Uffiċċju tal-e-Residence – applikazzjonijiet għal residence permits
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għal residence permits fl-Uffiċċju tal-e-Residence li jaqa’ fid-dekasteru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar u sena b’sena? Mil-liema pajjiżi kienu dawn il-persuni li tefgħu l-applikazzjonijiet? Kemm minnhom ġew milqugħa? Kemm minnhom ġew rifjutati u x’kienet ir-raġuni?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema b’leave speċjali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema li qed jibbenefikaw minn leave speċjali bi ħlas jew leave bla ħlas, f’kull uffiċċju, Dipartiment jew entità li taqa’ fid-dekasteru tagħha? F’kull każ, x’inhu l-grad tal-ħaddiema, it-tip ta’ leave li qed jittieħed u f’liema uffiċċju qed jaħdmu?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 6162 MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ĦADDIEMA BLEAVE SPEĊJALI.pdf
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema b’leave speċjali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema li għandhom qualification allowance, f’kull uffiċċju, Dipartiment jew entità li taqa’ fid-dekasteru tagħha? F’kull każ, x’inhi l-kwalifika li magħha hi marbuta l-allowance u kemm hu l-ħlas għall-allowance fis-sena? X’inhu l-grad tal-ħaddiema li qed jieħdu din l-allowance u f’liema uffiċċju qed jaħdmu?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Copy of PQ 6163 Ħaddiema bi qualification allowance.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ korsijiet saru s’issa lill-ħaddiema tal-Community Scheme Works li qegħdin mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol? Jista' jgħid x'tip ta’ korsijiet oħra hemm ippjanati li jsiru għal dawn il-ħaddiema matul is-sena 2018?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li d-Diviżjoni tal-Istrateġija u Sapport fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol flimkien mal-MCAST organizzat korsijiet lill-ħaddiema tal-Community Works Scheme li jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni fl-iskejjel u faċilitajiet edukattivi oħra. Sar tagħlim fuq diversi snajja’ bħal xogħol ta’ dawl u ilma, tiswija ta’ ġebel, tikħil u tibjid u xogħol tal-injam u ħadid. Dawn il-ħaddiema ngħataw Ċertifikat MQF level 2.
Din is-sena qed jiġi organizzat kors lill-ħaddiema tal-Community Works Scheme li jagħmlu xogħol ta’ tindif fi ħdan l-istess Ministeru u skejjel tal-Istat. Dan il-kors, li huwa maqsum fuq tliet (3) ġimgħat, jinkludi ġimgħa Teorija fuq is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol, ġimgħa Teorija tat-Tindif u ġimgħa Prattika tat-Tindif. Fi tmiem il-kors, l-impjegati jingħataw Ċertifikat MQF level 2.
Għawdex – Kunsill tax-Xagħra – Triq Ta’ Għajn Ħosna — asfaltar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill tax-Xagħra, Għawdex għandux intenzjoni li jkompli jasfalta Triq Ta’ Għajn Ħosna kollha, ċjoè t-Triq li mix-Xagħra twassal għal Bajja tar-Ramla, qabel jibda is-sajf 2018 u dan peress li fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5896 intqal li din it-triq hija responsabbilità tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra?
Rabat Għawdex – Triq Varjinga — Arkivju Nazzjonali u l-Librerija – fire alarm
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5889 kollha u jgħid hux se jiġi stallat il-Fire Alarm System ġewwa l-Arkivju Nazzjonali u l-Librerija fi Triq Vajringa fir-Rabat? Peress li fil-binja għal dawn l-aħħar erba’ snin ma kienx hemm watchman, jista’ jgħid meta hu ppjanat li ssir Intruder System ġewwa s-swali u l-kmamar tal-Arkivji Nazzjonali u l-Librerija tal-Vajringa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li hemm il-ħsieb li tiddaħħal sistema ta’ Fire Alarm fit-taqsimiet tal-Librerija Nazzjonali u l-Arkivji Nazzjonali ġewwa Għawdex. Preżentement qed isiru l-konsultazzjonijiet dwar dan. Minħabba li l-post jospita fih entitajiet u rwoli differenti jrid jiġi aċċertat li s-sistema tkun f’armonija ma’ l-operat kollu tal-post u għalhekk hemm proċess itwal biex dan isir. Fir-rigward tal-intruder alarm jien infurmat li l-proċess ser jingħalaq lejn l-aħħar ta’ din is-sena.
Ħaddiema bi kwalifiki minn istituzzjonijiet edukattivi terzjarji
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fil-preżent, f'kull uffiċċju, Dipartiment u entità li taqa’ fid-dekasteru tagħha kemm hemm ħaddiema li għandhom xi kwalifika minn istituzzjonijiet edukattivi terzjarji rikonoxxuti f' Malta jew barra minn Malta? F'kull każ x’inhu l-grad tal-ħaddiem u x'inhi l-kwalifika li għandu u f’liema uffiċċju, dipartiment jew entità jaħdem?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 6010 Ħaddiema bi kwalifika minn istituzzjonijiet Edukattivi Terzjarji.._.pdf
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1795, 2788 u 5681 u tgħid kemm ingħataw contracts for service mill-Ministeru għal Għawdex inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, sena b’sena? Tista’ tagħti wkoll dettalji dwar it-tul ta’ żmien ta’ kull kuntratt, is-servizzi li ngħataw, kif ukoll il-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra fir-rigward ta’ kull tali kuntratt?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għar-risposta li ngħatat fil-mistoqisja parlamentrari 5681.
Tista' l-Ministru tagħti break down tal-flus minfuqa s’issa fuq id-Dar tal-Anzjani li qed tinbena f'Għajnsielem? Meta huwa maħsub li titlesta din id-dar? Kemm se tkun takkomoda anzjani fiha? Tista' tgħid x'diverġenzi saru mill-pjanti oriġinali? Tista' tpoġġi kopji tal-pjanti ġodda fuq il-Mejda tal-Kamra u l-emendi li ġew approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanti oriġinali tad-Dar tal-Anzjani ġew preparati mill-periti tal-Ministeru bejn l-2012 u 2013. Il-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar inħareġ f’Settembru tal- 2014 waqt li x-xogħlijiet inbdew sena wara. Fl-istess sena, jiġifieri fl-2015, il-Gvern kien ħabbar Standards Minimi Nazzjonali bil-għan li jiżgura l-aħjar kwalità ta’ ħajja għall-anzjani li jgħixu ġewwa dawn id-djar.
Għaldaqstant, wara eżerċizzju peritali, saret applikazzjoni ġdida lill-Awtorità tal-Ippjanar biex anki Dar San Ġużepp tkun konformi ma’ dawn l-Istandards Nazzjonali. Il-permessi ġodda ġew approvati fi Frar ta’ din is-sena u jinsabu fid-dominju pubbliku. Wieħed kemm jidħol fis-sit elettroniku tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Dar San Ġużepp ser takkomoda 119 anzjan u anzjana u ser tkun aċċessibbli għal min juża s-siġġu bir-roti u ser ikollha sezzjoni dedikata għal min ibati mid-dementia. Rigward progress, ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni waslu biex jingħalqu u fil-ġranet li ġejjin ser tiġi pubblikata tender għall-finishing, furnishing u l-operat ta’ din id-dar. Il-proċess tat-tender mhux proċess sempliċi u huwa l-ewwel wieħed tax-xorti tiegħu f’Ghawdex li ser iservi wkoll ta’ mudell għall-proġetti simili li qed jiġu ppjanati.
Rigward l-informazzjoni mitluba fl-ewwel mistoqsija, din hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Copy of PQ NRU 6085 MINISTERU GĦAL GĦAWDEX DAR TAL-ANZJANI.pdf
Qasam Industrijali tax-Xewkija – Ħaddiema – xogħol ta’ manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija Għawdex? Jista' jgħid x’manutenzjoni saret fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija minn Ġunju 2017 sal-lum?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ manutenzjoni li sar fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija minn Ġunju 2017 sal-llum mill-kuntratturi imqabdin mil-Malta Industrial Parks jinkludi t-tiswija ta’ Street lighting, landscaping, kif ukoll tiswija ta’ toroq u bankini.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – każijiet ta’ dixxiplina
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5741 kollha u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif dwar entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu dwar każijiet ta' dixxiplina ta’ impjegati minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fl-4 ta' Ġunju 2018, f'seduta numru 124.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar l-aħħar żviluppi fuq ix-xogħol li hemm bżonn isir fuq il-Jetty tax-Xlendi? Jista’ jgħid jekk ix-xogħol hux se jibda matul dawn il-ġranet? Jista' jgħid x'prekawzjonijiet se jittieħdu issa li dalwaqt jibda s-sajf biex ma jkunx hemm periklu għal għawwiema u persuni oħra li jiffrekwentaw iż-żona?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Jetty tax-Xlendi ġarrab ħsarat estensivi kawża tal-maltemp, tant hu hekk li l-parti ta’ barra ta’ madwar 5 metri iġġarrfet għal kollox u kienet perikoluża. Din is-sezzjoni mgarrfa tneħħiet minn Transport Malta u it-tarf tal-Jetty ġie ibbarrikat u tpoġġew tabelli ta’ twissija għall- fini ta’ sigurta’.
Il-parti tal-Jetty li tneħħiet trid terġa tinbena mill-ġdid u jsir xogħol ieħor ta’ tiswija fil-partijiet l’oħra fejn hemm ħsarat. Dan ix-xogħol għandu jkompli fil-ġranet li ġejjin wara li jiġu konklużi l-eżaminazzjonijiet tekniċi u aġġornament ta’ disinnji mil-periti u tim tekniku ta’ Transport Malta.
Transport Malta flimkien mal-Ministerju ta’ Għawdex sejrin jieħdu il-prekawzjonijiet li hemm b¿onn biex jitnaqqas l-inkonvinjent u ma jkunx hemm periklu. Dawn jinkludu aċċess temporanju għas-sajjieda, moll alternattiv għall-imbarkazzjoni u diżimbarkazzjoni ta’ passiġġieri mid-dgħajjes, kontroll minn Enforcement Officers ta’ Transport Malta fuq il-baħar u fuq l-art matul ix-xogħol, li jsir ċertu xogħol matul il-lejl, u moniteraġġ u kontroll mill-uffiċċial inkarigat għas-saħħa u sigurta fuq il-post tax-xogħol.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-uffiċċji tal-Awtorità tal-Ippjanar f'Għawdex ġew rilokati f’post ieħor ġewwa l-Victoria, u dan minkejja li l-permessi biex jitwaqqa’ l-bini eżistenti tal-Awtorità tal-Ippjanar għadu ma ħariġx? Jista' jgħid kemm hu l-ammont ta' kera li qed tħallas l-Awtorità għal dawn l-uffiċċji li qed tuża temporanjament u għal kemm-il sena jew xhur inkrew dawn l-uffiċċji? Il-kirja saret b'mod dirett jew wara sejħa pubblika?
Response (BORG, IAN)
Bi twegiba għal mistoqsija parlamentari 6149, l-Awtorità tal-Ippjanar irrilokat l-impjegati tagħha ghall-uffiċini l-ġodda fil-5 ta’ Marzu 2018. L-applikazzjoni għal permess ta’ żvilupp saret fis-17 ta’ Novembru 2017, u bħalissa qiegħda tiġi pproċessata.
L-ammont ta’ kera li qed tħallas l-Awtorità huwa ta’ €3,000 fix-xahar. Dawn l-ufficini inkrew għal perjodu ta’ tmintax-il xahar di fermo, liema perjodu beda fl-1 ta’ Marzu 2018. Fl-eventwalità li l-Awtorità ikollha bżonn l-uffiċini għal żmien iktar fit-tul, l-istess l-Awtorità għandha d-dritt ittawwal il-perjodu tal-kera sa massimu ta’ tnax-il xahar, bl-istess rati, termini u kundizzjonijiet. L-għażla tal-uffiċini saret wara sejħa pubblika li kienet miftuħa bejn il-25 ta’ Awwissu u l-15 ta’ Settembru 2017.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il safra uffiċjali saret f'kull dipartiment u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena? Tista' tagħti d-destinazzjoni ta' kull safra? Għal kull safra li saret tista' tagħti break down tal-ispejjeż involuti f'titjiriet, akkomodazzjoni, ikel f'lukandi, trasport u allowances? Min kienu l-uffiċjali li ħadu sehem f'kull safra, x’inhu l-grad tagħhom u x'kien l-iskop ta' kull safra?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol fuq il-Master Plan tal-Pjazza tax-Xagħra? Meta hu ppjanat li jkun lest u jibda jiġi attwat?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-Masterplan jibda jsir mill-Ministru appena l-Kunsill Lokali jikkordina l-konsultazzjoni pubblika biex ikollna l-veduti ta’ kulħadd
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux ser isiru gradi għal storm water culvert li kien sar f'parti tat-triq li tagħti għad-Dwejra f'San Lawrenz, eżattament sa quddiem iċ-Ċimiterju ta’ San Lawrenz, fil-parti ta’ fuq tat-triq, biex jilqa’ l-ilma u jibda jiffunzjona qabel ma jsir il-wiċċ ta’ din it-triq fil-ġimgħat li ġejjin?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsjia parlamentari 5860, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija kollha u jgħid min huma l-kuntratturi li jiffurmaw il-konsorzju li rebaħ it-tender għall-proġett ta' estensjoni (bini ta’ aktar oqbra) fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Konsorzju rebbieħ huwa Campo-Santo li huwa kompost minn Polidano Brothers Limited, Camray Company Limited, u Mario Tonna.
Tista’ l-Ministru tgħid min kienu ċ-Chairman u l-membri tal-bord li għażlu l-artisti fil-Gozo Alive li nżamm f'Għawdex f'Mejju 2018? Tista’ tgħid x’kariga għandhom dawn il-persuni fis-settur pubbliku? Tista’ tgħid kif intgħażel iċ-Chairman?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għar-risposta li ngħatat fil-mistoqisja parlamentari 5890. Fir-rigward taċ-Chairman, peress li l-attività kienet tal-Ministeru, il-kumitat ġie chaired mid-Direttur.
Local Plans ta’ Malta u Għawdex – proċess ta’ reviżjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jiġu riveduti l-Local Plans ta’ Malta u Għawdex? Jista’ jgħid jekk dan il-proċess hux se jkun konkluż u allura l-local plans ikunu riveduti matul is-sena 2018?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq ir-reviżjoni komprensiva tal-Pjanijiet Lokali kollha għal Malta u Għawdex kompla għaddej u issa qed ikun hemm focus fuq numru ta’ issues li huma ta’ natura aktar strateġika u li jinħtieġ ġbir ta’ aktar informazzjoni u evalwazzjoni ta’ options differenti.
Ministeru għal Għawdex – ingaġġ ta’ labourers — korsijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk is-86 Labourer li ġew ingaġġati mal-Ministeru għal Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin, intbagħtux jagħmlu xi korsijiet u jekk iva x'korsijiet kienu, u jekk hemmx ippjanati li jsirulhom iktar korsijiet matul is-sena 2018?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għal din il-Mistoqsija Parlamentari għadha qed tinġabar.