Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #5238 Sitting 105 2018-04-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Il-proġett tal-Pjazza tax-Xagħra

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min kien il-perit responsabbli mill-proġett tal-Pjazza tax-Xagħra? Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) għal dan il-proġett u tgħid jekk dan il-proġett sarx kollu kemm hu skont il-permess maħruġa mill-PA?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Perit li kien inkarigat mix-xogħol f’din il-pjazza kien il-Perit Angelo Portelli. Dwar dettalji tal-progett l-ewwel entry fil-file jirriżulta li kien datat 4/9/2015 u ma hemm ebda dettalji dwar applikazzjonijiet tal-PA. Iżda minn informazzjoni miksuba mill-Awtorita’ tal-ippjanar u mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra rriżultaw is-segwenti proċeduri: DN/01339/13 – To Upgrade the square with new pavements and street furniture DN/01148/14 – To upgrade the square with new pavements and street furniture – as approved in DN 1339/13.

Għawdex – barrieri tal-qawwi bil-permessi meħtieġa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm barrieri tal-qawwi bil-permessi kollha meħtieġa, ġewwa Għawdex u jindika wkoll il-post u l-indirizz ta’ fejn dawn jinsabu? Jista' jgħid kemm minn dawn fil-preżent għandhom il-liċenzja biex jużaw il-ġelatina biex ikissru l-blat?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5239, L-Awtorità tal-Ippjanar approvat ħamsa u għoxrin applikazzjoni relatati ma’ barrieri fil-gżira ta’ Għawdex. Lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant, tinsab hawn taħt. L-Awtorità tal-Ippjanar m’għandiex informazzjoni relatata ma’ liċenzji ta’ barrieri jew tal-użu ta’ ġelatina fl-istess barrieri. PA No. Proposal L.C. Location PA/03309/93 To sanction extension of hardstone quarry and to use the disused quarry as an inert landfill site. Nadur Site in, Triq Il-Qortin, Nadur PA/00208/94 To sanction the extension in area and depth of existing quarry and rehabilitate same for agricultural use. San Lawrenz Site at Ta' Xrajjah, San Lawrenz Gozo PA/02221/95 Extension of soft stone quarry San Lawrenz Site At Tal-Ponta, Tal-Ponta, San Lawrenz, Gozo PA/08435/94 To operate a soft stone quarry Gharb site at Ix-Xghira, Gharb Gozo, PA/02134/95 To shift agregate crushing plant from Triq il-Qortin, to hardstonequarry at Il-Qortin Isopo Nadur. Nadur Site at Triq il-Qortin Isopo, Nadur Gozo, PA/00602/96 Extension of disused soft-stone quarry. San Lawrenz Site at Ta' Slima, L/O San Lawrenz, Gozo PA/02502/96 To rehabilitate existing quarry. Gharb Site at Tal-Ksajjem, l/o Gharb, Gozo PA/07412/97 Hard stone quarry. Qala Site at Ta' Klement, Qala, Gozo PA/02567/98 To sanction extension of soft-stone quarry no. 6 and proposed extension. San Lawrenz Site at Ta' Wied Merell, San Lawrenz, Gozo. PA/05618/98 To operate soft stone quarry Gharb Site at Ix-Xghira, Gharb, Gozo PA/06894/98 To extend hard stone quarry. Qala Site at, Ta' Klement, Qala' PA/02009/99 To erect an extension of soft stone quarry. San Lawrenz Site at, Tal-Ponta, San Lawrenz PA/04727/99 To sanction quarrying outside the permitted boundaries, to extend the permitted quarry boundary, to sanction over-excavated depths, to extend the existing quarry depth and to sanction and improve existing structures and facilities. Qala Hardstone Quarry No 10, Ghar id-Dar L/O, Qala PA/05329/99 Renewal - Hard Stone Quarry - To extract and crush corolline rock. Qala Site at, Ta' Klement, Qala' PA/02258/00 Renewal - Extension of disused soft-stone quarry. San Lawrenz Site at, Ta' Slima, San Lawrenz PA/00564/01 To extend existing soft stone quarry. San Lawrenz Site at, Ta' Slima, San Lawrenz PA/01177/02 Renewal of existing soft-stone quarry. San Lawrenz Site at, Tal-Ponta, San Lawrenz PA/01517/02 To sanction extension to existing quarry SG2 Tal-Ponta San Lawrenz Site at, Tal-Ponta, San Lawrenz PA/01265/03 Renewal - Hard Stone Quarry - HG12 -To extract and crush caroline rock. Qala Site at, Ta' Klement, Qala' PA/03009/03 To re-instate disused quarry, relocate existing rural room and to construct a reservoir. Kercem Site at, Triq Ghar Ilma, Kercem, Gozo PA/03105/05 Renewal - Hard Stone Quarry - To extract and crush coralline rock. Qala Site at, Ta' Klement, Qala' PA/04302/08 Renewal of permission PA5618/98 - To operate soft stone quarry. Gharb Site at, Ix-Xghira,, Gharb PA/04811/10 Renewal of permission PA3105/05: Hard stone quarry - To extract and crush coralline rock. Qala Hard Stone Quarry HG 12, Ta' Klement, Qala, Gozo PA/03534/13 Renewal of permission PA 6894/98 -to extend hard stone quarry Qala Hard Stone Quarry HG 12, Ta' Klement, Qala, Gozo PA/02589/17 Construction of meter room for electricity supply to soft stone quarry approved in PA 5618/98; drilling of duct using horizontal directional drilling for electricity supply to meter room from existing Enemalta substation. Gharb Site at, Ix-Xghira, Triq Ta' Wied Il-Mielah, Gharb, Gozo

Għawdex – proġetti ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti ta’ toroq hemm ippjanati li jsiru ġewwa Għawdex u f’liema sena mill-fond ta' Operational Programme I European Structures and Investments Funds 2014-2020?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lil Ministru responsabbli mill-Fondi imsemmija. Madankollu, filwaqt li l-Ministeru ta’ Għawdex għadu kif ħabbar diversi proġetti ta’ toroq f’Għawdex minn fondi ohra, meta titwaqqaf l-aġenzija Infrastructure Malta fil-ġimghat li ġejjin, din ukoll ser talloka fondi għal xogħol ta’titjib f’diversi toroq f’Għawdex, bħala parti mill-impenn tal-Gvern li jinvesti mas €700 miljun għal qabza l‘fuq fil-kwalita’ tal-infrastuttura tat-toroq f’pajjiżna. Aktar dettalji dwar il-ħidma ta’ Infrastructure Malta jingħataw dalwaqt.

Għawdex – Impjant tat-Tisfija tad-Drenaġġ – second class water

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol fadal isir biex is-second class water mill-Impjant tat-Tisfija tad-Drenaġġ f'Għawdex, jibda jingħata lill-bdiewa? Jista' jgħid f’liema lokalitajiet ser ikun aċċessibbli dan l-ilma? Jista' jgħid kemm ser ikun intitolat għall-ilma kull bidwi u jekk hux ser ikun hemm ħlas għal dan l-ilma?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-intenzjoni hija li l-impjant jibda jipproduċi l-ilma ġdid mill-aktar fis possibli, meta l-profil tal-ilma jkun tajjeb għal dan l-użu. Meta jibda jintuża dan isir skont LN210/17, bl-istess sistema li qed tintuża Malta.
Leg 13 PQ #5242 Sitting 105 2018-04-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bejgħ ta’ passaporti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il passaport Malti nbiegħ fis-sena 2016 u kemm-il passaport Malti nbiegħ fis-sena 2017 bl-iskema tal-Individual Investor Programme (IIP)? Jista' jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern minn dan il-bejgħ ta' passaporti fis-sena 2016 u kemm kien id-dħul tal-Gvern fis-sena 2017?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Inerpellant li l-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment ma jbiegħx passaporti. L-informazzjoni mitluba hija pubblika u tingħata fir-Rapport Annwali tar-Regolatur.
Leg 13 PQ #5251 Sitting 105 2018-04-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Servizz tal-Fast Ferry bejn Malta u Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk is-servizz tal-Fast Ferry bejn Malta u Għawdex hux ser jibda jaħdem matul is-sena 2018 u jekk iva f’liema xahar mistenni li jibda jaħdem?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2839. Jiżdied jingħad li bħal ma’ jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant, il-fast ferry ma jistax jibda jopera qabel jiġi eżawrit il-proċess tal-PSO.

Għawdex – studji mill-ERA dwar applikazzjoni għal proċessar tad-demel fil-Munxar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ studji ntalbu li jsiru mill-ERA dwar l-applikazzjoni PA 02406/18 - Site at Triq Żgħawri, Munxar, Gozo: Proposed upgrade of existing bovine farm D327, covered by PA4584/06, according to policy 2.3A of the Rural Policy and Design Guidance, with the capacity to process effluent from other farms? Jista' jgħid min huma l-esperti li ġew imqabbda jagħmlu dawn l-istudji?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ERA qed teżamina d-dokumentazzjoni provduta, b’mod partikolari d-deskrizzjoni tal-proġett li ġiet sottomessa mal-applikazzjoni, sabiex ikollha opinjoni nfurmata dwar il-ħtieġa ta’ aktar studji. Għaldaqstant, għalissa d-dettalji l-oħra mitluba għadhom prematuri.
Leg 13 PQ #5130 Sitting 104 2018-04-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għarb Għawdex – Triq Frangisk Portelli — tarmak

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux ippjanat li tingħata t-tieni kisja ta' tarmak fi Triq Franġisk Portelli ġewwa l-Għarb Għawdex qabel jibda l-istaġun tas-sajf u jekk le, meta hu ppjanat li tingħata t-tieni kisja ta' din it-triq?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għall-din il-Mistoqsija Parlamentari għadu qed jinġabar u jingħata f’xi seduta oħra

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Taqsima tal-physiotherapy – xiri ta’ apparat

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’investiment sar f’xiri ta’ apparat, sena b’sena, mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum, ġewwa t-taqsima tal-physiotherapy fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u x'apparat hemm ippjanat li jinxtara matul is-sena 2018 għal din it-taqsima?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-2013 sal lum inxtara diversi apparat għat-taqsima tal-physiotherapy fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex fosthom laser therapy unit, shockwave therapy unit, Transcutaneous Nerve Stimulators, Wheelchairs, sodod, Biofeedback machine & software with weight distribution board, pressure plates for gait analysis, Interferential units, Lateral transfer systems u Walking Frames- Bariatric with wheels. Ninfurmaha ukoll illi hemm diversi apparat li huwa ppjanat li jinxtara matul din is-sena għal l-imsemmija taqsima.

Kumitat dwar il-mina bejn Malta u Għawdex – membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ser ikunu l-membri tal-Kumitat dwar il-mina bejn Malta u Għawdex li tħabbar minnu ftit tal-jiem ilu u li skont hu ser ikun qed jitmexxa mill-ex membru Parlamentari Dr Franco Mercieca? Jista’ jgħid lil min ser ikunu qed jirrappreżentaw dawn il-membri? Jista’ jgħid x’ser ikun l-irwol ta’ dan il-kumitat u jekk dan hux ser ikun kumitat eżekuttiv jew konsultattiv?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jingħatha hawn taħt filwaqt li n¿ied wkoll li dan il-kumitat huwa konsultattiv fejn l-irwol tiegħu huwa ta’ koordinament bejn partijiet interessati biex jixprunaw ideat sabiex dan il-proġett jitmexxa il-quddiem bl-aħjar mod possibli u jkun ta’ suċċess. Isem Po żizzjoni Mr Franco Mercieca Chair Mr James Piscopo Rappreżentant - TM Ing Jonathan Scerri Rappreżentant – Ministeru għat-Trasport Perit Shawn Micallef Rappreżentant – Ministeru għal Għawdex Ms Michelle Piccinino Rappreżentant - ERA Perit Sylvio Farrugia Rappreżentant - PA Perit Sarah Pace Perit tal-Proġett - Ex-officio Mr Frans Ghirxi Segretarju

Studji dwar il-mina bejn Malta u Għawex – testijiet ġeoloġiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-testijiet ġeoloġiċi li kellhom isiru bħala parti mill-istudji dwar il-mina bejn Malta u Għawdex humiex lesti kollha? Meta tlestew dawn it-testijiet? Kemm swew dawn it-testijiet? Jista' jpoġġi kopja tar-riżultati u rapport wara li saru dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-testijiet ġeoloġiċi li saru bħala parti mill-istudji preliminari dwar il-mina bejn Malta u Għawdex tlestew f’Marzu 2018. Dawn it-testijiet ġeoloġiċi swew €831,595.60 (exc. VAT). Bħalissa r-riżultati tat-testijiet ġeoloġiċi qegħdin jiġu analizzati flimkien mat-testijiet sismiċi. Dawn ir-riżultati jkunu ppublikati fil-mument opportun.
Leg 13 PQ #5237 Sitting 104 2018-04-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Sannat – Triq Sannat — xogħol

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux ippjanat li x-xogħol fi Triq Sannat ġewwa s-Sannat jinbeda matul is-sena 2018? Jekk iva, ħarġu t-tenders u f'liema xahar tas-sena huwa ppjanat li jibda x-xogħol fuq din it-triq?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li it-tender tal-parti ta’ Triq Sannat fuq in-naħa tax-Xewkija jinsab f’evaluation stage. Għat-tieni parti tat-triq ġiet sottomessa l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar għall-junction. Meta l-permess jiġi approvat, jinħareġ it-tender tat-tieni parti tat-triq.

Ħaddiema Għawdxin fi grad ta’ pulizija u suldati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu ppjanat li ħaddiema Għawdxin li huma fil-grad ta’ pulizija jew fil-grad ta’ suldat u li preżentament qed jaħdmu u huma stazzjonati f’Malta, ser jintbagħtu jaħdmu f’Għawdex matul is-sena 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li kif diġà ngħad fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet preċedenti dwar ċaqliq ta' membri tal-Korp tal-Pulizija minn Malta għal Għawdex, jew bnadi oħra, tali ċaqliq isir meta u kif ikun bżonn, fl-aħjar interessi tal-istess Korp u tal-pubbliku inġenerali. Fir-rigward tal-Forzi Armati ta’ Malta, l-istess FAM qed tħarreġ biex jikkwalifika tim bħala operaturi tal-EOD biex jaħdmu f'Għawdex. Barra minn dan il-FAM ma għandhiex pjanijiet oħra, iżda dan jista' jinbidel skont l-esiġenzi tas-servizz.

Qorti tal-Kummerċ f’Għawdex

Question

Issa li twaqqaf il-Qorti tal-Kummerċ, jista’ l-Ministru jgħid, din il-Qorti kif se tkun qed taħdem f’Għawdex? Min irid jissottometti kawża quddiem il-Qorti tal-Kummerċ f’Għawdex, fejn irid jissottomettiha u min se jisma’ dawn il-kawżi fil-Qrati ta’ Għawdex?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Kummerċ) li ġiet imwaqqfa bl-Att Nru. I tal-2018 bdiet tiffunzjoni fid-9 t’April 2018. Din il-qorti għandha ġurisdizzjoni kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex u din il-ġurisdizzjoni hija limitata għal kawżi li joħorġu mill-Att dwar il-Kumpaniji. L-Att Nru.1 tal-2018 ħa ħsieb biex jagħti lil din is-Sezzjoni tal-Qorti Ċivili s-setgħa li tisma’ kawżi kontra persuni li huma residenti jew li għandhom id-dar ordinarja tagħhom fil-Gżira ta’ Malta u fil-Gżejjer ta’ Għawdex u Kemmuna. Bħala qorti superjuri l-preżentata tal-atti jsiru kif provdut fl-artikolu 180 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u jistgħu jiġu ppreżentati fir-Reġistru tal-Qrati Ċivili u Tribunali, ta’ Malta u ta’ Għawdex. Meta din il-Qorti tisma’ kawżi li jkunu kontra persuni li huma residenti f’Għawdex, is-seduti ser jinżammu fil-bini tal-qrati ta’ Għawdex. L-Imħallef li jippresjedi din il-Qorti f’Malta ser ikun qed jippresjedi l-Qorti meta tkun qed iżżomm is-seduta tagħha f’Għawdex.

Għawdex — Demel likwidu tal-baqar mill-farms

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk f’dawn l-aħħar ġranet u ġimgħat, id-demel likwidu tal-baqar mill-farms ta' Għawdex, hux qed jittieħed ġewwa l-premises tal-Wasteserv li jinsabu ġewwa tal-Kus fix-Xewkija, Għawdex? Jekk iva, kif qed jiġi pproċessat dan id-demel likwidu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lilll-Onor. Interpellant li mill-15 ta’ Marzu 2018, srew tad-demel iġġenerat fuq irziezet tal-baqar u tal-majjal f’Għawdex ittieħed f’tal-Kus limiti tax-Xewkija biswit l-impjant tal-Wasteserv ġewwa Għawdex. Il-proċess tat-trattament qiegħed isir minn kuntrattur imqabbad mill-GAB (Governance of Agricultural Bioresources Agency) sabiex is-srew jingħasar u sabiex tiġi sseparata l-parti solida minn dik likwida.

Xlendi — jetty

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-jetty tax-Xlendi hux ser jiġi rranġat sas-Sajf li ġej? Meta hu ppjanat li jibda x-xogħol u jitlesta, kemm hi ppjanata li tkun l-ispiża fuq dan il-proġett? X'tip ta intervent hu ppjanat li jsir?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddej il-proċess ta’ evalwazzjoni tat-tenders li ġie ppublikat għal xogħlijiet ta’ manutenzjoni meħtiega fuq il –Jetty tax-Xlendi. Dawn ix-xogħlijiet jikkonsistu f’tiswija u rinfurzar tal-pediment fuq in-naħa ta’ barra tal- Jetty fejn tnawwar u b’konsegwenza ċeda. Il-valur tal-offerti mitfugħa għal dan ix-xogħol ivarja bejn il-71,000Ewro u l-166,000Ewro. Dawn ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jinbdew ladarba jiġi konkluż il-proċess tal-evalwazzjoni.
Leg 13 PQ #5097 Sitting 103 2018-04-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – kumitat jew bord — membri

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3516 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ membri ta’ kull kumitat jew bord li nħatru minn Marzu tal-2013 ‘l hawn fil-Ministeru għal Għawdex jew xi entità li taqa' taħt l-istess Ministeru? Tista' tindika kemm kienet ir-remunerazzjoni ta' kull membru fis-sena f'kull kumitat jew bord fejn dawn ma kenux bla ħlas?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #5128 Sitting 103 2018-04-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Triq Gorf, ix-Xagħra u Triq Għajn Qatet, ir-Rabat — xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk Triq Gorf ġewwa x-Xagħra u parti minn Triq Għajn Qatet ġewwa r-Rabat Għawdex ġewx awarded it-tenders biex isir xogħol ta' resurfacing fihom? F’liema xahar ta’ din is-sena huma ppjanati li jibdew ix-xogħlijiet fuq dawn iż-żewġ toroq u f’liema xahar u liema sena mistennija jitlestew dawn iż-żewġ toroq?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq Triq Għajn Qatet beda iktar kmieni dan ix-xahar. Filwaqt li dwar ix-xogħol fi Triq Ġorf, qed jitlestew ix-xogħolijiet preparatorji mal-entitajiet biex ix-xogħol ikun jista’ jibda fil-ġranet li ġejjin.
Leg 13 PQ #5013 Sitting 102 2018-04-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Rabat Għawdex – bini ta’ skola primarja

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site-plan ta’ fejn eżatt hi ppjanata li tinbena l-iskola primarja l-ġdida tar-Rabat Għawdex? Jista’ jpoġġi wkoll kopja fuq il-Mejda tal-Kamra ta’ fejn huma ppjanati li jsiru l-grounds fejn it-tfal ta’ din l-iskola l-ġdida jkunu jistgħu jirrikrejaw rwieħhom u jilagħbu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. interpellant li s-site map tal-proġett qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar din is-site plan għandu jiġi nnotat li: · l-estensjonijiet li se jinbnew huma dawk immarkati b'linja rqiqa ħamra · l-Iskola Primarja se tkun fil-parti ta' quddiem, filwaqt li l- Middle School se tkun fil-parti ta' wara · il- playgrounds taż-żewġ skejjel huma indikati bil-kuluri.
Leg 13 PQ #5014 Sitting 102 2018-04-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem Għawdex – Djar tal-Anzjani San Ġużepp

Question

Tista' l-Ministru, tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti l-ġodda li saru għad-Dar tal-Anzjani San Ġużepp ġewwa Għajnsielem Għawdex? Tista' tgħid min kien il-Perit li għamel il-pjanti oriġinali fil-leġiżlatura li għaddiet u kemm tħallas tax-xogħol tiegħu? Tista’ tgħid fil-preżent, min hu l-Perit li qed imexxi dan il-proġett? Tista’ tgħid min hu l-Perit li għamel ix-xogħol fuq il-pjanti l-ġodda u kemm tħallas jew ser jitħallas tax-xogħol tiegħu u kif ġie magħżul biex jagħmel dan ix-xogħol u jekk jaħdimx mal-Ministeru għal Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanti oriġinali kienu saru mill-Perit Angelo Portelli, li huwa mpjegat tal-Gvern. Il-pjanti riveduti ġew imħejjija mill-Perit Frank Muscat li kien inkarigat minn diversi djar tal-anzjani tal -Gvern u l-permess huwa PA 9521/2017. Permezz tal-pjanti riveduti ġiet introdotta dementia block u l-binja saret fully compliant mal-aħħar standards għad-djar tal-anzjani. Kopja tal-pjanti l-ġodda qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.