Legislature:
Category:
Reset
Active:

Regolament tal-UE dwar il-Geo-blocking

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’miżuri qed jittieħdu fir-rigward tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Unjoni Ewropea numru 2018/302 tat-28 ta’ Frar 2018 dwar il-geo-blocking, b’mod partikolari jekk ġewx identifikati l-entitajiet pubbliċi li ser ikunu responsabbli għall-infurzar ta’ dan ir-regolament u l-għodda li dawn ser ikollhom biex jagħmlu din il-ħidma?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru konċernat.

Il-Marsa — Bini ta’ Multi Level Interchange – proċess ta’ aġġudikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' aġġudikazzjoni tat-tender għall-bini ta’ Multi-level Interchange fil-Marsa? It-tender għall-bini ta' dan il-multi level interchange ġie awarded? Jekk iva, lil min ġiet mogħtija?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess ta’ aġġudikazzjoni għall-bini ta’ Multi-level Interchange fil-Marsa tlesta u kien hemm rakkmandazzjoni għall-għoti tal-offerta lill-kumpanija Torka Ayhanlar Yol Asfatlama San. Tic. A.S. Wara din ir-rakkmandazzjoni, kien hemm il-perjodu tal-appelli skont il-proċeduri regolari. Matul dan l-istess perjodu tressaq appell minn wieħed mill-offerenti u għaldaqstant il-proċess bħalissa huwa wieqaf sakemm jinstema’ tali appell.

Ċimiterju tal-Addolorata – proġett ta’ estensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna dwar il-proġett ta' estensjoni (bini ta’ aktar oqbra) fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata? It-tender ġie awarded? Minn min hu ffurmat il-konsorzju li rebaħ it-tender u se jagħmel ix-xogħol? Meta hu ppjanat li jibda u jitlesta x-xogħol ta' din l-estensjoni f’dan iċ-Ċimiterju?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-riżultat u r-rapport tal-evalwazzjoni fuq il-proġett tal-Addolorata ġie sottomess lid-Dipartiment tal-Kuntratti. Il-Konsorzju rebbieħ huwa Campo-Santo. Hekk kif jiġi ffirmat il-kuntratt jkun jista’ jibda x-xogħol. Huwa ppjanat li l-estenzjoni tal-oqbra titlesta sa massimu ta’ 36 xahar minn meta jinbeda x-xogħol.
Leg 13 PQ #5861 Sitting 120 2018-05-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Bini ta’ Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5688, tista’ l-Ministru tagħti aktar dettalji u tgħid xi kwistjonijiet hemm bejn il-proponent u terzi, rigward il-proġett ta’ żvilupp dwar il-bini ta’ Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal u dan peress li dan il-proġett suppost huwa wieħed mill-akbar u l-aktar importanti għall-gżira ta' Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li hemm vertenzi ta' natura legali li l-Ministeru għal Għawdex mhux parti fihom, ma hemm xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari 5688.
Leg 13 PQ #5885 Sitting 120 2018-05-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – nefqa fuq IT equipment

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa ta' kull dipartiment u entità li taqa' taħt il-Ministeru tagħha f'dak li hu IT equipment minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma xahar b'xahar u sena b'sena? X'kien kull tip ta' IT equipment li fuqu saret din in-nefqa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #5785 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Community Work Scheme — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm ħaddiema fil-Community Work Scheme ġewwa Għawdex u Malta li jagħmlu xogħol klerikali, xogħol ta’ messaġġier/a, xogħol ta’ telephone operator u xogħol ta’ cleaner? F’kull każ, jista’ l-Ministru jgħid ingħatawx xi forma ta’ kors, u jekk fl-affermattiv x'tip ta’ kors ingħataw? X’tip ta’ korsijiet hemm ippjanati li jingħataw lill-ħaddiema ta' din l-iskema matul is-sena 2018?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li f’Jannar 2018 kien hemm total ta’ 839 parteċipant fil-Community Work Scheme - 503 f’Malta u 336 f’Għawdex. Minn dawn kien hemm: Malta Għawdex Xogħol klerikali 24 26 Xogħol ta’ messaġġier 11 3 Xogħol ta’ receptionist/Tel. Operator 23 9 Xogħol ta’ cleaner 237 112 Huwa min iħaddem li jara li l-ħiliet ta’ l-individwu huma adegwati għax-xogħol li jsir. Il-Jobsplus ma żżomm l-ebda informazzjoni dwar taħriġ li qed jieħdu dawn il-ħaddiema li huma ingaġġati ma’ employer privat.

Applikazzjonijiet għall-Fondi Ewropej mill-Ministeru għal Għawdex

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3169 tista’ l-Ministru tgħid x’applikazzjonijiet ġodda saru mill-Ministeru għal Għawdex għall-fondi tal-Unjoni Ewropea mill-Budget 2014-2020? Għal xiex inhuma l-applikazzjonijiet? Tista’ tgħid f’liema stadju waslu l-applikazzjonijiet, ċjoè jekk ġewx approvati jew le? F'kull każ, tista' tgħid kemm tħallas s’issa mill-Fondi Ewropej fuq kull proġett jew inizjattiva approvata f'Għawdex mill-istess budget?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aġġornatament tat-tabella li kienet mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra fit-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3169. F’din it-tabella hemm indikat n-nefqa li saret s’issa f’dak li jikkonċerna l-lista tal-applikazzjoniet li saru mill-Ministeru għall-Għawdex u li ġew approvati għall-Programmi tal-Fondi Ewropej (2014-2020).
Leg 13 PQ #5787 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Persuni ingaġġati ġodda

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni impjegati ġodda, fuq bażi permanenti/kuntratt indefinit jew b'kuntratt definit jew impjegati ingaġġati permezz ta' xi skema tax-xogħol, f'kull dipartiment jew entità li taqa' taħt il-Ministeru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma xahar b'xahar u sena b'sena? Tista' tagħti dan it-tagħrif skont il-grad u l-iskala ta' salarju ta' kull impjegat?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #5788 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Settur Pubbliku — impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1796, 2497 u 4259 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid sal-aħħar ta’ Frar 2013, kemm kien hemm nies impjegati mas-Settur Pubbliku (inklużi intrapriżi pubbliċi)? Kemm minn dawn kienu impjegati full-time? Kemm minn dawn kienu impjegati fuq bażi part-time? Kemm minn dawn kienu impjegati f’position of trust? U kemm minn dawn kienu impjegati b’kuntratt definit?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #5789 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Project Plus Malta — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti saru minn Projects Plus Malta s’issa minn kemm ilha li twaqqfet u xi proġetti hemm ippjanati li jsiru jew jibdew sal-aħħar tas-sena 2018? Jista' jgħid kemm minn dawn il-proġetti saru jew huma ppjanati li jsiru ġewwa Għawdex? Jista' jgħid kemm sewa kull proġett li sar jew se jsir ġewwa Għawdex sal-aħħar tas-sena 2018 u min ħareġ dawn il-flus?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4555.
Leg 13 PQ #5790 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nefqa fuq materjal stampat

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'kull dipartiment jew entità li taqa' taħtha, kemm kienet in-nefqa f'materjal stampat minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma xahar b'xahar u sena b'sena? F'kull każ x'kien l-iskop li għaliha sar l-istampar?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għal Għawdex – bini li kien inbena mill-flus ta’ Eko-Għawdex

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4265 u jgħid għal xiex qed jintuża llum il-bini li kien inbena mill-Ministeru għal Għawdex mill-flus ta’ Eko-Għawdex u li kellu jkun iċ-Child Development Centre f’Tal-Ibraġġ ħdejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Jista’ jgħid jekk din il-binja kollha hijiex amministrata mill-Ministeru għas-Saħħa jew jekk ġietx mgħoddija lil xi Ministeru ieħor jew xi kumpanija privata? Jekk iva lil min ġiet mgħoddija u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema jaħdmu ġo din l-istess binja u xi grad għandhom dawn il-ħaddiema?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-binja msemmija minnu ġiet mgħoddija lill- amministrazzjoni tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex bħala parti minn proġett ta' żvilupp tal-istess sptar. Fil-preżent, minn din il-binja jingħata servizz ta’ social work li huwa amministrat mill-Ministeru ta' Għawdex u s-servizz tal-Pharmacy of Your Choice (POYC). Din il-binja tospita ukoll uffiċċji tal-amministrazzjoni tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex. Hemm il-ħsieb illi fil-futur qarib jiżdied l-użu ta’ din il-binja. Il-grad tal-ħaddiema li jaħdmu minn din il-binja jvarja minn tobba u nurses għal social workers u skrivani.
Leg 13 PQ #5780 Sitting 117 2018-05-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Master Plan għal Kemmuna – konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslu l-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet ikkonċernati dwar il-Master Plan għal Kemmuna? Meta hu maħsub li se jkun iffinalizzat dan il-Master Plan u min huma l-periti inkarigati mill-Ministeru tagħha fuq dan il-pjan?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lilll-Onor. Interpellant li l-pjan ġie mgħoddi lill-ERA għall-kummenti, approvazzjoni u emendi. Il-Periti inkarigati huma d-ditta Doric Studio.

Sptar Ġenerali t’Għawdex – Orthopaedic Unit

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk is-sala mibnija reċentement u li kellha tintuża bħala Orthopaedic Unit ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex bdietx tintuża għal dan l-iskop u jekk le għal xiex qed tintuża bħalissa u għalfejn mhijiex tintuża bħala Orthopaedic Unit? Meta hu ppjanat li tibda tintuża?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-amministrazzjoni tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex flimkien mal-Ministeru tas-Saħħa qegħdin fi proċess sabiex ikunu jistaw jiġu ngaġġati nfermiera Għawdxin sabiex ikunu jistaw jaħdmu f'dan il-unit. Wara dan il-proċess, mistenni jibda programm ta' taħriġ għall-infermiera dwar din il-kura speċjalizzata. Ta' min wieħed jirrimarka illi din l-istess amministrazzjoni żiedet in-numru ta' konsulenti tal-ortopedija minn dak ta' wieħed għal tlieta. Sar ukoll investiment qawwi f'dik li hija għodda li tiġi użata fl-operazzjonijiet tal-Ortopedija. Sabiex jikkumplimenta dan kollu, ħarġet ukoll sejħa għal Specialist Nurse għal dan id-dipartiment speċifiku. Dan kollu jawgura tajjeb biex il-kura tal-Ortopedija fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex tkun tal-għola livell, xi ħaġa li l-poplu Għawdxi kien ilu jistenna għal snin twal. Fil-preżent u sakemm jiġi esegwit dan il-proċess kollu, qed jiġu użati tlett uffiċċji kif ukoll xi kmamar li fihom qed jinżamm apparat relatat mal-ortopedija.

Entitajiet Pubbliċi – penali amministrattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu li għandhom il-jedd li jimponu xi forma ta’ penali amministrattiva (administrative fine)? Jista' jgħid kemm hu l-massimu tal-ammont li jista’ jiġi impost inkluż anke penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi fil-liġi? Jista' jgħid a tenur ta’ liema liġi dik l-awtorità jew entità għandha dawk it-tali poteri?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra

Entitajiet Pubbliċi – penali amministrattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu li għandhom il-jedd li jimponu xi forma ta’ penali amministrattiva (administrative fine)? Jista' jgħid kemm hu l-massimu tal-ammont li jista’ jiġi impost inkluż anke penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi fil-liġi? Jista' jgħid a tenur ta’ liema liġi dik l-awtorità jew entità għandha dawk it-tali poteri?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Leg 13 PQ #5784 Sitting 117 2018-05-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Dekasteri - Bord tal-Għażla

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5555, tista’ l-Ministru tgħid għal kull Bord tal-Għażla maħtur, min kienu ċ-Chairpersons u l-membri u għal liema post/pożizzjonijiet vakanti kien maħtur kull Bord minn Marzu 2013 sal-lum? Tista' tgħid fuq liema kriterji jinħatru l-membri f'kull Bord?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed nikkonferma r-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari 5555, li ċ-chairperson ikun uffiċjal pubbliku waqt li ż-żewġ membri l-oħra jkunu uffiċjali pubbliċi rtirati li l-lista tagħhom tiġi approvata mill-Kummissjoni Dwar is-Servizz Pubbliku.

Sptar Ġenerali t’Għawdex – master plan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-master plan għall-area tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Peress li fil-preżent hemm problema kbira ta’ nuqqas ta’ parkeġġ kemm għall-ħaddiema tal-Isptar kif ukoll għall-pazjenti u qraba li jużaw l-Isptar ta’ Għawdex, jista’ jgħid jekk qiegħedx jiġi kkunsidrat li jsir car park ieħor jew jitkabbar dak eżistenti?

Response (BORG, IAN)

L-Awtorità tal-Ippjanar għandha quddiema applikazzjoni bin-numru PA7491/16 li tipproponi “A master-plan of the Gozo Hospital Site consisting of Major alterations, including part demolition and reconstruction, and refurbishment of existing Gozo General Hospital (Use class order 2A), to increase number of beds from 270 to 450 inclusive of all ancillary facilities. With reference to drawing (GGH-iAS-A'B-XX-A-1001) - Refurbishment of buildings 10 and 11 and demolition of buildings 12, 13, 14, 15 and 16. With reference to drawings (GGH-iAS-A'B-XX-A-1002)- New construction of buildings 17, 18, 19, 20 and 21. Reference is being made to a table, attached, showing all buildings, building types and areas.” L-applikazzjoni sarilha il-proċess tal-iscreening u bħalissa l-Awtorità qiegħda tistenna li jiġu sottomessi l-informazzjoni u d-dokumenti mitluba fl-iscreening letter. Il-pjanti sottomessi fl-applikazzjoni tal-“master plan” juru li se jkun hemm numru ta’ parking areas madwar il-konfini tal-isptar li bejniethom jipprovdu 521 “parking spaces. Tlesta wkoll Traffic Impact Assessment komprensiv għall-iżvilupp propost fil-masterplan, u dak ix-xogħol approvat fl-applikazzjoni għall-iskola medika ta’ Barts (PA 5493/16). Meta dan il-Traffic Impact Assessment ġie studjat minn Tranport Malta, ġie konkluż li l-iskola medika se tiġġenera impatti minimi fuq l-infrastuttura tat-toroq tal-madwar, kif ukoll li l-impatti tat-transport ġenerat mill-master plan għad iridu jiġu studjati minn Transport Malta.
Leg 13 PQ #5757 Sitting 116 2018-05-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur Għawdex – Triq il-Ħanaq – Xogħlijiet ta’ tarmak

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjan li jitlesta x-xogħol ta' tarmak fi Triq il-Ħanaq fin-Nadur, Għawdex qabel is-sajf 2018 peress li din it-triq għadha b'kisja waħda ta' tarmak fejn diġà ġratilha ħsara kbira peress li ma tkompliex ix-xogħol? Jekk mhux se ssir qabel is-sajf 2018 tista' tgħid meta hu ppjanat li jsir dan ix-xogħol?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-Mistoqsija Parlamentari ser tingħata f’xi seduta oħra.

Entitajiet pubbliċi – penali amministrattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu li għandhom il-jedd li jimponu xi forma ta’ penali amministrattiva (administrative fine)? Jista' jgħid kemm hu l-massimu tal-ammont li jista’ jiġi impost inkluż anke penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi fil-liġi? Jista' jgħid a tenur ta’ liema liġi dik l-awtorità jew entità għandha dawk it-tali poteri?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.