru? Fir-rigward tal-każ li għalih saret referenza fl-imsemmija tweġiba fejn allura diveri każijiet ġew miġbura f’każ wieħed peress li jirrelataw għall-istess mertu, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-istatus ta’ dan il-każ?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, b’riferenza għat-tweġiba mressqa mill-istess interpellant għall-mistoqsija numru 1829, 35 każ minnhom kienu jirrelataw ilmenti dwar imġieba tal-provditur tas-servizz finanzjarju li seħħet qabel April 2016. Fir-rigward ta’ dawk l-ilmentaturi li l-każ tagħhom jirrelata għall-istess mertu, il-proċess ta’ investigazzjoni qiegħed fi stadju avvanzat u d-deċiżjoni se tingħata dalwaqt.