Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur – il-verbali online — sistema elettronika

Question

Jista’ l-Ministru jikkunsidra l-possibilità li fil-każ tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur tiġi introdotta sistema elettronika fejn wieħed ikun jista’ jara on line l-verbali eċċ. ta’ kull każ bħal ma jiġri għat-Tribunal għal Talbiet Żgħar?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-proposta qiegħda tiġi kkunsidrata.
Leg 13 PQ #6048 Sitting 130 2018-06-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Rabat Għawdex – car parks

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3023 jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet u jgħid fejn huma ppjanati li jinbnew car parks fir-Rabat Għawdex biex tkun tista’ tittaffa l-problema tal-parkeġġ f’din il-lokalità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Projects Malta Ltd flimkien mal-Ministeru għal Għawdex qed jesploraw il-possibilitajiet dwar din il-materja.
Leg 13 PQ #6049 Sitting 130 2018-06-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – toroq f’żoni rurali – fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux maħsub li jiġu allokati fondi tal-Unjoni Ewropea għal toroq f'żoni rurali f'Għawdex? Jekk iva, liema toroq rurali huma ppjanati li jsiru u kemm hu stmat li ser tiswa kull waħda minn dawn it-toroq?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Il-Ministeru għal Għawdex qed jagħmel eżerċizzju biex jara x’fondi jista’ jakkwista mill-UE.
Leg 13 PQ #6050 Sitting 130 2018-06-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Sports Complex — ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ħaddiema talbu li ma jibqgħux jaħdmu fil-Gozo Sports Complex minn Marzu 2013 sal-lum? X’kien il-grad tagħhom u fejn marru jaħdmu u x'kienu r-raġunijiet li l-ħaddiema talbu biex ma jibqgħux jaħdmu fil-Gozo Sports Complex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Orthopaedic Unit – xogħol fuq bankina

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4261, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk tlestix ix-xogħol fuq il-bankina ta’ barra ħdejn il-bini tal-Orthopaedic Unit ġewwa l-iSptar Ġenerali ta' Għawdex? Jista’ jgħid jekk inħariġx il-Compliance (Completion) Certificate għal din il-binja u jekk iva jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa għaddej il-proċess ta’ procurement rigward il-bankina ta’ barra ħdejn il-bini tal-Orthopaedic Unit ġewwa l-iSptar Ġenerali ta' Għawdex
Leg 13 PQ #6007 Sitting 129 2018-06-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Farm Roads

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5679 u tgħid kemm ġew mibnija farm roads f'Għawdex mill-Ministeru għal Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena? Liema kienu dawn il-farm roads? Kemm kien it-tul f'metri ta' kull farm road? X'tip ta' xogħol sar fuq kull farm road u kemm sewa x-xogħol fuq kull farm road?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà spjegajt fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5679, minħabba li bħalissa xi files huma suġġetti għal investigazzjoni, l-informazzjoni ma tistax tinġabar kollha.
Leg 13 PQ #6009 Sitting 129 2018-06-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Dipartimenti u Entitajiet – każijiet ta’ dixxiplina

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5643, tista’ l-Ministru tgħid jekk fil-perjodu minn Marzu 2013 sal-lum, kienx hemm impjegati li ngħataw kastig minimu bħalma hija twiddiba bil-miktub eċċ. għal nuqqasijiet imwettqa minnhom? Jekk fl-affermattiv, x' kien il-grad ta' kull impjegat li ngħata dan il-kastig minuri u x'tip ta' kastig minuri kien?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #6010 Sitting 129 2018-06-11 Oral · Interim From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ħaddiema bi kwalifiki minn istituzzjonijiet edukattivi terzjarji

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fil-preżent, f'kull uffiċċju, Dipartiment u entità li taqa’ fid-dekasteru tagħha kemm hemm ħaddiema li għandhom xi kwalifika minn istituzzjonijiet edukattivi terzjarji rikonoxxuti f' Malta jew barra minn Malta? F'kull każ x’inhu l-grad tal-ħaddiem u x'inhi l-kwalifika li għandu u f’liema uffiċċju, dipartiment jew entità jaħdem?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur — ġurisdizzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li l-ġurisdizzjoni tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur tiġi riveduta mil-limitu attwali ta’ €3,500 peress li dan l-ammont ilu ma jiġi rivedut għal diversi snin?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-proposta qed tiġi analizzata.
Leg 13 PQ #6044 Sitting 129 2018-06-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Awtorità Maltija għat-Turiżmu – flus minfuqa ġewwa Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ investiment sar, fejn sar u kemm intefqu flus ġewwa Għawdex mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jgħid xi proġetti hemm ippjanati għal Għawdex għas-sena 2018 u fis-snin ta’ wara mill-istess Awtorità għat-Turiżmu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat li f’Għawdex, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu investiet bis-saħħa fil-prodott u l-immaniġjar tal-bajjiet bil-għan li jitjiebu l-faċilitajiet u s-servizzi fid-diversi żoni turistiċi. Mis-sena 2013 sal-aħħar tas-sena 2017 l-MTA nefqet medja ta’ €182,500 fis-sena ġewwa Għawdex. Bis-saħħa ta’ dan l-investiment, fl-2017 il-bajjiet ta’ Marsalforn u Ħondoq ir-Rummien rebħu l-istatus ta’ Blue Flag, u kien ukoll possibbli li jiġġedded il-Blue Flag status ġewwa l-bajja tar-Ramla l-Ħamra. B’hekk Għawdex issa għandha tlett bajjiet li jxejjru l-Blue Flag u diversi bajjiet oħra li qed jiġu mmaniġjati. Huwa ppjanat li għal din is-sena u għas-snin li ġejjin dan l-investiment ikompli jissaħħaħ sabiex ikompli jitjieb il-prodott turistiku f’Għawdex.
Leg 13 PQ #6045 Sitting 129 2018-06-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – vetturi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm intużaw vetturi, sia dawk proprjetà tal-Gvern, dawk mikrija kif ukoll dawk privati li jappartjenu lill-Higher u Senior Management fil-Ministeru, f'kull dipartiment jew entità li taqa' taħt id-dekasteru tagħha, għal xogħol uffiċjali minn Marzu 2013 sal-lum, sena b’sena? Tista' għal kull vettura tagħti break down tal-ispejjeż involuti f'dak li hu fuel, tiswijiet u manutenzjoni, tibdil ta' parts u ħasil u tindif tal-istess vettura?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #5967 Sitting 127 2018-06-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – direct orders

Question

B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5605, tista’ l-Ministru tagħti l-informazzjoni mitluba fl-istess mistoqsija parlamentari dwar il-direct orders li ngħataw bejn Marzu 2013 sal-lum, mid-direttorati u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex li l-valur tagħhom ma kienx jobbliga lill-Ministeru jippubblikahom? Tista’ tgħid ukoll lil min ingħataw u kemm kien l-ammont ta’ flus għal kull direct order? Tista’ tagħti dan it-tagħrif xahar b’xahar u sena b’sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni diġa’ ngħatat fil-mistoqisja parlamentrari 5900.
Leg 13 PQ #5982 Sitting 127 2018-06-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — periti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm u għad hemm periti u min huma dawn il-periti li ma jaħdmux mal-Gvern jew mal-Ministeru għal Għawdex imma qed jagħtu s-servizzi tagħhom lill-Ministeru minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena? Tista' tgħid ukoll x’tip ta’ xogħol għamlu jew qed jagħmlu u fuq liema proġetti ħadmu jew qed jaħdmu? Kif intgħażlu dawn il-periti? B'liema rata tħallsu jew qed jitħallsu u kemm tħallsu s’issa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #5983 Sitting 127 2018-06-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Appointments ġodda lil ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw appointments ġodda lill-ħaddiema f'kull Dipartiment u entità li jaqa' taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol minn Marzu 2013 sal-lum? X'kienu l-gradi li għalihom ingħataw dawn l-appointments? F'liema gradi kienu l-ħaddiema qabel ingħataw dawn l-appointments? Jista' jagħti dan it-tagħrif xahar b'xahar u sena b'sena? Jista jgħid ukoll jekk kienx hemm ħaddiema li ħadu iktar minn appointment wieħed bejn Marzu 2013 sal-lum?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li rigward id-Dipartimenti infurmat li t-tagħrif mitlub għandu jkun konkluż sal-bidu tal-ġimgħa d-dieħla. Sadanittant, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bl-informazzjoni dwar ħatriet ġodda li ngħataw ħaddiema fl-entitajiet u f’liema gradi kienu qabel ingħataw dawn l-appointments. It-tagħrif dwar id-Dipartimenti jkun jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra bħala informazzjoni addizzjonali hekk kif tingħatali l-informazzjoni.
Leg 13 PQ #5984 Sitting 127 2018-06-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem Għawdex – Djar tal-Anzjani San Ġużepp

Question

B’referenza għat-tweġiba parlamentari 5014, tista’ l-Ministru tgħid kif intgħażel il-perit li bħalissa hu inkarigat mill-bini tad-Dar tal-Anzjani ġewwa Għajnsielem? Tista’ tgħid kemm qed jitħallas għal kull siegħa xogħol li jagħmel? Tista' tgħid kemm tħallas s’issa dan il-perit bħala somma globali?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-perit inkarigat għandu esperjenza vasta fid-djar tal-anzjani u kien inkarigat minn diversi amministrazzjonijiet differenti biex jaħdem fuq proġetti simili. Intgħażel permezz ta’ direct order awtorizzata mill-Ministeru tal-Finanzi. Din il-kumpanija qed titħallas bir-rata ta’ EUR 25 fis-siegħa (VAT eskluż). Sa issa tħallset is-somma ta’ EUR 27,900 (VAT eskluż), li kienu jkopru xogħol ta’ tibdil sostanzjali fil-pjanti, applikazzjoni ġdida mal-Awtorita’ tal-Ippjanar u l-proċeduri relatati kollha, superviżjoni tax-xogħol ta’ kostruzzjoni u restawr u preparazzjoni tat-tender mill-aspett tekniku kif ukoll preparazzjoni ta’ materjal viżiv dwar il-proġett.
Leg 13 PQ #5985 Sitting 127 2018-06-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Master Plan għal Kemmuna – konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kif intgħażlu d-ditta tal-Periti li semmiet il-Ministru fit-tweġiba tagħha għall-mistoqsija parlamentari 5780, biex jaħdmu fuq il-Master Plan ta' Kemmuna? Kemm qed jitħallsu għal kull siegħa xogħol li għamlu dawn id-ditta ta' Periti, u kemm tħallsu s’issa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba li Kemmuna hi sit sensittiv, dan il-Ministeru għażel permezz ta’ direct order lill-Kumpanija Doric Studios li ghandha esperjenza dwar accessibilta’. Din il-kumpanija qed titħallas bir-rata ta’ €25 fis-siegħa (VAT eskluż). Sa issa tħallset is-somma ta’ €8,000 (VAT eskluż), li jkopru spejjeż ta’ studju, disinjar, rapprezentazzjonijiet u laqgħat mal-awtoritajiet kif ukoll materjal awdjo viżiv.
Leg 13 PQ #5999 Sitting 127 2018-06-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Promozzjonijiet ta’ senior operatives

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu applikaw persuni għas-sejħa li kienet saret fit-23 ta' Ġunju 2017 għall-promozzjoni ta' senior operative? Kemm minnhom ġew promossi u kemm minnhom ma ġewx promossi? Kull wieħed minn dawk li ġew promossi, kemm kien ilu impjegat tal-Gvern?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat li kienu applikaw 843 persuna.Minn dawn 495 kienu promossi u 348 ma kienux. Hawn annessa tinsab tabella fejn hemm dawk li gew promossi, kemm kien ilhom impjegati tal-Gvern: Numru ta’ PersuniNumru ta’ snin ta’ impjieg fis-Servizz Pubbliku 84anqas minn 10 snin 67bejn 11 u 20 sena 292bejn 21 u 30 sena 51bejn 31 u 40 sena 1aktar minn 40 sena
Leg 13 PQ #5913 Sitting 126 2018-06-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għarb Għawdex – Triq Franġisk Portelli — tarmak

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5130 u tgħid jekk hux ippjanat li tingħata t-tieni kisja ta' tarmak fi Triq Franġisk Portelli ġewwa l-Għarb, Għawdex qabel jibda l-istaġun tas-sajf 2018 u jekk le meta hu ppjanat li tingħata t-tieni kisja ta' din it-triq?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li x-xogħolijiet kienu qed isiru mill-Water Services Corporation, il-Ministeru qed jiddiskuti mal-istess Water Services Corporation biex ikun jista’ jsir ix-xogħol fl-iqsar żmien possibbli.
Leg 13 PQ #5914 Sitting 126 2018-06-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Overtime maħdum

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3405 u 5680 u tgħid kemm inħadem overtime fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum? Tista' tipprovdi ċifra globali separatament għal kull entità u dipartiment li jaqa' taħt il-Ministeru tagħha?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqisja parlamentrari 5680.
Leg 13 PQ #5915 Sitting 126 2018-06-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Sports Complex – equipment tal-isports

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm inxtara equipment tal-isports għal Gozo Sports Complex sena b'sena minn Marzu 2013 sal-lum? Tista’ tgħid kemm minn dan l-equipment inxtara permezz ta’ tender u kemm inxtara permezz ta’ direct order, kif ukoll mingħand min inxtara u kemm kien il-valur? Tista' tgħid ukoll min ta l-awtorizzazzjoni u approva li jinxtara dan l-equipment tal-isports għal Gozo Sports Complex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.