Tender għall-bini ta’ Enterprise Hub fil-qasam industrijali tax-Xewkija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li t-tender eCT2226/2016 'Tender for the Professional Services of Project Management and Other Supporting Services for the Construction of an Enterprise Hub at Xewkija Industrial Estate' ġiet ikkanċellata? Jista’ jgħid jekk it-tender ħarġitx mill-ġdid u jekk le meta hu maħsub li terġa’ toħroġ? Peress li f’dawn l-aħħar ġranet beda x-xogħol infrastruturali, jista’ jgħid min qed jieħu ħsieb ix-xogħol?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Tender CT2226/2016 ġie ikkanċellat a bażi t’Artiklu 18.3 (a) tal-General Rules Governing Tendering v1.14.
It-tender mhux se jerġa jiġi ppublikat peress li xogħol ingħata lil Med Design Associates permezz ta’ Negotiated Procedure skond Regulation 154 (1)(a) ta’ LN 352 ta’ 2016.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhi r-raġuni li f’dawn l-aħħar xhur, ix-xogħol fuq l-iskola ta’ Barts f'Għawdex kważi waqaf għal kollox? Min hu responsabbli mill-bini ta' din l-iskola? Meta hu maħsub li titlesta l-iskola ta’ Barts u tibda tintuża mill-istudenti?
Għawdex — Construction and Maintenance Unit u Directorate for Projects and Development – concrete mesh u rods
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intużaw concrete mesh u rods mill-Construction and Maintenance Unit u mid-Directorate for Projects and Development mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data ta’ meta ġiet intavolata din il-mistoqsija parlamentari? Fuq liema proġetti ntużaw u kemm intuża fuq kull proġett? Tista' tgħid fuq kull proġett min kienet il-persuna li ordnat il-concrete mesh u rods u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntuża dan l-ammont?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm nies b’kollox mad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha li jaħdmu fuq it-tindif u żamma fi stat tajjeb tal-bajjiet ta’ Għawdex? Tista’ tgħid x’inhu l-grad ta’ dawn il-persuni u kif inhuma mqassmin f’kull bajja li hemm f’Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li hemm 57 impjegat li qegħdin jaħdmu fuq it-tindif u żamma fi stat tajjeb tal-bajjiet ta’ Għawdex matul is-sena kollha. Uħud minn dawn u numru ta’ impjegati f’sezzjonijiet oħra jiġu msejħa biex jaqdu dmirijiethom f’Kemmuna fis-sajf skont l-esigenzi tal-Ministeru. F’dan ir-rigward nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 1895. Id-dettalji qed jiġu ppreżentati fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex – Dipartimenti u entitajiet – sejħiet għall-postijiet/pożizzjonijiet vakanti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum kemm inħarġu sejħiet biex jimtlew postijiet/pożizzjonijiet vakanti fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha? Tista’ tgħid f kull każ kif dawn inħarġu u ċjoè jekk inħarġux l-ewwel bħala sejħa interna jew inkella nħarġux għall-applikazzjonijiet minn barra mill-ewwel? Liema minn dawn il-postijiet kienu vakanti u liema le? Għal kull applikazzjoni, kemm kien hemm applikazzjonijiet, kemm minnhom kienu ineleġibbli u għaliex? Liema kienu dawk il-postijiet li mtlew s’issa u meta ġew mimlija?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra. L-Onor. Interpellant japprezza wkoll li din it-tweġiba tirrikjedi ammont sostanzjali ta’ ħin u riżorsi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sala mibnija reċentament li kellha tintuża bħala Orthopaedic Unit ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex hijiex tintuża għal dan l-iskop u jekk le għal xiex qed tintuża bħalissa u għala mhijiex tintuża bħala Orthopaedic Unit? Kemm kienet l-ispiża biex inbniet u ġiet mgħamra bl-apparat din is-sala?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-nefqa totali tal-Orthopedic Unit ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex hija ta’ €450,000. Bħalissa qiegħed isir ir-reklutaġġ ta’ staff sabiex titħaddem din il-unit.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – Ix-Xewkija Għawdex – Triq Pitkalija — awtorizzazzjoni għat-tbattil ta’ materjal iġġenerat minn irziezet tal-baqar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma hux qed tawtorizza li jsir tbattil sostanzjali ta’ materjal iġġenerat minn irziezet tal-baqar f'tappiera f’tarf tat-Triq Pitkalija fix-Xewkija, Għawdex? Jekk le x'azzjoni qed tieħu l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex dan l-att ma jibqax isir?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma m’għandiex il-mandat li tawtorizza li jsir tbattil ta’ materjal iġġenerat minn irziezet tal-baqar fit-tappiera proprjetà tagħha.
Għalliema, Kinder Garden Assistants u Facilitators – xogħlijiet differenti mill-job description
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Għalliema, Kinder Garden Assistants u Facilitators li jagħmlu xogħol differenti mill-job description tagħhom (alternative duties)? Jista jgħid kemm hemm minnhom li huma Għawdxin u kemm minnhom huma Maltin kif ukoll x’tip ta’ xogħol qed jagħmlu bħalissa kemm ilhom jagħmlu dan ix-xogħol u x’ħinijiet qed jaħdmu u x’pagi għandhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ ħaddiema li jagħmlu xogħol differenti mill-job description tagħhom (alternative duties) fil-gradi indikati mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
· 27 għalliem li minnhom 25 huma Maltin u 2 Għawdxin bil-paga tvarja bejn €21,485 u €26,618;
·
Instructor
Malti li għandu paga ta’ €21,777;
· 3
Kindergarten Assistants
Maltin li għandhom paga ta’ €17,968 rispettivament;
·
1 Kindergarten Assistant II
Maltija li l-paga tagħha hi ta’ €19,150;
·
2 Learning Support Assistants I
Għawdxin b’paga li tvarja bejn €14,268 u €14,864;
·
Learning Support Assistant II
Għawdxi b’paga ta’ €21,369;
·
4 Supply Learning Support Assistants
, li minnhom 2 huma Għawdxin u 2 Maltin, b’paga li tvarja bejn €13,970 u €15,758;
·
Supply Teacher (indefinite)
Malti li għandu paga ta’ €21,369;
Dawn il-ħaddiema kollha qed jagħmlu xogħol amministrattiv u jaħdmu ħinijiet tal-uffiċċju.
L-impjegati ilhom bejn sena u sitt snin jagħmlu dan ix-xogħol. Hemm impjegat wieħed li ilu 20 sena jagħmel xogħol alternattiv.
Tista’ l-Ministru tgħid xi pjanijiet hemm għal korsa taż-żwiemel ġewwa Ta' Xħajma f'Għawdex? Tista’ tgħid fiex waslu l-pjanijiet u kemm hu ppjanat li jiġi jiswa dan ix-xogħol, u tgħid kif dan ix-xogħol hu ppjanat li jkun iffinanzjat?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru qed jistudja options differenti għal iżvilupp li jista jsir fil-korsa taż-żwiemel u ovvjament irid ikun kompattibbli ma’ dan l-isport.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess dwar il-proġett imħabbar permezz ta' konferenza stampa f'Settembru li għadda ta' Park and Ride ġewwa Għawdex minn u lejn l-Imġarr? Tista' tgħid meta hu ppjanat li jibda jiffunzjona dan il-Park and Ride?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 3156
Tista' l-Ministru tikkonferma li 10% tal-Fondi Ewropej għall-perjodu ta' finanzjament 2014-2020 se jintefqu fuq proġetti u inizjattivi f'Għawdex? Tista' tgħid issa li għaddew erba’ snin minn dan il-perjodu ta’ finanzjament (2014-2020) kemm intefqu minn dawn il-fondi f'Għawdex u fuq liema proġetti jew inizjattivi ntefqu? Tista' tgħid kemm intefqu fuq kull proġett jew inizjattiva u l-ammont li kien ġej minn fondi tal-Unjoni Ewropea u l-ammont li kien ġej minn fondi nazzjonali? Tista' tgħid liema proġetti jew inizjattivi hemm approvati u dawk li għadhom għaddejjin jew għad iridu jibdew? F'kull każ, tista' tgħid kemm hu maħsub li jkun il-ko-finanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (DALLI, HELENA)
Nikkonferma lill-Onor. Interpellant li dan il-Gvern ikkommetta li jonfoq 10% tal-Fondi Ewropej għal Għawdex kif kien sar għall-perjodu 2007-2013.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra informazzjoni dwar proġetti approvati s’issa li qed ikunu implimentati direttament f’Għawdex taħt il-Programm tal-Fondi Ewropej (2014-2020). Il-kofinanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropea huwa ta’ tmenin fil-mija.
Infakkar li Għawdex se jkompli jibbenefika wkoll minn numru ta’ proġetti oħra kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea li se jgawdu minnhom kemm il-Maltin kif ukoll l-Għawdxin. L-Onorevoli Interpellant japprezza li f’dan l-istadju ta’ implimentazzjoni għadu kmieni sabiex wieħed jikkalkula eżatt l-ispiża minn dawn il-proġetti li tkun relatata ma’ Għawdex.
Attachments:Copy of Tabella PQ 3236_Ghawdex Progetti u inizjattivi b Fondi Ewropej.xlsx
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' fuel li nxtara mill-kumpanija Gozo Channel kull sena, sena b' sena, fis-snin 2012, 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017? Tista' tgħid kemm kien l-ammont totali li tħallas kull sena għal dan il-fuel f'dawn is-snin indikati?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li minħabba n-natura kummerċjali u sensittiva tal-informazzjoni mitluba l-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd hi prekluża milli tagħti tali informazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li f'dawn l-aħħar ġimgħat ma għadhomx isiru vjaġġi lejn Malta tal-likwidu tal-baqar (farming water/demel tal-baqar) kollha ta’ Għawdex? Jista’ jgħid fejn għal dawn l-aħħar ġimgħat ir-raħħala Għawdxin kienu qed jitfgħu dan il-likwidu tal-baqar (farming water/demel tal-baqar) iktar u iktar li qegħdin fl-istaġun tax-xitwa u l-volum ikun ferm akbar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-vjaġġi tad-demel likwidu tal-baqar minn Għawdex għal Malta kien servizz imwaqqaf fuq bażi temporanja, jigifieri sakemm jkun bjonnjuż u rikjest u għal dawk ir-raħħala li volontarjament xtaqu jgħamlu użu minn dan is-servizz. Għal dawn l-aħħar ġimgħat, ir-raħħala Għawdxin m'urewx ix-xewqa jew il-bzonn ta’ dan is-servizz u għalhekk waqaf sakemm jerġa jiġi rikjest. L-istaġun tax-xitwa m’għandux ikun raġun ta żieda fil-volum tad-demel tal-baqar.
Tista' l-Ministru tgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol ta' restawr fuq il-proġetti indikati, min ser jagħmel dan ix-xogħol, kif intgħażel min se jagħmel dan ix-xogħol u kemm se jiswa kull wieħed minn dawn il-proġetti:
- restawr taċ-Ċimiterju tal-Pesta fix-Xagħra;
- restawr tan-niċċa fi Triq is-Sellum fix-Xagħra; u
- restawr tal-istatwa ta' San Pawl f'Marsalforn?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma hux involut fix-xogħol ta’ restawr fuq il-proġetti msemmija.
Xlendi – tender għall-baga akbar għall-cruise liners
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk it-tender għal baga akbar għall-cruise liners fix-Xlendi, li skont risposta li ngħatat fil-Parlament kien qed jiġi abbozzat f'Ottubru 2016, issa wara aktar minn sena ġiex ippubblikat u jekk intgħażilx min se jagħmel dan ix-xogħol? Meta hu maħsub li din il-baga tkun lesta u meta hu ppjanat li jorbtu magħha l-ewwel cruise liners? Kemm hu ppjanat li jidħlu cruise liners ġewwa x-Xlendi matul l-2018?
Terminal taċ-Ċirkewwa u terminal tal-Imġarr – għoti ta’ kirjiet/konċessjonijiet mill-kumpanija Gozo Channel
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’kirjiet jew konċessjonijiet tat il-kumpanija Gozo Channel fit-terminal taċ-Ċirkewwa u fit-terminal tal-Imġarr? Tista’ tgħid kif ingħataw dawn il-kirjiet jew konċessjonijiet? Min ingħata dawn il-kirjiet jew konċessjonijiet? Kemm hu l-ħlas li qed isir? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta’ kirjiet jew konċessjonijiet oħra?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Copy of PQ 3230 Kirjiet - Konċessjonijiet mill-Gozo Channel_Tabella.pdf
Għawdex — Construction and Maintenance Unit u Directorate for Projects and Development – użu ta’ bricks
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intużaw bricks mill-Construction and Maintenance Unit u mid-Directorate for Projects and Development mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data ta’ meta ġiet intavolata din il-mistoqsija parlamentari? Fuq liema proġetti ntużaw u kemm intużaw bricks fuq kull proġett? Tista' tgħid fuq kull proġett min kienet il-persuna li ordnat il-bricks u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntuża dan l-ammont?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Għawdex — Construction and Maintenance Unit u Directorate for Projects and Development – użu ta’ soft tone
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intużaw soft stone (kantun) mill-Construction and Maintenance Unit u mid-Directorate for Projects and Development mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data ta’ meta ġiet intavolata din il-mistoqsija parlamentari? Tista' tgħid fuq liema proġetti intużaw u kemm intuża fuq kull proġett? Tista' tgħid fuq kull proġett min kienet il-persuna li ordnat is-soft stone (kantun) u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntuża dan l-ammont?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk dwar il-proġett li kellu jsir fl-Għar ta’ Calypso, fix-Xagħra, ħarġux il-permessi, ħarġux it-tenders, ġewx awarded, meta hu ppjanat li jinbeda u jitlesta dan il-proġett u kemm hu ppjanat li jiġi jiswa? Tista’ tgħid, jekk hemm ħaddiema kemm tal-kuntrattur kif ukoll tal-Ministeru jaħdmu f’dan il-post, x’inhu l-grad tagħhom, x’inhu x-xogħol li qed jagħmlu u kemm ilhom stazzjonati f’dan il-post?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li bħalissa qed isir studju preparatorju relatat mat-tħejjija tat-tenders. Preżentement hemm żewġ security officers tal-kuntrattur u ilhom stazzjonati mill-1 ta’ Mejju 2017 u ħaddiem tal-Ministeru għal Għawdex li jaħdem bħala ġardinar.