Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu li għandhom il-jedd li jimponu xi forma ta’ penali amministrattiva (administrative fine)? Jista' jgħid kemm hu l-massimu tal-ammont li jista’ jiġi impost inkluż anke penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi fil-liġi? Jista' jgħid a tenur ta’ liema liġi dik l-awtorità jew entità għandha dawk it-tali poteri?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' loans mogħtija mill-branches ta’ kull bank li jopera f'Għawdex fl-aħħar tas-sena 2017? Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-ammonti ta' depożiti mal-branches tal-banek li joperaw f'Għawdex fl-aħħar tas-sena 2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux qed isir jew hemmx il-ħsieb li jsir, studju speċifiku dwar low-income households f'Għawdex, biex jiġi stabbilit jekk hemmx problema, x’inhi din il-problema u kif tista' tiġi indirizzata din il-problema fil-gżira ta' Għawdex? Jekk mhux qed isir tali studju, il-Ministru tikkunsidra li jsir studju ta' dan it-tip, speċifikament għall-persuni li jgħixu f'Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex qed jikkollabora ma’ Prof. Saviour Formosa mill-Universita’ ta’ Malta, dwar studju dwar il-bixriet soċjali t’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanati li jsiru xi toroq ġewwa Għawdex li jwasslu għal żoni turistiċi qabel jibda l-istaġun tas-sajf kif qed isir bħalissa ġewwa Malta u jekk iva liema toroq ser isiru ġewwa Għawdex qabel jibda l-istaġun tas-sajf?
Response (BORG, IAN)
Waqt li l-Ministeru ta’ Għawdex għadu kif ħabbar diversi proġetti ta’ toroq f’Għawdex, u allura wieħed jistaqsi aktar dwar dan lil Ministru responsabbli, meta titwaqqaf l-aġenzija Infrastructure Malta fil-ġimgħat li ġejjin, din ukoll ser talloka fondi għal xogħol ta’titjib f’diversi toroq f’Għawdex, bħala parti mill-impenn tal-Gvern li jinvesti mas €700 miljun għal qabza l‘fuq fil-kwalita’ tal-infrastuttura tat-toroq f’pajjiżna. Aktar dettalji dwar il-ħidma ta’ Infrastructure Malta jingħataw dalwaqt.
Ministeru għal Edukazzjoni u Xogħol – każijiet ta’ dixxiplina
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'kull Dipartiment u entità li taqa' taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, kemm kien hemm każijiet ta' dixxiplina dwar impjegati minn Marzu 2013 sal-lum? X'kien l-eżitu ta' kull każ? F'kull każ x'kien il-grad tal-impjegat involut?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba dwar id-dipartimenti. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li dwar l-entitajiet għad jonqos tinġabar xi informazzjoni. Dan it-tagħrif ikun jista' jingħata bħala informazzjoni addizzjonali hekk kif tinġabar l-informazzjoni kollha.
Attachments:PQ 5741 - MEDE - każijiet ta' dixxiplina.pdf
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti f'kull skola primarja f'Għawdex kemm tal-Gvern kif ukoll tal-Knisja fil-bidu tas-sena skolastika 2017/2018, ċjoè f'Settembru 2017? Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' studenti f'kull waħda minn dawn l-iskejjel fil-preżent?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 5742 - Għawdex - skejjel primarji - studenti.pdf
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-Ministeru tagħha jew mad-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum? Tista' tgħid f’liema grad ġew impjegati u f'kull każ saritx sejħa pubblika għal dawn il-postijiet? Tista' tgħid f'kull każ x'kienu r-rekwiżiti u l-kwalifiċi mitluba għal dawn il-pożizzjonijiet? Tista' tgħid kemm minn dawn il-persuni impjegati għadhom fl-istess pożizzjoni sal-lum u jekk ma għadhomx fil-pożizzjoni li fiha ġew impjegati, wara kemm żmien ġew trasferiti għal xogħol ieħor u f’liema grad qegħdin illum?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-bini tal-pixxina ġewwa r-Rabat Għawdex hux se jinbeda matul is-sena 2018 li issa waslet kważi f'nofsha? Jekk iva, f’liema xahar tas-sena hu ppjanat li jibda x-xogħol u meta hu mistenni li din il-pixxina tibda tintuża?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġu mibnija units tal-housing fl-erba’ snin li ġejjin f’Għawdex min-naħa tal-Gvern jew l-Awtorità għad-Djar u f’liema lokalità ġewwa Għawdex se jinbnew dawn il-units? Jista’ jgħid bħalissa f'Għawdex fejn hemm xogħol għaddej fuq bini ta' units ġodda ta' housing soċjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, filwaqt li numru ta’ appartamenti ser ikunu disponibbli f’Għawdex permezz tal-iskema ‘Nikru biex Nassistu’, il-Ministeru għal Għawdex għaddej b’diskussjonijiet mal-awtoritajiet ikkonċernati għal proġett ta’ housing soċjali f’Għawdex. Għal aktar informazzjoni ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill- Ministru kkonċernat.
Bini ta’ Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal
Question
Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra fuq l-aħħar żviluppi dwar il-bini ta’ Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal li l-Gvern Laburista ħareġ espressjoni ta’ interess għalih eżatt wara li tela’ fil-Gvern f’Marzu 2013 u dan peress li issa għaddew ħames snin minn dakinhar u ma ssemma xejn iżjed dwaru? Tista’ tgħid jekk dan il-proġett hux ser isir u jekk l-espressjoni ta’ interess li kienet iħarġet għadhiex għaddejja jew jekk ġietx imwaqqfa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru qed isegwi l-proċess li permezz tiegħu iridu jiġu solvuti kwistjonijiet bejn il-proponent u terzi.
Għajnsielem – Triq iż-Żewwieqa – asfaltar tat-triq
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk Triq iż-Żewwieqa f’Għajnsielem/Qala Għawdex u ċjoè t-triq li twassal minn Għajnsielem sal-Qala hux ser tiġi asfaltata kollha kemm hi jew inkella parti żgħira biss minnha? Jekk ser tiġi asfaltata parti biss minnha, x’inhi r-raġuni li mhijiex ser tiġi asfaltata kollha u meta hi ppjanata li tingħata kollha kemm hi bit-tarmac?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, bħala parti minn proġett ta’ Għawdex lil Kunsill Lokali, l-Ministeru għal Għawdex ta s-somma ta’ €79,930.31 lill-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem sabiex jagħmel xogħlijiet f’din it-triq. Is-servizzi ġew mgħoddija, it-triq inqalgħet u ingħataw livelli aġġornati u din il-ġimgħa mistenni li x-xogħol jiġi konkluż. Dan ix-xogħol qed jiġi superviżjonat mill-Ministeru bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill.
Tista’ l-Ministru tgħid meta huma ppjanati li jsiru l-marki taż-żebgħa (parking bays) ġewwa Triq l-Ewropa fir-Rabat, Għawdex eżattament quddiem l-area tal-Gozo Sports Complex u l-kumplament tat-triq biex il-karozzi jkunu jistgħu jiġu pparkjati kif suppost u dan peress li dawn ir-road markings ma għadhomx jidhru?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-ġimgħa l-oħra refreshments tas-sinjali, li kien hemm il-permess għalihom maħrug mit-Transport Malta. Ninforma wkoll li r-road markings section tal-Ministeru għal Għawdex qed twettaq programm ta’ road markings madwar Għawdex kollu.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5240 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilha u ċjoè: Tista’ l-Ministru tgħid xi proġetti ta’ toroq hemm ippjanati li jsiru ġewwa Għawdex u f’liema sena mill-fond ta' Operational Programme I European Structures and Investments Funds 2014-2020?
Skema Ministry for Gozo Non-Governmental Organisations Assistance Scheme
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi r-rapport tal-għażla tal-iskema Ministry for Gozo Non-Governmental Organisations Assistance Scheme? Tista' tgħid min kienu l-membri tal-Bord tal-Għażla? Tista' tagħti l-lista tas-sitta u tletin (36) sottomissjoni li kien hemm u tindika minn dawn is-sottomissjonijiet kollha liema ma ġewx magħżula?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema ġiet maħduma bħal dik tas-sena l-oħra li ngħatat tifħir mill-Kummissjarju għas-Settur tal-Volontarjat għal mod kif ġiet awarded. Ir-riżultat u l-informazzjoni li qed tintagħlab qeda fuq il-website tal-Ministeru għal Għawdex u tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat.
Ministeru għal Għawdex – kontijiet pendenti għal xogħlijiet fit-toroq f’Għawdex
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk fil-Ministeru tagħha jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtha, hemmx kontijiet pendenti għal xogħlijiet ta’ toroq li saru f’Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum? Jekk iva, tista’ tagħti dettalji ta' liema toroq huma dawn il-kontijiet pendenti, kemm hu l-ammont u għaliex il-kont għadu ma tħallasx?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-files in kwestjoni huma materja ta’ investigazzjoni mill-pulizija ma jistgħux jingħataw iktar dettalji f’dan l-istadju.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1795 u 2788 u tgħid kemm ingħataw contracts for service mill-Ministeru għal Għawdex inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, sena b’sena? Tista’ tagħti wkoll dettalji dwar it-tul ta’ żmien ta’ kull kuntratt, is-servizzi li ngħataw, kif ukoll il-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra fir-rigward ta’ kull tali kuntratt?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3175 u 4353 u tgħid kemm-il quote nħarġet mill-Ministeru għal Għawdex u mid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex mit-8 ta' Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Tista' tgħid kemm kien il-valur ta' kull quote li nħarġet? Tista' tgħid liema dipartiment jew entità tat kull waħda mill-quotes preċedentament imsemmija? Tista' tgħid x'kien ix-xogħol jew servizz rikjest minn kull quote u li ngħatat? Tista' tgħid ukoll jekk kienx hemm quotes li tħallsu bis-siegħa u f'tali każ tgħid liema kienu u tinkludi wkoll kemm-il siegħa ta' xogħol kien hemm involuti? Tista’ tgħid ukoll min kienet il-persuna u x'kariga tokkupa, li ċċertifikat ix-xogħol, u kemm hemm kontijiet pendenti fuq quotes?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ppublikata fuq is-sit eletronniku tal-Ministeru għal Għawdex kif wkoll fuq il-pjattaforma tal-akkwist elettroniku tal-gvern għal kwotazzjonijiet jew għal sejħiet dipartimentali għal offerti.
Nikkonferma wkoll li skond Regolament 111 (2) tal-avviz legali 352 tal-2016, kif emendat bl-Avviż Legali 155 tal-2017, 233 tal-2017 u 26 tal-2018, l-awtoritajiet kontraenti fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex kull sitt xhur jippubblikaw fil-Gazzetta lista sħiħa tal-kuntratti dipartimentali kollha li jkunu ngħataw minnu u lista tal-każijiet kollha li jinvolvu varjazzjonijiet li jeċċedu l-valuri tal-kuntratt oriġinali b’iżjed minn ħamsa fil-mija. Dawn iż-żewġ listi jinkludu l-isem tal-operatur ekonomiku, in-natura tal-kuntratti, il-valuri oriġinali tal-kuntratti u l-valuri finali tal-kuntratti jekk ikun il-każ.
Il-Bajja tar-Ramla – Triq Ta’ Għajn Ħosna — tiswijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk Triq Ta’ Għajn Ħosna, it-triq li mix-Xagħra twassal għall-Bajja tar-Ramla l-Ħamra hux se ssir kollha f’dawn il-ġranet jew inkella hux se ssir parti minnha biss? Tista’ tgħid ukoll jekk din it-triq hux se tiġi asfaltata kollha u tkun lesta sal-bidu ta’ dan is-sajf?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru ta’ Għawdex ta is-somma ta’ €150,015.05, bħala parti minn Proġett ta’ Għawdex lil Kunsill Lokali tax-Xagħra sabiex issir din it-triq u x-xogħol skedat huwa mistenni li jitlesta f’dawn il-ġranet.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tat-tendering u meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol infrastrutturali fuq it-tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender qiegħed fil-proċess tal-evalwazzjoni biex tkun tista’ ssir rakkomandazzjoni lid-Dipartiment tal-Kuntratti ħalli ssir l-award. Ix-xogħol infrastrutturali huwa mistenni li jitlesta fi tieni kwart tas-sena 2019.
Ministeru għal Għawdex – appointments ġodda lill-ħaddiema
Question
Tista' l-Ministru tgħid minn Marzu 2013 sal-lum f'kull Dipartiment u entità li taqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex kemm ingħataw appointments ġodda lill-ħaddiema? X'kienu l-gradi li għalihom ingħataw dawn l-appointments? F'liema gradi kienu l-ħaddiema qabel ingħataw dawn l-appointments? Tista' tagħti dan it-tagħrif xahar b'xahar u sena b'sena?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Copy of PQ 5635 APPOINTMENTS ĠODDA LILL-ĦADDIEMA.pdf