Tista’ l-Ministru tgħid meta hu ppjanat li jkun hemm canteen għall-ħaddiema u l-qraba tal-pazjenti ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex peress li l-canteen li kien hemm qabel, twaqqa’ aktar minn sena ilu biex minfloku tinbena l-iskola ta’ Barts u sal-lum l-Isptar ta' Għawdex għadu bla canteen?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Ministeru għal Għawdex – rakkomandazzjonijiet dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5607, tista’ l-Ministru tgħid x'kienu r-rakkmandazzjonijiet fil-passat, ċjoè minn Marzu 2013 ‘l hawn, dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji li saru u r-rakkmandazzjonjiet li ħarġu minnhom?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċerti miżuri twettqu filwaqt li oħrajn ser jitwettqu fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu li għandhom il-jedd li jimponu xi forma ta’ penali amministrattiva (administrative fine)? Jista' jgħid kemm hu l-massimu tal-ammont li jista’ jiġi impost inkluż anke penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi fil-liġi? Jista' jgħid a tenur ta’ liema liġi dik l-awtorità jew entità għandha dawk it-tali poteri?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma dawk l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu li għandhom il-jedd li jimponu xi forma ta’ penali amministrattiva (administrative fine)? Jista' jgħid kemm hu l-massimu tal-ammont li jista’ jiġi impost inkluż anke penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi fil-liġi? Jista' jgħid a tenur ta’ liema liġi dik l-awtorità jew entità għandha dawk it-tali poteri?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Mediku għandu l-jedd li jimponi penali amministrativa bis-saħħa tas-setgħat mogħtija bl-Avviż Legali 38 ta’ 2009, Regolamenti tal-2009 dwar Penali imposti mill-istess Kunsill Mediku. It-tieni Artiklu tal-imsemmi Avviż Legali jistipula li f’dawk il-każijiet li l-Kunsill Mediku ikun sodisfatt li akkuża li tinġieb kontra professjonist tkun ġiet ippruvata, dan il-Kunsill jista’ jimponi penali ta’ mhux iżjed minn għoxrin elf euro. Artiklu 3 ikompli jispecifika li “jekk professjonist jonqos milli jħallas dik il-penali li tiġi imposta fuqu fi żmien tliet xhur mid-data meta tiġi imposta dik il-penali, għaldaqstant il-Kunsill Mediku għandu jordna li isem il-professjonist jiġi kanċellat mir-reġistru adatt mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda avviż ieħor.”
Is-Suprintendent għas-Saħħa Pubblika huwa l-Awtorità dwar il-Liċenzjar għall-għanijiet tal-Att dwar il-Medicini, Kap 458, u għalhekk ukoll għandu l-jedd li jimponi penali amministrativa bis-saħħa ta’ Artiklu 100 tal-Att hekk imsemmi meta persuna tkun ikkommettiet reat kontra dan l-Att jew xi regolamenti jew regoli magħmulin taħtu. Artiklu 100 (3) jesiġi li
“Il-Ministru għandu jippreskrivi l-penalitajiet li jistgħu jintalbu mill-Awtorità dwar il-Liċenzjar dwar xi reat speċifikat: I
żda penali bħal dik ma għandhiex tkun teċċedi ammont ta’ tlieta u għoxrin elf u mitejn u tlieta u disgħin euro u tlieta u sebgħin ċenteżmu (23,293.73).
”
Meta tinkiser id-dispożizzjoni tal-Artiklu hekk imsemmi, jidħol fis-seħħ Artiklu 100 (5) li jispeċifka li
“
Meta l-persuna li jingħatalha l-avviż taħt is-subartikolu ma tħallasx il-penali fi żmien il-perjodu ta’ wieħed u għoxrin ġurnata msemmi fis-subartikolu (3) u ma osservatx, fiż-żmien speċifikat, il-ħtiġiet ta’ dan l-Att, jistgħu jittieħdu proċedimenti ordinarji kontriha skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali, ta’ dan l-Att u ta’ kull liġi oħra li t
kun tapplika dwar ir-reat.”
Ninfurmah ukoll illi skont l-Avviż Legali 32 tal-2015,
Regolamenti tal-2015 dwar l-Awtorità għall-Protezzjoni ta’ Embrijuni
,(KAP. 524)Artiklu 18(9) ‘
Multa amministrattiva imposta ma għandhiex, sakemm ma jkunx xort’oħra provdut minn jew taħt l-Att, teċċedi t-tliet mija u disgħa u erbgħin elf u erba’ mitt euro (€349,400) għal kull ksur jew nuqqas ta’ konformità u, jew ħdax-il-elf u sitt mitt euro (€11,600) għal kull jum ta’ ksur jew nuqqas ta’ konformità skont il-ka
ż li jkun.
Iżda jekk l-att jew l-ommissjoni li jikkostitwixxu ksur huma mwettqa minn impriża u l-Awtorit
à tqis li l-att jew ommissjoni għandhom effetti partikolarment sinifikanti għad-detriment tal-klijenti u, jew pazjenti, l-ammont iddikjarat li jista’ jiġi impost bħala
multa amministrattiva jista’ jiżdied għal ammont li ma jkunx aktar minn ħamsa fil-mija tal-fatturat tal-impriża fis-sena kalendarja minnufih qabel i
s-sena li fiha l-ksur ikun sehh.Kull multa imposta kuljum tista’ tkun retroattiva għad-data tal-att jew ommissjoni jew tal-bidu tal-ksur
.’
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5755 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid kemm se jiġu mibnija units tal-housing f’Għawdex fl-erba’ snin li ġejjin min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex u f’liema lokalità ġewwa Għawdex se jinbnew dawn il-units? Tista’ tgħid bħalissa f'Għawdex fejn hemm xogħol għaddej fuq bini ta' units ġodda ta' housing soċjali?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex ħejja pjanijiet għal bini ta’ blokk flats f’Taċ-Ċawla, Ir-Rabat, Għawdex u ġiet sottomessa l-applikazzjoni lill-Awtorita’ tal-Ippjanar. In-numru ta’ tracking tal-Awtorità tal-Ippjanar huwa 206136.
Ir-Rabat u Santa Luċija Kerċem Għawdex – Triq il-Qasam San Ġorġ – kisi ta’ tarmak
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3006 peress li għad ma sar ebda xogħol biex isir network ta’ distribuzzjoni tal-ilma tat-tieni klassi magħruf bħala New Water fit-triq imsemmija, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li tingħata t-tieni kisja ta' tarmac (il-wiċċ) fi Triq Qasam San Ġorġ bejn ir-Rabat u Santa Luċija Kerċem Għawdex, liema xogħol sar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u dan skont risposta mogħtija mill-Ministru għal Għawdex, u dan peress li din it-triq ilha għal diversi xhur b’kisja waħda u hemm ammont ta’ tappieri perikolużi li huma ‘l fuq mil-livell tat-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għad għandha ppjanat li jsir network ta’ distribuzzjoni tal-ilma tat-tieni klassi magħruf bħala New Water fit-triq imsemmija. Il-Korporazzjoni għadha kif issottomettiet l-applikazzjoni għal fondi mill-Unjoni Ewropea u għandha l-preparazzjoni tat-tender fi stadju avvanzat ħalli hekk kif jiġu disponibbli l-fondi neċessarji tkun tista’ timxi minnufih. Biex itaffi din is-sitwazzjoni, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed taħdem biex tmewwet kemm jista’ jkun l-inkonvenjent madwar it-tappieri.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’korsijiet hemm ippjanati li jsiru mill-Institute of Public Service (IPS) ġewwa Għawdex minn issa sal-aħħar tas-sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat li l-korsijiet li hemm ippjanati li jsiru mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi f’Għawdex mid-data ta’ din it-tweġiba sal-aħħar tas-sena huma dawk kif muri fil-lista annessa. Il-korsijiet jiġu organizzati skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku u l-prospectus tal-istess Istitut għas-Servizzi Pubbliċi.
· Public Service Values
· Effective Briefing & Corresponding
· Effective writing
· Managing Performance to deliver a Service of Excellence
Il-Bajja tar-Ramla – Triq Ta’ Għajn Ħosna — tiswijiet
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5684 kollha u tgħid jekk Triq Ta’ Għajn Ħosna, it-triq li mix-Xagħra twassal għall-Bajja tar-Ramla l-Ħamra hux se ssir kollha f’dawn il-ġranet jew inkella hux se ssir parti minnha biss? Tista’ tgħid ukoll jekk din it-triq hux se tiġi asfaltata kollha u tkun lesta sal-bidu ta’ dan is-sajf?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li triq Għajn Ħosna hi responsabilita’ tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra. Iżda l-Ministeru għal Għawdex alloka l-fondi ghall-ammont ta’ Euro 150,015 biex din it-triq tingħata t-tarmac skont kif indikat mill-perit konċernat tal-istess kunsill. Il-Ministeru għal Għawdex hu kommess li jkompli jtejjeb il-kwalita’ tal-ħajja tar-residenti Għawdxin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il proġett ta’ afforestazzjoni sar ġewwa Għawdex u f’liema lokalità mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid kemm-il siġra ġiet imħawwla f'dawn il-proġetti ta' afforestazzjoni? Jista’ jgħid fejn hu ppjanat li jsiru iktar proġetti ta’ afforestazzjoni matul is-sena 2018 f'Għawdex?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 3761. Ninfurmah ukoll li f’Kemmuna tlesta l-proġett ta’ afforestazzjoni fejn tħawlu 3,100 siġra indiġena.
Tista' l-Ministru tagħti rendikont tad-dħul u l-ħruġ tal-attività Gozo Alive li saret f’Għawdex bejn it-18 u l-20 ta' Mejju 2018? Tista’ tgħid kemm ingħataw Direct Orders għal din l-attività u lil min ingħataw, kif ukoll kemm kien il-valur u għal xiex kienu dawn id-Direct Orders? Tista' tgħid kemm xogħol jew servizzi f’din l-attività saru wara talba għall-quotations u tgħid lil min ingħata dan ix-xogħol u x'tip ta' xogħol jew servizz ingħata wara talba għall-quotations?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u għalhekk jingħata f’seduta oħra.
Għawdex – triq li mir-Rabat twassal għaż-Żebbuġ – bini ta’ triq
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta hu maħsub li jsir ix-xogħol ta’ bini mill-ġdid tat-triq li mir-Rabat, Għawdex twassal saż-Żebbuġ f’Għawdex u dan peress li partijiet minn din it-triq jinsabu fi stat perikoluż? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol hux se jsir matul is-sena 2018?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li t-triq imsemmija ma ġietx inkluza fil-pjan ta’ toroq li għandu l-Ministeru għal Ghawdex għas-sena 2018. Il-Ministeru hu kommess li jkompli jinvesti fl-infrastruttura tal-gżira Għawdxija biex itejjeb il-kwalita tal-ħajja kemm tal-Għawdxin u l-eluf ta’ turisti li jżuruna.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5605, tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw direct orders mid-Direttorati u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex bejn Marzu 2013 sad-data li bdew jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern permezz tal-Avviż Legali msemmi fit-tweġiba tagħha? Tista' tagħti dan it-tagħrif xahar b'xahar u sena b'sena?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni hija aċċessibbli online skont il-link li ġejja:
https://gov.mt/en/Government/Government%20Gazette/Pages/Gazzette-Repository.aspx
Kopja tal-screenshot qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema li jaqgħu taħt ir-Roads Section ġewwa Għawdex u li bħalissa jagħmlu parti mill-Ministeru għal Għawdex humiex se jkunu parti mill-aġenzija ġdida tat-toroq li se tkun responsabbli mit-toroq kollha ta’ Malta u Għawdex? Jekk iva, kif inhu maħsub li dawn il-ħaddiema jgħaddu għal mal-aġenzija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif tħabbar fil-Parlament waqt it-Tieni Qari ta’ Abbozz Nru 39 - Abbozz ta’ Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta, fil-jiem li għaddew, Għawdex ser ikun qed igawdi minn żieda sostanzjali fil-fondi allokati għat-titjib u l-bini mill-ġdid tal-infrastruttura tat-toroq, permezz tal-ħidma ta’ din l-aġenzija ġdida.
Fl-istess waqt, il-fondi għal xogħlijiet fit-toroq li preżentament jiġu allokati kull sena għall-Ministeru t’Għawdex m’humiex ser jitnaqqsu. L-aġenzija ġdida ser tkun qed tappoġġja u ssaħħaħ ix-xogħol li preżentament isir mill-Ministeru t’Għawdex, b’aktar riżorsi u b’aktar fondi.
Id-diskussjonijiet dwar il-loġistika ta’ din il-kollaborazzjoni bejn Infrastruttura Malta u l-Ministeru t’Għawdex għadhom għaddejjin, u mistennija jitkomplew fiż-żmien li ġej. Fl-istess waqt, il-Gvern qed jagħmilha ċara li r-riżorsi umani, bl-esperjenza u l-ħiliet tagħhom, li hemm bħalissa fi Transport Malta, fil-Ministeru t’Għawdex u f’entitajiet oħra relatati, jeħtieġ jibqgħu jagħtu s-sehem tagħhom fl-iżvilupp tal-infrastruttura tat-toroq, speċjalment fis-snin li ġejjin meta ser naraw investiment bla preċedent għal toroq aħjar, u aktar sikuri f’Malta u Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid meta twaqqaf il-Kumitat tal-Kuntratti Dipartimentali? Minn mindu twaqqaf dan il-kumitat, kemm-il sejħa għall-kuntratti ġiet evalwata u/jew ikkunsidrata minn dan il-kumitat? Min huma l-membri ta' dan il-kumitat?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kumitat Dipartimentali tal-Kuntratti twaqqaf fl-14 ta’ Lulju 2010. Minn mindu twaqqaf dan il-kumitat kienu evalwati u/jew ikkunsidrati 683 sejħa għal offerti. Il-kumitat huma maħtur skont l-Artiklu 74 tar-Regolamenti tal-2016 dwar l-Akkwist Pubbliku (Avviż Legali 352 tal-2016 kif emendat bl-Avviżi Legali 155 u 233 tal-2017, u 26 tal-2018). Il-membri huma:
Chairperson, id-Direttur tas-Servizzi Korporattivi jew ir-rappreżentant tagħha;
Membru li jirrapreżenta lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex;
Membru li jirrapreżenta lid-Direttur tal-Kuntratti;
Segretarja maħtura minn fost l-Unità Ministerjali għall-Akkwist fil-Ministeru għal Għawdex.
Xagħra Għawdex – Park tal-Familja fil-Qortin – xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-Park tal-Familja fil-Qortin fix-Xagħra Għawdex fejn qabel kien hemm il-miżbla u li din ġiet magħluqa u rijabilitata? Jista' jgħid jekk inħarġux il-permessi mill-PA u jekk inħarġux it-tenders, biex isir ix-xogħol fuq dan il-Park tal-Familja? Jista' jgħid jekk dan il-park hux ser ikun aċċessibbli u lest għall-familji Għawdxin matul is-sena 2018?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tal-permessi meħtieġa mill-PA riesaq lejn it-tmiem tiegħu, dan wara diversi konsultazzjonijiet mal-ERA. It-tenders qegħdin għall-vetting id-DoC u maħsuba li jkunu fuq is-suq f’Lulju 2018. Il-pjan għadu li l-park jinfetaħ għall-pubbliku sal-aħħar ta' 2018.
Tista’ l-Ministru tgħid għal kull wieħed u waħda mil-artisti li ħadu sehem fil-Gozo Alive li sar f'Għawdex fil-weekend tat-18, 19, u 20 ta' Mejju 2018, kemm-il siegħa jew parti minnha taw bħala performance u kemm tħallas kull artist għal kull performance li ngħatat?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li kif seta’ jikkonstata personalment, il-festival li qed jirreferi għalih kien suċċess kbir u serva biex inkomplu nagħtu promozzjoni lil Għawdex kemm lokalment u anke internazzjonalment. Gozo Alive kellu wkoll impatt ekonomiku sostanzjali. Ta’ min isemmi biss li l-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd. ġarret ’il fuq minn 54,000 passiġġier matul l-imsemmijin dati.
L-ispiża relatata mal-artisti, li kienu jinkludu Għawdxin, Maltin u anke ismijiet magħrufa internazzjonalment, fit-tlett ijiem kollha tal-festival madwar Ghawdex kollu tlaħħaq madwar €104,000.
Festivals u attivitajiet oħrajn simili, inkluż bl-appoġġ tal-Gozo Tourism Association u l-Gozo Business Chamber, se jkomplu jsiru matul din is-sena stess, partikolarment is-sajf li ġej.
Rabat Għawdex – Triq Varjinga — Arkivju Nazzjonali u l-Librerija – fire alarm
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2185, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet u jekk twaħħalx il-fire alarm li kellu jsir fl-Arkivju Nazzjonali u l-Librerija fi Triq Vajringa fir-Rabat, Għawdex u dan kif kien indika sena ilu fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27782 tat-12-il Leġiżlatura? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni jekk dan ix-xogħol għadu ma sarx, issa li għadda tant żmien? Ma jaħsibx li hemm periklu serju għal tant dokumenti importanti li hemm f'dan il-post?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li rigward fire safety ġew iċċekkjati l-fire extinguishers kollha li jinsabu fil-Librerija Nazzjonali fejn ġie evalwat liema ċilindri jridu jinbidlu, liema għandhom bżonn service u jekk hemmx bżonn li jinxtraw oħrajn ġodda. Infurmat ukoll li Malta Libraries qed jagħmlu użu minn servizz professjonali ta’ Inġiniera biex jaraw x’potenzjal hemm fil-binja msemmija, biex ikunu jistgħu jitwaħħlu cameras tas-sigurtà. Bħalissa dawn l-inġiniera qed jaħdmu fuq lista ta’ rekwiżiti tekniċi biex tkun tista’ tinħareġ it-tender.
Peress li l-Arkivji Nazzjonali f’Għawdex joperaw f’parti mill-binja tal-Librerija Nazzjonali, il-proċess fl-Arkivji Nazzjonali ser ikun ukoll parti minn din il-ħidma.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk ħarġitx sejħa għall-offerti jew expression of interest biex jintgħażlu l-artisti li ħadu sehem fil-Gozo Alive li nżamm f'Mejju 2018 f'Għawdex? Min kien iċ-Chairman u l-membri tal-board li għażlu l-artisti? Tista’ l-Ministru tgħid kif intgħażlu ċ-Chairman u l-membri tal-board u jekk iċ-Chairman u l-membri tal-bord kenux imħallsa għal dan ix-xogħol? Jekk iva, kemm?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’każ ta’ artisti mhuwiex dejjem possibbli li tinħareġ sejħa għall-offerti minħabba li l-attivita’ ġieli tkun tirrikjedi artist partikolari skont l-istess attività. F’dan il-każ tintalab direct order approval mill-Ministeru tal-Finanzi.
Il-Bord organizzattiv għall-Gozo Alive kien iffurmat minn 8 membri. Il-maġġoranza tal-membri huma impjegati mas-settur pubbliku u għandhom esperjenza fl-organizzazjoni ta’ festivals simili kif ukoll tagħrif fuq l-arti, kultura u spettaklu rispettivament. Il-membri li tħallsu skont ix-xogħol li għamlu huma s-Sur Lou Bondi u s-Sur Felix Busuttil.
Tista’ l-Ministru tindika meta hu mistenni li tiġi inawgurata u allura tilqa’ l-ewwel residenti fiha, id-Dar tal-Anzjani f’Għajnsielem, Għawdex? Tista’ tgħid kemm se tkun tista’ tospita anzjani b’kollox din id-dar u fuq liema mudell ser titmexxa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif ħareġ il-permess il-ġdid biex id-dar tiġi fully compliant mal-istandards applikabbli, issa qed jiġi ffinanzjat il-bini kif ukoll it-tender għat-tlestija u l-operat mill-privat. Skont l-andament tat-tender tkun tista’ tingħata data atkar preċiża.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-maintenance tant meħtieġ fl-Iskola Primarja tan-Nadur peress li hemm partijiet sostanzjali minn din l-iskola li jinsabu fi stat ħażin? Jista' jgħid għaliex dan il-maintenance li kien previst li jsir fl-aħħar tliet snin, , qatt ma sar? Jista' jgħix x'maintenance hemm ippjanat għal din l-Iskola Primarja u meta hu mistenni li jinbeda?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada għaddejja bil-proċess biex jintgħażel perit li se jkun qiegħed jaħdem fuq il-proġett ta' tisbiħ estensiv tal-Iskola Primarja fin-Nadur.