Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #3950 Sitting 89 2018-03-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex – bini ta’ pixxina

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-bini tal-pixxina ġewwa r-Rabat Għawdex hux se jinbeda matul is-sena 2018? Jekk iva, f’liema xahar tas-sena hu ppjanat li jibda u meta hu mistenni li din il-pixxina tibda tintuża?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa d-diskussjonijiet mal-proponent jinsabu fi stadju delikat u allura f’dan l-istadju ma tistax tingħata iktar informazzjoni.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet li għadhom fil-proċess ta’ screening

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ applikazzjonijiet li tressqu quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar biex jittella’ bini ta' tmien sulari jew aktar u/jew inkella High Rise ġewwa Għawdex, f’liema lokalitajiet huma u n-numru ta’ referenza tagħhom, anki jekk għadhom fil-proċess ta’ screening u/jew l-istħarriġ preliminari?

Response (BORG, IAN)

L-Onor. Interpellant qiegħed jiġi nfurmat illi l-Awtorita’ tal-Ippjanar m’għandhiex applikazzjonijiet pendenti quddiemha li jinvolvu bini ta’ tmien sulari jew aktar kif ukoll High Rise ġewwa Għawdex.

MCCAA – karigi battala

Question

Jista’ l-Ministru jgħid attwalment jekk hemmx xi karigi battala fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), fir-rigward karigi ta’ Diretturi Ġenerali u ta’ Diretturi a tenur tar-Raba Skeda tal-Kap. 510? Jekk hemm xi karigi battala liema huma u kemm ilhom battala u għalfejn ilhom battala?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fil-preżent, l-Awtorità għandha tliet karigi battala f’livell ta’ Diretturi. Żewġ Diretturi mall-Uffiċju tal-Kompetizzjoni u wieħed mall-Uffiċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur. Il-Pożizzjoni ta’ Direttur għall-Ilmenti u Konċiljazzjoni ilha battala minn Frar 2016. Kien hemm żewġ sejħiet biex timtela din il-kariga. Iż-żewġ sejħiet ma waslux biex timtela din il-kariga.
Leg 13 PQ #3871 Sitting 88 2018-02-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MCA – ħatra ta’ Chief Executive jew Direttur Ġenerali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mit-twaqqif tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) sal-lum, jekk qattx kienx hemm xi ħatra bħala Chief Executive jew Direttur Ġenerali f'din l-Awtorità, u jekk kien hemm meta saru tali ħatriet, għal kemm żmien kienu u min okkupa dawn il-karigi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Fl-MCA qatt ma saru ħatriet ta’ Chief Executive jew Direttur Ġenerali. Madankollu informat li fl-2008 kien hemm korrispondenza fejn iċ-Chairperson kien iffirma bħala Chairman/Director General. Kwalunkwe anomalija li seta’ kien hemm ġiet indirizzata b’emenda bl-Att Numru VIII tal-2014, il-Kap.418 tal-Liġijiet ta’ Malta.

Rabat Għawdex – carpark tal-iskola sekondarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li f’dawn l-aħħar ġimgħat, il-carpark tal-karozzi li jinsab taħt l-Iskola Sekondarja u l-ground tal-istess skola ġewwa r-Rabat Għawdex, m’għadux jinfetaħ b’mod regolari għall-użu tal-pubbliku?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-imsemmi carpark hu għall-użu tal-istaff tal-iskejjel u jkun miftuħ għall-pubbliku f’okkażjonijiet partikolari u dan fuq talba speċifika. Infurmat ukoll li ġieli ikun miftuħ għal aċċess u użu ta' dipartimenti jew entitajiet oħra.
Leg 13 PQ #3923 Sitting 88 2018-02-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Fuljett Proġett Għawdex – Toroq fil-Lokalità Tiegħek – nefqa

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġie jiswa fi stampar, disinn u posta l-fuljett Proġett Għawdex - Toroq fil-Lokalità Tiegħek illi ġie mqassam fid-djar ta' Għawdex mill-Ministeru? Tista' tgħid jekk inħarġitx sejħa għall-offerti għal din il-pubblikazzjoni, u jekk iva meta nħarġet u min ħa x-xogħol ta' disinn u stampar?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li l-ispejjes ta' xogħol ta' stampar, li ingħata lil Gozo Creatios, kien ta' Eur 649 u dik tal-posta kinet ta' Eur 284.53.

Għawdex – bini ta’ units tal-housing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġu mibnija units tal-housing fl-erba’ snin li ġejjin f’Għawdex min-naħa tal-Gvern jew l-Awtorità għad-Djar u f’liema lokalità ġewwa Għawdex ser jinbnew dawn il-units u dan peress li fir-risposta parlamentari 3794 ma semma ebda raħal jew ammont ta’ units ġewwa Għawdex fejn hu maħsub li jinbnew akkomodazzjonijiet għal skop soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru għal Għawdex għaddej b’diskussjonijiet mal-awtoritajiet ikkonċernati għal proġett tal-housing soċjali f’Għawdex, filwaqt li numru t’appartamenti ser ikunu disponibbli f’Għawdex permezz tal-iskema ‘Nikru biex Nassistu’.

Għawdex – Uffiċċju tal-Awtorità tal-Artijiet — rilokazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk fil-ġimgħat li ġejjin, l-Uffiċċju tal-Awtorità tal-Artijiet li hemm fil-bini amministrattiv tal-Ministeru għal Għawdex fi Pjazza San Frangisk hux ser jiġi rilokat? Jekk iva, fejn ser jiġi rilokat u x’inhi r-raġuni ta’ dan iċ-ċaqliq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Awtorità tal-Artijiet li hemm fil-bini amministrattiv tal-Ministeru għal Għawdex fi Pjazza San Franġisk mhux ser jiġi rilokat fil-ġimgħat li ġejjin.

Għawdex — barrieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm barrieri ġewwa Għawdex li għandhom il-permess li jirċievu materjal tal-kostruzzjoni? Jista’ jindika n-numru ta’ dawn il-barrieri, kif ukoll fejn jinsabu u l-indirizz ta’ dawn il-barrieri?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Proġett tal-Flyover tal-Kappara – ċertifikazzjoni u superviżjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min għamel is-superviżjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-proġett tal-flyover tal-Kappara? Peress li f’dawn l-aħħar ġranet saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett, jista’ jikkonferma jekk sarx it-test tat-tgħabbija (load test) fuq il-flyover u l-ġurnata meta sar? X'kien l-eżitu ta’ dawn it-testijiet? Jista’ jpoġġi kopji ta’ dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi is-superviżjoni u ċ-ċertifikazzjoni tax-xogħol tal-Proġett tal-Kappara sar minn Transport Malta. Nikkonferma li l-load tests saru, ir-riżultat kien wieħed pożittiv u kopja tat-testijiet qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċentru tal-Università ta’ Għawdex – investiment fl-infrastruttura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, sena b’sena x’tip ta' investiment fl-infrastruttura sar fiċ-Ċentru tal-Università ta’ Għawdex ġewwa x-Xewkija mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum? X'tip ta' investiment infrastrutturali hemm ippjanat li jsir matul is-sena 2018 ġewwa ċ-Ċentru tal-Università ta’ Għawdex?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fil-Kampus tal-Università ta’ Malta f'Għawdex sar ix-xogħol infrastrutturali li ġej:- · Ottubru 2014: ġew installati numru ta' airconditioners għal spiża ta’ €5,235.60 · Diċembru 2014: ġew mixtrija numru ta’ siġar u pjanti għall-ġnien tal-istess kampus għal spiża ta’ €672.10 · Lulju 2015: inxtraw sitt konki kbar biex fihom tpoġġew xi siġar fil-bitħa tal-Kampus għal spiża ta’ €1,020.00 · Settembru 2017: saret manutenzjoni fuq il-bjut, li għadha inparti għaddejja, għal spiża ta’ €5,790.00 · Novembru 2017: sar titjib fil-provista tal-elettriku għal mitejn (200) Amps għal spiża ta’ €20,953.00 L-Università għandha permess mill-Awtorità tal-Ippjanar għat-twaqqigħ u bini mill-ġdid ta’ estensjoni fil-ġenb tal-binja tal-Kampus li stmata li se tqum madwar €900,000. L-intenzjoni hi li l-post ikabbar u jtejjeb il-faċilitajiet operattivi tiegħu fil-limiti finanzjarji li l-Università għandha biex isir dan ix-xogħol.
Leg 13 PQ #3862 Sitting 87 2018-02-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – servizz ta’ security officers

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ħaddiema tal-kuntrattur joffru servizz ta' security officers mal-Ministeru għal Għawdex jew f'xi waħda mill-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtha? Dawn il-ħaddiema kemm ilhom jagħtu dan is-servizz mal-Ministeru għal Għawdex u għal kemm żmien huma ngaġġati? Fejn huma stazzjonati (post, raħal) kull wieħed u waħda minnhom u kemm hemm security officers f’kull post jew raħal imsemmi? Ma' xiex qed ikunu għassa dawn il-ħaddiema? Kemm hemm kuntratturi jagħtu servizz ta’ ħaddiema bħala security officers fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u liema huma dawn il-kuntratturi? Il-kuntratt ta’ dawn il-kuntratturi ngħata permezz ta’ tender jew direct order?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li fil-binjiet u l-postijiet tad-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tal-Ministeru ikun hemm il-ħtieġa ta’ 36 ħaddiem tal-kuntrattur li jagħmlu xogħol ta’ security officers, għalkemm dawn mhux dejjem ikunu l-istess persuni. Dawn il-ħaddiema jagħmlu l-għassa f’ħinijiet differenti, skont kif ikun meħtieġ.
Leg 13 PQ #3863 Sitting 87 2018-02-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – toroq — Nefqa fuq kostruzzjoni u manutenzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa totali kull sena fuq kostruzzjoni u manutenzjoni ta' toroq f'Għawdex sena b'sena mis-sena 2008 sal-aħħar tas-sena 2017?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #3864 Sitting 87 2018-02-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Persuni mis-servizz pubbliku li se jirtiraw bl-età

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm se jirtiraw bl-età, ħaddiema mis-servizz pubbliku matul is-sena 2018 u li jaħdmu fil-Ministeru għal Għawdex jew f'xi waħda mill-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex? Tista' tgħid f’liema diparimenti jew entità jaħdmu? Tista' tgħid ukoll jekk dawn ġewx diġà sostitwiti b'ħaddiema oħra jew jekk sarx pjan kif se jiġu sostitwiti?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #3764 Sitting 86 2018-02-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nadur – Triq l-Imġarr – terms of reference

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-Terms of Reference fuq x’tip ta' interventi għandhom isiru fi Triq l-Imġarr ġewwa n-Nadur u dan peress li skont ir-risposta mogħtija għall-mistoqsija numru 2790 dawn kellhom jitlestew sal-aħħar tas-sena 2017?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li l-abbozz tat-Terms of Reference tlesta u qed ikun finalizzat mal-istakeholders ewlenin fosthom mal-Korporazzjoni tal-Ilma, l-Enemalta u l-kumpaniji li jipprovdu servizzi importanti oħra. Din l-informazzjoni ser tintuża meta jkun qed jiġi ppreparat d-dokument tal-offerta li hu mistenni li jinħareġ fil-ġimgħat li ġejjin. L-Onor. Interpellant japprezza li din l-informazzjoni, għalhekk, hija ta’ natura sensittiva.

Malta Libraries — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema mal-Malta Libraries minn Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid fejn ħarġet is-sejħa biex ġew ingaġġati dawn il-ħaddiema u jpoġġi kopja tas-sejħa fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid f’kull każ x’tip ta’ sejħiet ta’ xogħol kienu? Xi kwalifiċi u/jew esperjenza ġiet mitluba? X'etajiet għandhom dawk li ġew magħżula u kemm kien ilhom jirreġistraw għax-xogħol? Jista' jikkonferma jekk dawn li ġew ingaġġati llum humiex qed jagħmlu x-xogħol li għalih ġew ingaġġati jew qed jagħmlu xogħol ieħor u jekk qed jagħmlu xogħol ieħor x’inhu dan ix-xogħol? Mil-liema lokalitajiet huma l-ħaddiema li ġew ingaġġati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat minn Malta Libraries li minn Marzu 2013 ‘l hawn ġew ingaġġati dawn il-persuni: 12 Library Assistants (1 part-time), 1 Deputy Librarian, 2 Library Attendants, 1 Manager Projects u 1 Administrative Officer. Is-sejħiet ħarġu jew public call jew minn Jobsplus u kienu għal Part-time Library Assistant, Library Assistant, Deputy Librarian, Library Attendant, Manager Projects u Administrative Officer. Il-kwalifiċi meħtieġa, barra kompetenzi oħra, kienu NQF level 1 għal-Library Assistants u Library Attendants, u NQF level 6 għal Deputy Librarian, Manager Projects u Administrative Officer. L-etajiet ivarjaw bejn 19 u 53 sena. Dawk kollha li ġew ingaġġati mill-Jobsplus kienu jirreġistraw jew f’part 1 jew part 3. Infurmat li dawn il-persuni qed jagħmlu x-xogħol li għalih ġew ingaġġati. Dawn il-ħaddiema huma mil-lokalitajiet li ġejjin: Sliema, Fgura, Għaxaq, Birkirkara, Gżira, Pietà, Mellieħa, Sannat u Rabat Għawdex.
Leg 13 PQ #3769 Sitting 86 2018-02-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija Għawdex — Triq tal-Baqqari c/w Triq tal-Ħamrija u Triq L-Ibisku – bini ta’ warehouses/garages

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess biex jinbnew warehouses/garages ġewwa Triq tal-Baqqari c/w Triq tal-Ħamrija, Triq l-Ibisku fix-Xewkija? Kemm-il garage/warehouse mistenni jkun hemm? Tista’ tgħid hux ser ikun hemm parkeġġ tal-karozzi f'dan il-proġett u jekk iva kemm se jkun jesa’ karozzi? Tista’ tgħid jekk dan il-proġett hux ser ikun żviluppat jiġifieri mibni mill-privat jew jekk inkella hux il-Ministeru ser joħroġ tender biex isir ix-xogħol infrastrutturali fuq dan il-proġett? Kemm hu stmat li jiġi jiswa’ dan il-proġett, u huwa possibbli l-Ministru tgħid meta mistenni joħorġu t-tenders u meta mistenni li jibda x-xogħol infrastrutturali?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li bħalissa għaddej il-proċess tal-applikazzjoni għall-permessi meħtieġa mal-Awtorità tal-Ippjanar. Hu ppjanat li jkun hemm 31 garage/warehouse u 31 parkeġġ għall-karozzi. Il-proġett hu stmat li se jkun jiswa €2,565,000 (VAT eskluż).

Community Work Scheme — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm ħaddiema fil-Community Work Scheme ġewwa Malta u kemm hemm ħaddiema fl-istess skema ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid għal kull wieħed u waħda minn dawn il-ħaddiema kemm ilhom jaħdmu ma’ din l-iskema u x’tip ta’ xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x’ħinijiet u ġranet qed jaħdmu dawn il-ħaddiema u jgħid kemm hemm minnhom jaħdmu b’shift u x’tip ta’ shift qed jaħdmu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-għadd ta’ ħaddiema fil-Community Work Scheme, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, kienu sa Jannar 2018 kif ġej: Diċ-16 Diċ-17 Jan-18 Malta 419 499 503 Għawdex 132 168 336 Total 551 667 839 Ix-xogħlijiet imwettqa minn dawn il-ħaddiema ivarjaw minn xogħol klerikali, għal dak ta’ manutenzjoni u upkeep, ħarsien ta’ postijiet u tindif ġenerali. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, infurmat li 833 ħaddiem jaħdmu ħinijiet ta’ matul il-jum, ħamsa (5) day-in day-out u wieħed (1) shift ta’ bil-lejl.

MCCAA – Board of Governors – laqgħat tal-bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn mindu twaqqfet l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) kemm kellu laqgħat il-Board of Governors sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-laqgħat kienu preżenti l-membri kollha u jekk tul dawn il-laqgħat qattx ittieħed vot u jekk iva kemm-il darba u dwar xiex ittieħed vot, maqsuma sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Board of Governors tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) iltaqa’ 73 darba minn Mejju 2011 sa Jannar 2018, hekk kif qiegħed jidher hawn taħt. Intant nfurmat ukoll li ttieħdu żewġ voti b’kollox fis-73 seduta li saru. Wieħed minnhom fl-2014 fil-konfront ta’ selezzjoni għal pożizzjoni ta’ Direttur ġenerali u l-ieħor fl-2016 fil-konfront ta’ selezzjoni għal pożizzjoni ta’ Direttur. Sena Numru ta’ laqghat Numru ta’ laqghat li fihom kien hemm il-Membri Kollha Preż enti 2011 9 2 2012 8 4 2013 13 3 2014 12 1 2015 12 4 2016 10 0 2017 8 0 2018 1 0 Totali 73 14
Leg 13 PQ #3841 Sitting 86 2018-02-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-każ tal-Arbitru għas-Servizz Finanzjarji, jekk ġiex ikkunsidrat li jiġi appuntat arbitru ieħor sakemm almenu jonqos il-backlog ta’ każijiet pendenti? Jekk le, għalfejn?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fil-Liġi tal-Uffiċju tal-Arbitru għas-Servizzi Fnanzjarji, hemm stipulat li jkun appuntat Arbitru sostitut f’każijiet fejn jista’ jkun hemm kunflitt ta’ nteress jew fejn l-Arbitru ikun indispost għal żmien fit-tul. Meta kienet qed tiġi diskussa din il-Liġi, kien ġie deċiż, sabiex ikun hemm uniformità fid-deċiżjonijiet li jingħataw, għandu jkun hemm Arbitru wieħed. Irrid inserraħ ras l-Onor. Interpellant li hemm attività qawwija fl-Uffiċċju tal-Arbitru u l-hekk imsejħa kawżi ta’ backlog qed tiġi indirizzata.