Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma – bord tat-tmexxija — laqgħat
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn mindu twaqqaf ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) kemm-il darba l-Bord tat-tmexxja fi ħdan l-istess REWS kellu laqgħat sena b’sena ? Kemm minn dawn il-laqgħat tal-Bord kienu dejjem preżenti l-membri kollha, u jekk tul il-laqgħat qattx ittieħed vot u jekk iva kemm-il darba u dwar xiex?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-Bord tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma iltaqa’ 4 darbiet fl-2015, 11-il darba fl-2016, 12-il darba fl-2017, u fl-2018 (sal-21 ta’ Marzu) iltaqa’ tlett darbiet.
Matul dawn il-laqgħat qatt ma ttieħed vot u l-membri tal-bord kienu kollha preżenti għal 11-il laqgħa.
Għajnuna MEUSAC – organizzazzjonijiet f’Għawdex li gawdew mill-fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huma s-70 organizzazzjoni f’Għawdex li mill-2008 ibbenefikaw ’il fuq minn €6.2 miljun f'fondi tal-Unjoni Ewropea permezz tal-għajnuna tal-MEUSAC? Tista' tgħid ukoll minn kemm ibbenefikat kull organizzazzjoni u għal liema proġett u mil-liema programm? Tista' tgħid f’liema snin kien dan?
Response (DALLI, HELENA)
Ir-relazzjoni bejn il-MEUSAC u l-klijenti tagħha hi waħda ta’ natura fiduċjarja u li l-MEUSAC mhiex f’pożizzjoni li tiżvela min huma l-klijenti tagħha mingħajr il-kunsens tagħhom.
B’referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 3667, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-wieħed u ħamsin ambaxxatur li jirrappreżenta lil pajjiżna huma Għawdxin?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix aktar xi nżid mat-tweġiba mogħtija preċedentement.
Għawdex — Construction and Maintenance Unit u Directorate for Projects and Development – użu ta’ bricks
Question
Tista’ l-Ministru, twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3231 u tgħid kemm intużaw bricks mill-Construction and Maintenance Unit u mid-Directorate for Projects and Development mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data ta’ meta ġiet intavolata din il-mistoqsija parlamentari? Fuq liema proġetti ntużaw u kemm intużaw bricks fuq kull proġett? Tista' tgħid fuq kull proġett min kienet il-persuna li ordnat il-bricks u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntużat dan l-ammont?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3229 u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Economic and Social Impact Assessments u l-cost benefit analysis dwar airfield f’Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li minħabba n-natura kummerċjali u sensittiva tal-informazzjoni mitluba l-Ministeru hu prekluż milli jagħti tali informazzjoni.
Pass maħruġ mill-Gozo Channel biex persuni jaqsmu b’xejn fuq il-vapuri tal-kumpanija
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3216 u tgħid min huma l-persuni li preżentement għandhom pass maħruġ mill-Gozo Channel biex jaqsmu b'xejn fuq il-vapuri tal-kumpanija? Tista' tgħid minn dawn il-persuni, min minnhom għandu d-dritt ta' priority boarding?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata fi stadju ieħor minħabba li bħalissa għaddej il-proċess tat-tender tal-PSO.
Tista’ l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li nofs il-Qasam ċjoè t-Triq bejn Sannat u Taċ-Ċawla fir-Rabat Għawdex għadha ma ngħatatx l-aħħar kisja tarmac? Tista' tgħid meta ser tingħata l-aħħar kisja tarmac? Tista' tikkonferma jekk l-aħħar kisja tarmac kenitx inkluża fit-tender li ħarġet għan-nofs din it-triq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li fit-tender oriġinali li ħareġ f’Mejju tal-2016 ma ġietx inkluża l-aħħar kisja, il-Ministeru reġa ħareġ tender li għalaq fis-6 ta’ April 2018.
Policy dwar dritt għal free pass għall-użu tal-Gozo Channel
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3213 u tgħid jekk il-policy li kienet saret fi żmien il-Gvern Nazzjonalista u li kienet pubblikata fuq il-website tal-Gozo Channel dwar min għandu dritt għal free pass biex juża l-vapur tal-Gozo Channel ġietx mibdula? Jekk ġiet mibdula, meta ġiet mibdula u fejn ġiet pubblikata? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policy dwar min għandu dritt għal dan il-pass kif kienet fi żmien Gvern Nazzjonalista u kopja tal-policy kif inhi llum? Tista' tara li din il-policy terġa' titpoġġa fuq il-website tal-Gozo Channel minn fejn kienet tneħħiet fil-leġiżlatura l-oħra?
Tista ' l-Ministru tgħid liema huma l-faċilitajiet sportivi f'Għawdex li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għal Għawdex u liema huma dawk il-faċilitajiet sportivi f'Għawdex li ma jaqgħux taħt il-Ministeru għal Għawdex? Tista' tgħid kemm intefaq mill-Ministeru tagħha fuq kull faċilità sportiva matul is-sena 2017? Tista' tgħid kemm hemm nies imħallsa mill-Ministeru għal Għawdex f'kull faċilità sportiva f'Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min iżid ukoll li l-Ministeru għal Għawdex ħabbar l-ewwel edizzjoni tal-iskema skema ta’ sponsorship tal-isport għall-għaqdiet u entitajiet sportivi Għawdxin, li permezz tagħha, l-għaqdiet sportivi jistgħu jibbenefikaw minn fondi għall-proġetti. Filfatt, applikaw 16-il għaqda u bħalissa l-iskema qed tiġi evalwata. Apparti dan, il-Ministeru għal Għawdex nieda skema ġdid oħra għall-għajnuna lill-atleti Għawdxin li jieħdu taħriġ f’Malta.
Attachments:PQ Numru 4428 - Faċilitajiet Sportivi.pdf
In-Nadur: Triq L-Imġarr u Għajnsielem: Triq Sant’Antnin – studju
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal l-istudju li suppost sar jew qed isir fuq l-istat diżastruż li tinsab fih Triq l-Imġarr fin-Nadur u Triq Sant’Antnin, Għajnsielem? Tista’ tpoġġi kopja ta’ dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadu kemm tlesta s-survey report tat-triq.
Ministeru għal Għawdex — Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp - supervisors
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema fil-grad ta’ Supervisor fi ħdan id-Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp fil-Ministeru għal Għawdex, kif ukoll tgħid x’tip ta’ xogħol jagħmlu għal grad tagħhom u kemm hemm ħaddiema assenjati taħt kull supervisor f’dan id-Direttorat? Tista’ tgħid bħala post tax-xogħol fejn huma assenjati dawn is-supervisors, u jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu n-numru ta’ supervisors f’dan id-Direttorat?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li fid-Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp hemm 31 ħaddiem fil-grad ta’ Supervisor. Dawn huma assenjati f’postijiet li jvarjaw skont l-esiġenzi tal-Ministeru. In-numru ta’ Supervisors jistgħu jiżdiedu skont l-istess esiġenzi tal-Ministeru.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3728, tista’ l-Ministru allura tgħid jekk il-Gozo Youth Council preżentament hux kostitwit? Tista’ tgħid minn kemm ilu mwaqqaf dan il-kunsill sal-lum, sena b’sena, kemm kienet l-allokazzjoni jew xi forma ta’ finanzjament ieħor li ġie mgħoddi lil dan il-Kunsill mill-Ministeru għal Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Enemalta – ħaddiema li ġew trasferiti f’Dipartimenti tal-Gvern
Question
Jista’ l- Ministru jgħid kemm kienu l-ħaddiema tal-Enemalta jew xi sussidjarja tagħha li ġew trasferiti f'dipartimenti jew entitajiet oħra tal-Gvern? Jista’ jgħid ukoll għal kull wieħed minn dawn, xi grad kellu mal-Enemalta u x’tip ta’ xogħol kien jagħmel mal-Enemalta u issa xi grad għandu mal-Gvern jew entità fejn intbagħat jaħdem u x’tip ta’ xogħol qed jagħmel mal-Gvern jew mal-entità li qed magħha? Kemm minn dawn il-ħaddiema li kienu mal-Enemalta u issa marru ma’ dipartimenti jew entitajiet tal-Gvern huma persuni residenti f'Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-Għawdxin li kienu jaħdmu l-Enemalta, issa qed jaħdmu Għawdex u xi grad kellhom mal-Enemalta u issa xi grad għandhom fid-Dipartiment jew entità li qed jaħdmu magħha f'Għawdex illum?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Engineering Resources Ltd għamlet trasferiment ta’ 482 impjegat għad-Dipartimenti jew Entitajiet tal-Gvern skont l-eżiġenzi tas-servizz u l-ħiliet tal-ħaddiema.
In-numru ta’ ħaddiema Għawdxin tal-Enemalta jew xi sussidjarja tagħha li ġew trasferiti f’Dipartimenti jew Entitajiet oħra tal-Gvern jammontaw għal 11 (dawn il-ħdax jagħmlu parti mill-482 imsemmija diġa) u dawn kollha jaħdmu Għawdex.
Ministeru għal Għawdex – Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp — ġardinara
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema fil-grad ta’ ġardinara fi ħdan id-Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp fil-Ministeru tagħha, kif ukoll tgħid x’tip ta’ xogħol jagħmlu u bħala post tax-xogħol fejn huma assenjati dawn il-ħaddiema? Tista’ tgħid ukoll kemm minn dawn il-ħaddiema li għandhom grad ta’ ġardinara qed jagħmlu xi tip ta’ xogħol ieħor u x’tip ta’ xogħol qed jagħmlu?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li fid-Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp hemm 60 ħaddiem fil-grad ta’ ġardinar. Wieħed minnhom hu fuq unpaid leave to seek alternative employment. Il-bqija huma assenjati f’diversi postijiet skont il-ħtiġijiet tal-istess Direttorat u jagħmlu xogħol relatat mal-grad tagħhom jew xogħol ieħor kif mitlub minnhom skont l-esiġenzi tas-Servizz.
Tista’ l-Ministru tgħid taħt liema Ministeru taqa' r-responsabbiltà ta' Triq il-Pitkalija ġewwa x-Xewkija, Għawdex? Jekk taqa’ taħt il-Ministeru għal Għawdex, tista’ tgħid x’tip ta’ interventi maġġuri ser isiru f’din it-triq peress li hi fi stat ħażin ħafna u ta’ periklu kemm għan-nies li jkunu mexjin kif ukoll għas-sewwieqa minħabba l-ħofor li hemm u anke minħabba l-gradi tal-konkos li jinsabu maġenb it-triq li sfrundaw u li per konsegwenza jista’ jseħħ xi inċident gravi minn ħin għall-ieħor?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq il-Pitkalija ma taqax taħt il-Ministeru għal Għawdex. Iżda l-Ministeru għal Għawdex xorta ħa ħsieb jagħmel il-patching neċessarju u dan ix-xogħol diġà sar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għas-sena skolastika li jmiss, il-Campus ta’ Barts hux ser jibqa’ s-Sixth Form ta’ Għawdex jew inkella hux ħa jiġi trasferit x’imkien ieħor? Jista' jgħid kemm ser jiżdiedu studenti fis-sena skolastika li jmiss u kemm hu maħsub li jkunu qed jintużaw klassijiet mill-iskola Medika ta' Barts fis-Sixth Form ta' Għawdex matul is-sena skolastika li jmiss?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Iskola Medika ta' Barts ser tibqa' tagħmel użu minn partijiet mis-Sixth Form ta' Għawdex għas-sena akkademika li jmiss.
Rigward il-mistoqsija dwar kemm ser jiżdiedu studenti fis-sena skolastika li jmiss, ninforma lill-Onor. interpellant li minkejja li n-numru għadu mhux magħruf, nirreferi lill-Onor. interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4317.
Xagħra Għawdex – eks miżbla tal-Qortin – żamma ta’ siġar/arbuxelli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fuq il-manutenzjoni/żamma ta’ siġar/arbuxelli ġewwa l-eks Miżbla tal-Qortin fix-Xagħra Għawdex? Jista’ jgħid ukoll ma’ min huma impjegati dawn il-ħaddiema? Jista’ jgħid kemm-il siegħa xogħol saret minn meta tlesta x-xogħol u tħawwlu s-siġar u l-arbuxelli biex kemm dawn kif ukoll l-istess sit jinżammu f’kundizzjoni tajba? Jista’ jgħid jekk matul is-sena 2018 hemmx il-ħsieb li jitħawwlu iktar siġar u arbuxelli f’dan is-sit?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm tliet impjegati jieħdu ħsieb il-manutenzjoni/żamma ta’ siġar/arbuxelli ġewwa l-eks Miżbla tal-Qortin fix-Xagħra, Għawdex u dawn il-ħaddiema huma mpjegati mal-kuntrattur.
Minn mindu tlesta x-xogħol tar-rijabilitazzjoni u tħawwil ta’ siġar f’Awwissu tal-2014, il-kuntrattur li kien responsabbli minn dan ix-xogħol kellu jibqa' jagħmel ix-xogħol ta’ manutenzjoni u żamma ta’ sigar għal tliet snin. Matul is-sena 2018, m’hemm l-ebda ħsieb biex jitħawwlu iżjed siġar u arbuxelli.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw direct orders mid-Direttorati li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex bejn it-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum, lil min ingħataw u kemm kien l-ammont fi flus għal kull direct order? Tista’ tgħid ukoll fil-preżent kemm hemm direct orders li qed jitħaddmu u min huma l-persuni/il-kumpaniji/il-kuntratturi li qed jibbenefikaw minn dawn id-direct orders u jekk hemmx il-ħsieb li joħorġu tenders flok dawn id-direct orders matul is-sena 2018?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-Mistqosija ser tingħata f’xi seduta oħra. Però fuq nota ġenerali, llum il-Ministeru għal Għawdex għandu struttura li tassigura konformità sħiħa mal-proċeduri u regolamenti applikabbli għall-procurement.
Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg – call għal Manager
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta nħarġet il-call għal Manager (Contracts Compliance) fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg ? Tista' tgħid kemm applikaw? Tista' tgħid x'esperjenza kellu l-persuna li ġiet magħżula għal dan il-post?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li s-sejħa għall-pożizzjoni ta’ Manager (Contracts Compliance) inħarġet nhar is-27 ta’ Jannar 2017. Għal din is-sejħa kien hemm 9 applikanti u l-persuna li ntagħżlet issodisfat ir-rekwiżiti meħtieġa ta’ esperjenza li kienu nklużi fis-sub criteria stabbiliti għal din il-Call.
Konċessjoni ta’ tliet sptarijiet — Ftehim mal-kumpanija
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li sar mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar il-konċessjoni ta' tliet sptarijiet ċjoè Sptar Karen Grech, Sptar Ġenerali ta' Għawdex u Sptar San Luqa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-konċessjoni tat-tlett sptarijiet msemmija għaddiet għand Steward Healthcare permezz ta’ Share Transfer u allura l-Gvern ma ffirma l-ebda ftehim ġdid.