Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #3516 Sitting 82 2018-02-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – kumitat jew bord — membri

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ membri ta’ kull kumitat jew bord li nħatru minn Marzu tal-2013 ‘l hawn fil-Ministeru għal Għawdex jew xi entità li taqa' taħt l-istess Ministeru? Tista' tindika kemm kienet ir-remunerazzjoni ta' kull membru fis-sena f'kull kumitat jew bord fejn dawn ma kenux bla ħlas?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità tal-Ippjanar – tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex – ħruġ ta’ permess

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) biex isir it-tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex ħariġx? Jekk le, meta saret l-applikazzjoni quddiem il-PA? Ġiet ippublikata din l-applikazzjoni u meta? Meta hu ppjanat li joħroġ il-permess? Jista’ jgħid jekk it-triq li tagħti għal Għajn Tuffieħa ġewwa l-Imġarr Malta li reċentement ġiet asfaltata, hux ser ikollha titqatta’ mill-ġdid biex tiġi mgħoddija t-trinka ta' dan it-tieni fibre optic cable?

Response (BORG, IAN)

L-Awtorita ta’ l-Ippjanar għandha quddiema applikazzjoni bin-numru PA8209/17 – “Submarine Fibre Optic Cable from Xewkija to Il-Fessej to Golden Bay to Iż-Żebbiegħ including POP room at Xewkija, laying of cable in walk-through tunnel, laying of PVC ducts in trench with regular manholes, construction of beach manhole at il-Fessej, lining of existing disused drainage outflow including HDD, laying of submarine cable to Golden Bay, construction of beach manhole at Golden Bay car park, laying of PVC ducts in trench with regular manholes to iż-Żebbiegħ, demolition of existing toilets and construction of POP room and new toilets and bus shelter at iż-Żebbiegħ”. Din l-applikazzjoni sarilha l-proċess ta’ l-is creening u bħalissa l-applikazzjoni qiegħdha fil-proċess biex tiġi vvalidata. Id-deċiżjoni fuq din l-applikazzjoni għandha toħroġ fi żmien mitt ġurnata mid-data tal-validazzjoni. Il- cable għandha tgħaddi mit-triq imsemmija. Il-permess meħtieg għat- trenching tat-triq għandu jiġi pproċessat minn Tranport Malta u ma jifformax parti mill-applikazzjoni PA8209/17. Id-Direttorat tal-Ippjanar huwa nfurmat illi t-trinka meħtieġa ġo din it-triq għandha issir fil-ġenb, mingħajr ma jkun maqluh it-tarmac ġdid u il-wiċċ tat-trinka ser jingħalaq bil-konkrit.

Bord tal-Appelli dwar ir-Riżorsi — rekords

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3148, jista' l-Ministru jgħid x’ġara minnhom ir-rekords kollha tal-Bord ta’ Appelli dwar ir-Riżorsi? Jista' jgħid fejn qed jinżammu dawn illum u min hu responsabbli minnhom?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà ntqal fit-tweġiba għal-Mistoqsija Parlamentari 3148, il-Bord tal-Appelli dwar ir-Riżorsi kien entità separata u distinta mill-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżosi u kien iżomm ir-rekords tiegħu. Dawn ir-rekords qatt ma setgħu jiġu mgħoddija lill-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi. Jiena nfurmat li t-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva li jisma’ l-appelli, jżomm l-informazzjoni min-naħa tat-Tribunal fl-arkivji tal-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.

Ambaxxaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ambaxxaturi b'kollox li jirrapreżentaw lil Malta? Kemm minn dawn huma residenti u kemm huma mhux residenti? Fost l-ambaxxaturi residenti, jista' jgħid kemm minnhom huma minn Għawdex u f’liema pajjiżi jirrapreżentaw lil pajjiżna? Jista' jgħid kemm minn dawk mhux residenti huma minn Għawdex?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 51 ambaxxatur, li minn dawn, 25 huma ambaxxaturi residenti u 26 huma ambaxxaturi mhux residenti.L-Ambaxxaturi jirrapreżentaw lil Malta li skont il-kostituzzjoni tinkludi wkoll lil Għawdex.
Leg 13 PQ #3399 Sitting 81 2018-02-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – senior management — allowances

Question

B’referenza għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 2729 u 2930, peress li ma ngħatawx tweġibiet għall-mistoqsijiet kollha, tista’ l-Ministru tgħid jekk tafx li tali tweġibiet jistgħu jiġu interpretati li uffiċjali mis-senior management tal-Ministeru għal Għawdex setgħu ngħataw xi allowance apparti dawk li huma nklużi fil-kuntratti rispettivi tagħhom? Jekk dan huwa minnu, ma taħsibx li f’ġieħ it-trasparenza, din il-Kamra għandha tkun taf x’kienu dawn l-allowances jew inkella jkun hemm risposta kategorika li dawn ma ngħataw l-ebda allowance apparti dak elenkat fil-kuntratt rispettiv tagħhom?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li l-ebda uffiċċjal mis-senior management ma ngħata xi allowance li ma hijiex inkluża fil-kuntratt rispettiv tagħhom.

Ir-Rabat Għawdex – investiment infrastrutturali f’apparat mediku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ investiment infrastrutturali sar, f'apparat mediku ġewwa ċ-Ċentru Kliniku ta' Triq Enrico Mizzi fir-Rabat, Għawdex mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid fil-preżent min hu responsabbli mit-tmexxija ta' din il-Klinika jekk huwiex il-Gvern jew il-privat u jekk mill-privat min?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent il-Gvern huwa responsabbli mit-tmexxija tal-imsemmi Ċentru Kliniku.
Leg 13 PQ #3404 Sitting 81 2018-02-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Dipartiment u entitajiet – oġġetti mħassra mill-inventarji rispettivi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid, f’kull Uffiċċju/sezzjoni ta’ kull dipartiment jew entità fid-dekasteru tagħha, kemm kien hemm oġġetti li ġew maqtugħa jew imħassra mill-inventarji rispettivi mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ x’kien l-oġġett u l-valur tiegħu u x’kienet ir-raġuni li għalih inqata’ jew ġie mħassar mill-inventarju rispettiv? F’kull każ, min kien l-uffiċjal li ta l-approvazzjoni biex l-oġġett jitħassar jew jinqata’?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #3405 Sitting 81 2018-02-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – overtime maħdum

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm inħadem overtime fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Tista’ tipprovdi din iċ-ċifra globali separatament għal kull entità/dipartiment?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Transport Malta – fondi allokati għal toroq f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm allokat fondi Transport Malta biex isiru toroq f'Għawdex matul is-sena 2017 u fejn saru dawn it-toroq? Jista' jgħid kemm inġabu fondi tal-Unjoni Ewropea tramite Transport Malta matul l-2017 biex isiru toroq f'Għawdex? Għal liema toroq inġabu dawn il-flus?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Studenti Għawdxin li qed jistudjaw Malta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti Għawdxin li qed jistudjaw Malta? Jista' jgħid f’liema istituzzjonijiet edukattivi jattendu dawn l-istess studenti Għawdxin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #3327 Sitting 80 2018-02-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Taqsima tal-Kultura

Question

Tista' l-Ministru tgħid min qed imexxi t-taqsima tal-Kultura f'Għawdex? Għaliex tneħħiet il-persuna li kienet qed tmexxi din it-taqsima sa ftit taż-żmien ilu? Kif intgħażlet il-persuna li ħadet dan il-post? Xi kwalifiki għandha din il-persuna biex tmexxi taqsima daqstant importanti għall-gżira ta' Għawdex? Tista' tgħid jekk kienx hemm persuni oħra li kienu għaddew mill-interview li kien sar għal head tal-Kultura f'Għawdex ftit tas-snin ilu u għaliex dawn ma ġewx avviċinati biex imexxu din it-taqsima?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li qed jirreferi għaliha ġiet temporanjament assenjata bħala Project Leader tal-Proġett tal-Mużew t’Għawdex li qed isir minn fondi Ewropej. Dan sar sabiex jiġi assigurat li l-proġett isir skont it-timeframes stabbiliti u minn meta ttieħdet din id-deċiżjoni li l-proġett ikollu Project Leader iffukat fuq il-proġett, il-progress kien notevoli. It-taqsima tal-Kultura, li llum taqa’ taħt id-Direttorat tat-Turiżmu, qed titmexxa mill-assistent tal-uffiċjal li kien qed imexxi din it-taqsima.

Sptar Ġenerali t’Għawdex – master plan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-master plan għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Jista’ jgħid hux se jkun hemm inkluż car park għall-karozzi u kemm se jkun jesa’ karozzi? Meta hu maħsub li jiġi approvat dan il-master plan? Jista’ jgħid x’inhi r-raġuni li minkejja li għadu ma ġiex approvat il-master plan tal-grounds tal-Isptar ta’ Għawdex, xorta saru applikazzjonijiet ġodda quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (BORG, IAN)

L-Awtorità tal-Ippjanar għandha quddiemha applikazzjoni numru PA 07491/16 li tipproponi “master-plan of the Gozo Hospital Site consisting of Major alterations, including part demolition and reconstruction, and refurbishment of existing Gozo General Hospital (Use class order 2A), to increase number of beds from 270 to 450 inclusive of all ancillary facilities. With reference to drawing (GGH-iAS-A'B-XX-A-1001) - Refurbishment of buildings 10 and 11 and demolition of buildings 12, 13, 14, 15 and 16. With reference to drawings (GGH-iAS-A'B-XX-A-1002)- New construction of buildings 17, 18, 19, 20 and 21. Reference is being made to a table, attached, showing all buildings, building types and areas.” Din l-applikazzjoni sarilha il-proċess ta’ screening u bħalissa l-Awtorità qiegħdha tistenna l-informazzjoni li ntalbet fl-iscreening letter sabiex tkun tista’ tivvalida u tibda tiproċessa din l-applikazzjoni. Skond il-pjanti li ġew sottomessi, hemm maħsub numru ta’ surface carparks li jesgħu total ta’ 521 karozza. Id-deċiżjoni fuq il-master plan għandha tittieħed fi żmien 100 ġurnata minn meta tiġi validata l-applikazzjoni, sakemm ma tintalabx sospensjoni skond Regolament 12(1) ta’ l-Avviż Legali 162/16. Apparti l-applikazzjoni għall-“master plan”, l-Awtorita ta’ l-Ippjanar għandha quddiemha applikazzjoni bin-numru PA 09895/17 li tipproponi “Demolition of part of existing hospital and erection of proposed stores”. Id-deċiżjoni fuq din l-applikazzjoni għadha pendenti. Il-lok u l-iskala tax-xogħol propost mhux meqjusa li jippreġudikaw il-“master plan”.

Tender għar-ristrutturar tad-Deep Water Quay fil-Marsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li t-tender “CT2039/2017 Refurbishment and Upgrading Works (Phase 2) at Deep Water Quay Marsa Malta” ġiet ikkanċellata? Jista’ jgħid jekk reġgħetx ħarġet it-tender mill-ġdid u jekk iva, meta tagħlaq? Jekk le, x’kienet ir-raġuni li ma reġgħetx ħarġet it-tender? Jista’ jgħid kemm hu ppjanat li jiġi jiswa dan ix-xogħol u mil-liema fondi ser ikun iffinanzjat il-proġett u meta hu maħsub li jibda x-xogħol infrastrutturali?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-informazzjoni mgħotija lili minn Transport Malta, l-evalwazzjoni tat-tender CT2039/2017 reġa’ infetaħ u għadu għaddej. Dan wara li ntrebaħ Appell fuq ir-rakkomandazzjoni oriġinali biex il-proċess jigi kkanċellat. Ix-xogħol ikun jista’ jibda wara li jinħatar kuntrattur skont l-eżitu tal-evalwazzjoni ta’ dan it-tender jew inkella wara li jintemm proċess ieħor jekk tal-ewwel jerġa’ jiġi kkanċellat. Skont it-tabella tal-ftuħ tat-tender CT2039/2017 il-prezz ivarja bejn it-€18,545,567.80 u l- €31,649,564.08. L-iffinanzjar ta’ dan il-proġett ser isir mill-Gvern Centrali u għaldaqstant il-proċess tat-tender jaqa taħt id-Dipartiment tal-Kuntratti.
Leg 13 PQ #3372 Sitting 80 2018-02-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Park and Ride

Question

Tista' l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li l-Park and Ride li kien qed jintuża għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex twaqqaf? Kemm kien ġie jiswa sakemm kien qed u baqa’ jiġi provdut is-servizz? Tista’ tgħid inħarġux tenders għal Park and Ride jew inkella ngħatawx permezz ta’ direct order?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Kunsilli Lokali – allokazzjoni ta’ flus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi maqsuma l-allokazzjoni ta’ €46,219,000 bejn it-tmienja u sittin Kunsill Lokali, Kunsill Kunsill, li qed tiġi allokata lill-Kunsilli Lokali għas-sena 2018?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Allokazzjoni Finanzjarja għall-Kunsilli Lokali għall-2018 kif ukoll cirkulari li turi kif din ser tigi mqassma Kunsill Kunsill.
Leg 13 PQ #3398 Sitting 80 2018-02-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – għoti ta’ xogħol ta’ għamara lill-uffiċjali

Question

B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 2929, tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet kollha u tgħid, jekk il-Ministru tafx li l-għoti ta’ xogħol ta’ għamara lill-uffiċjali li mhumiex impjegati fis-sezzjoni tal-mastrudaxxi jmur kontra r-regolamenti, aktar u aktar meta dawn l-uffiċjali jkollhom xi grad fis-servizz ġenerali u għandhom paga ħafna aktar minn dik ta’ mastrudaxxa? F’każ li dawn l-uffiċjali jweġġgħu meta jkunu qegħdin jagħmlu tali xogħol ta’ għamara, dawn se jkunu koperti mill-Ministeru u jingħataw kumpens għad-danni li jkunu sofrew?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infrumata li dan ix-xogħol hu ta’ kwalità tajba u sar minn nies kompetenti fis-sena tax-xogħol tal-injam.

Impjant tat-tisfija tad-drenaġġ – second class water

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex l-ilma, hekk imsejjaħ second class li qed jiġi prodott mill-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f’Għawdex, jibda jintuża? Mistenni li jibda jintuża dan l-ilma matul is-sena 2018? Min se jkun qed jużah? Il-bdiewa u r-raħħala Għawdxin se jkollhom opportunità li jużaw minn dan l-ilma u jekk iva taħt liema kundizzjonijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħsieb huwa li l-impjant jibda jipproduċi l-ilma ġdid mill-aktar fis possibli u meta l-profil tal-ilma jkun tajjeb għall dan l-użu. Meta jibda jintuża dan isir skont LN210/17.

Ċentru tal-Università ta’ Għawdex — studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'korsijiet qed jinżammu fiċ-Ċentru tal-Università ta' Għawdex bħalissa u kemm hemm studenti jattendu f'kull kors? Jista' jgħid x’inhu jsir biex dan iċ-Ċentru li tant kien suċċess fl-ewwel snin tiegħu jingħata l-ħajja u jerġa’ jibda joffri numru ta' korsijiet ġodda?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-korsijiet li qed jinżammu fil-Kampus t’Għawdex huma: - Certificate in Proof Reading: Maltese - 5 studenti - Bachelor of Commerce - 6 studenti - Bachelor of Psychology - 6 studenti - Diploma in Community Access for Disabled People (video-conferencing) - student 1 - Diploma in Creativity, Innovation and Entrepreneurship - 4 studenti - Diploma in Facilitating Inclusive Education (video-conferencing) - 2 studenti - Post Graduate Certificate in Teaching of Ethics in Schools (video-conferencing) - 2 studenti - MBA Executive in Public Management (video-conferencing) - 7 studenti Kif ġie spjegat diġà fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1893, l-Università għandha permess mill-Awtorità tal-Ippjanar għat-twaqqigħ u bini mill-ġdid ta’ estensjoni fil-ġenb tal-binja tal-Kampus t’Għawdex. Il-pjanijiet odjerni għal dan il-kampus jinkludu mhux biss lil dan ix-xogħol imma potenzjalment anke ieħor intiż sabiex il-kampus jiġi rranġat aħjar b’mod li jakkomoda numru ikbar ta’ studenti u attivitajiet akkademiċi li jistgħu jsiru fih; l-intenzjoni hi li l-post ikabbar u jtejjeb il-faċilitajiet operattivi tiegħu fil-limiti finanzjarji li l-Università għandha biex isir dan ix-xogħol.
Leg 13 PQ #3278 Sitting 79 2018-02-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – użu tal-bini li kellu jkun iċ-Child Development Centre

Question

Tista' l-Ministru tgħid għal xiex qed jintuża llum il-bini li kien inbena mill-Ministeru għal Għawdex mill-flus ta' Eko-Għawdex u li kellu jkun iċ-Child Development Centre nbena f'Tal-Ibraġġ ħdejn l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Tista' tgħid jekk din il-binja kollha hiex amministrata mill-Ministeru għal Għawdex jew jekk ġietx mgħoddija lil xi Ministeru ieħor jew xi kumpanija privata?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lil Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija Paralmentari lill-Ministru kkonċernat, dan filwaqt li l-Ministeru għal Għawdex jibqa’ kommess li dawn is-servizzi ser jibqgħu jiġu offruti lill-Għawdxin mill-Ministeru għal Għawdex

Għawdex – toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kilometru ta’ toroq saru f’Għawdex mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum permezz tal-framework agreement CT2003/2013? Jista’ jgħid liema huma dawn it-toroq li saru ġewwa Għawdex u kemm kienet l-ispiża globali fuq kull triq?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.