Legislature:
Category:
Reset
Active:

European Small Claims Procedure – każijiet f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru każijiet f’Malta taħt il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar minn mindu beda jiffunzjona sad-data ta’ din il-mistoqsija parlamentari maqsuma sena b’sena, u jista’ jgħid ukoll kemm ġew deċiżi sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’ Malta ġew ipprezentati 47 każ taħt il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar minn mindu beda jiffunzjona, ċjoè mill-1 ta’ Jannar 2009 sat-22 ta’ Ġunju 2018 u gew deċiżi kif qed turi Tabella 1. Ninforma wkoll li fil-Qorti ta’ Ghawdex ġew ipprezentati 3 każijiet taħt il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar minn mindu beda jiffunzjona kif qed turi Tabella 2 . Tabella 1 Sena tal-PreżentataKemm ġew ippreżentatiTerminati 20091Deċiża: (11/11/2010) 20102Deċiżi :(18/5/2010) (1/6/2010) 20117Deċiżi: (5/9/2011),(16/6/2011),(21/3/2011),(3/4/2012),(3/4/2012),(18/1/2012), (12/3/2012) 20123Deċiżi: (24/4/2013)(6/11/2017)(24/2/2014) 201354 deċiżi: (24/4/2013),(6/11/2017),(26/3/2018)(9/4/2014) u waħda ċeduta (11/9/2017) 20142Waħda ċeduta (28/10/2014) u oħra għada pendenti 201574 deċiżi (23/4/2015 kien hemm ritrattazzjoni li ġiet Deċiża 2/11/2016), (23/4/2015), (2/11/2016), (2/11/2016), waħda kanċellata (2/11/2016) u 2 għadhom pendenti 201663 deċiżi (12/3/2018), (14/9/2017), (21/3/2018), waħda ċeduta (15/4/2016) u 2 għadhom pendenti 201795 deċiżi (22/9/2017),(14/9/2017),(28/11/2017),(3/4/2018), (31/1/2018) u 4 għadhom pendenti 2018 (sat-22/6/20185Għadhom pendenti Tabella 2 Sena tal-PreżentataKemm ġew ippreżentatiTerminati 201010 201111 deċiża (7/2/2011) 201201 deċiża (14/3/2012) 201611 deċiża (15/11/2016)

Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur – talbiet u risposti b’mod elettroniku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hijiex tiġi kkunsidrata l-possibilità li talbiet (u r-risposti għalihom) li jsiru quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur isiru b’mod elettroniku? Jekk iva meta hu maħsub li jiddaħlu tali miżuri?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isiru xogħlijiet fuq il-websajt tal-Awtorità sabiex fejn hu possibbli, partijiet mill-proċess tat-Tribunal bħall-approvazzjoni tad-Direttur Ġenerali (Affarjiet tal-Konsumatur) sabiex każ jiġi riferut lit-Tribunal, u l-ħlas ta’ spejjeż relatati mal-proċess jkunu jistgħu jiġu affetwati b’mod elettroniku. Il-Partijiet se jkunu jistgħu jiċċekkjaw l-istadju tal-każ u jiġu infurmati bis-seduti b’mod elettroniku. Madanakollu, ir-rikors u r-risposta se jibqgħu jiġu nnotifikati b’mod manwali. Dawn ix-xogħlijiet huma maħsuba li jkunu lesti fix-xhur li ġejjin.
Leg 13 PQ #6600 Sitting 140 2018-10-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS Għawdex – kors tad-Diploma

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kors tad-Diploma fl-ITS Għawdex mhux ser isir fis-sena skolastika 2018/2019 u dan minkejja li hemm 9 studenti Għawdxin li applikaw għal dan il-kors li għadhom kemm spiċċaw il-kors tas-Certificate fl-istess ITS f'Għawdex u dan peress li dawn l-istudenti rċevew ittra f'dan is-sens?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi jemmen li jkun aktar ta’ benefiċċju għall-istudenti Għawdxin jekk jieħdu exposure ta’ ambjent ikbar u aktar miftuħ u jingħaqdu mal-istudenti Maltin u barranin għal dan il-kors. Din hija sena kruċjali fejn fiha l-istudenti barra li jakkwistaw taħriġ fit-teorija u l-prattika fil-livell 4, jippreparaw ukoll għas-sena obbligatorja ta’ internship internazzjonali li tibda f’Ġunju 2019. Il-korsijiet fil-Foundation u Certificate in Food Preparation and Service isiru fil-kampus ta’ Għawdex.
Leg 13 PQ #6601 Sitting 140 2018-10-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – tqassim ta’ pakketti tal-valenu tal-firien u ġrieden

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-proċedura li biha jitqassmu pakketti tal-valenu tal-firien u tal-ġrieden lill-pubbliku jew f'ħitan f'għelieqi madwar Għawdex? Tista' tgħid mis-sena 2013 sal-lum kemm-il pakkett ta' valenu tqassam lill-pubbliku?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Il-pubbliku jista’ jieħu sa żewġ pakketti velenu tal-ġrieden mingħajr ħlas mill-Uffiċċju Taqsima tal-Kontroll tal-Firien li jinsab fiċ-Ċentru Amministrattiv, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-07.00 a.m. sal-10.00 a.m. Ikun mitlub/a li j/tippreżenta l-karta tal-identità. Matul is-sena t-Taqsima tal-Kontroll tal-Firien tesegwixxi programm ta’ ħidma biex jiġi kkontrollat in-numru ta’ ġrieden u firien kif ukoll tattendi għal ilmenti mressqa mill-pubbliku u mill-Kunsilli Lokali dwar infestazzjonijiet ta’ ġrieden f’postijiet pubbliċi permezz ta’ tqegħid ta’ velenu fis-sistema tad-drenaġġ pubbliku, fi spazji miftuħa u f’siti pubbliċi f’diversi lokalitajiet madwar Għawdex u Kemmuna iżda ma jsirx trattament bi tqegħid ta’ velenu f’postijiet/proprjetà privata. In-numru ta’ pakketti ta’ velenu tal-ġrieden li tqassam lill-pubbliku mis-sena 2013 sas-26 ta’ Ġunju 2018 hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #6405 Sitting 139 2018-10-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5744 u tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-Ministeru tagħha jew mad-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum? Tista' tgħid f’liema grad ġew impjegati u f'kull każ saritx sejħa pubblika għal dawn il-postijiet? Tista' tgħid f'kull każ x'kienu r-rekwiżiti u l-kwalifiċi mitluba għal dawn il-pożizzjonijiet? Tista' tgħid kemm minn dawn il-persuni impjegati għadhom fl-istess pożizzjoni sal-lum u jekk ma għadhomx fil-pożizzjoni li fiha ġew impjegati, wara kemm żmien ġew trasferiti għal xogħol ieħor u f’liema grad qegħdin illum?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqisja parlamentrari 5744.
Leg 13 PQ #6406 Sitting 139 2018-10-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – lokalitajiet – siġar u pjanti mħawla

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm siġar u pjanti tħawlu fil-lokalitajiet f’Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum, sena b’sena? Fejn tħawlu, kemm tħawlu u x’tip ta’ siġar jew pjanti kienu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #6407 Sitting 139 2018-10-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur — Triq l-Imġarr - tender

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li t-tender għal parti minn Triq l-Imġarr ġewwa n-Nadur ma ġietx ippubblikata fejn jiġu ippubblikati t-tenders kollha tal-Gvern jiġifieri fuq l-etenders.gov.mt? Tista’ tgħid min hu l-perit inkarigat minn Triq l-Imġarr ġewwa n-Nadur, kemm tħallas s’issa l-perit u kif intgħażel dan il-perit? Tista’ tgħid kemm hi ppjanata li tkun l-ispiża fuq il-bini mill-ġdid ta’ parti minn din it-triq ċjoè Triq l-Imġarr ġewwa n-Nadur?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Il-Ministeru kiseb l-approvazzjoni mid-Direttur tal-Kuntratti biex saret il-proċedura skont klawsola 150 (1) ta’ LN352/16.Il-pubblikazzjoni saret kemm fuq il-Gazzetta tal-Gvern u anke fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għal Għawdex. Il-Perit inkarigat mill-proġett huwa Uffiċjal Pubbliku fi ħdan l-istess Ministeru. Ix-xogħol mistenni jibda fil-ġranet li ġejjin. Ix-xogħol f’din it-triq inbeda.

Il-Mellieħa – bypass – għażla ta’ kuntratturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ġew magħżula l-kuntratturi li qegħdin jaħdmu fuq il-bypass tal-Mellieħa peress li dan ix-xogħol ingħata permezz ta’ direct order? Jista’ jagħti break down tal-ispejjeż kollha relatati max-xogħol li qed issir fuq il-bypass tal-Mellieħa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol indikat qed isir minn kuntratturi mqabbda ma’ Transport Malta għal ħidmiet simili fit-toroq permezz ta’ framework agreement stabbilit wara sejħa għall-offerti. Servizzi addizzjonali meħtieġa sabiex jitwaħħlu tabelli ġodda u jsiru l-linji u marki oħra fuq l-asfalt ġdid tat-triq ġew kuntrattati lill-kumpanija li tefgħet l-irħas offerta, wara li nkisbu kwotazzjonijiet mingħand il-provdituri ta’ dawn it-tip ta’ servizzi.
Leg 13 PQ #6409 Sitting 139 2018-10-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – ir-Rabat – Triq Għajn Qatet — kuntrattur

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min hu l-perit tal-Ministeru inkarigat mix-xogħol fuq Triq Għajn Qatet ġewwa r-Rabat Għawdex li bħalissa qed issir ix-xogħol fiha kif ukoll min hu l-kuntrattur li qed jagħmel dan ix-xogħol?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-perit inkarigat mix-xogħol fuq Triq Għajn Qatet ġewwa r-Rabat Għawdex hu wiehed mill-periti ta’ dan il-Ministeru filwaqt li x-xogħol qed isir minn Gatt Brothers.

Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur – ADR entity

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm entitajiet innotifikaw u talbu lill-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur biex jaġixxu bħala ADR entity skont il-S.L.378.18, sad-data tat-tweġiba għal din il-mistoqsija? Jekk hemm xi entitajiet li qed jaġixxu bħala ADR entity, liema huma u fil-konfront ta’ liema servizzi u/jew prodotti joffru s-servizz tagħhom bħala ADR?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm tliet entitajiet li ġew notifikati mal-Kunsill sabiex jaġixxu ta’ ADR entities. Dawn huma; - ADR Malta, l-Uffiċċju tal-Arbitru għas-servizzi finanzjarji u d-Direttorat għall-ilmenti u medjazzjoni. - L-Uffiċċju tal-Arbitru għas-servizzi finanzjarji joffri servizz ta’ ADR f’oqsma finanzjarji; - ADR Malta toffri servizzi ta’ Medjazzjoni għall-Konsumatur in ġenerali filwaqt illi; Id-Direttorat għall-ilmenti u medjazzjoni jieħu ħsieb tilwim li l-konsumaturi jista’ jkollhom ma negozjanti għal liema tilwim ma teżistix ebda entità tal-ADR kompetenti mwaqqfa sabiex tieħu ħsieb tilwim bħal dak.
Leg 13 PQ #6324 Sitting 138 2018-10-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għal Għawdex — Vot Kapitali – kopja tar-returns

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-returns bi break down dettaljat tal-ispiża li saret fuq kull item tal-Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex li ntbagħtu lill-Budget Office fil-Ministeru tiegħu sena b’sena minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li qed tiġi mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra permezz tar-Rapport Finanzjarju Annwali.
Leg 13 PQ #6325 Sitting 138 2018-10-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Xogħol ta’ studenti Għawdxin gradwati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-grad u t-tip ta’ xogħol ta’ kull student Għawdxi li ggradwa fl-aħħar ta’ kull sena akkademika mis-sena 2013 sal-lum u li qed jaħdem Għawdex?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ma tiġborx informazzjoni ta’ dan it-tip. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li biex Jobsplus tkun tista’ tagħti l-informazzjoni mitluba tinħtieġ ikollha dettalji tal-persuni kkonċernati.
Leg 13 PQ #6327 Sitting 138 2018-10-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – rapporti ta’ serq

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il rapport kien hemm ta' allegazzjonijiet ta' serq minn Ġunju 2015 sal-lum, xahar b'xahar u sena b'sena, f'kull uffiċċju, dipartiment u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha? F'kull każ x'kien l-allegat serq (oġġetti eċċ) li kien irrapportat u x'passi ttieħdu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #6402 Sitting 138 2018-10-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – Titjiriet kanċellati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ikkanċellat titjiriet l-Air Malta mill-1 ta’ Mejju 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? F’kull każ kemm kien in-numru ta’ passiġġiera milquta, jekk ġewx mogħtija xi kumpens minħabba l-kanċellazzjoni u jekk iva, kemm f’kull każ kien il-kumpens?

Response (MIZZI, KONRAD)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6321, ninfurmah li l-kanċellazzjoni riċenti li nqalgħet fl-ajruport Orly ta’ Pariġi saret wara li l-piloti rrapurtaw sick flimkien ma’ dawk li kienu standby. Il-passiġġieri ġew mogħtija titjiriet oħra u anke ġie mikri ajruplan biex jaħdem minn Pariġi l-għada filgħodu.

Talbiet għall-kumpens kontra xi trasportatur tal-arju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux xi talbiet għal kumpens kontra xi trasportatur tal-arju skont ir-Regolament tal-Unjoni Ewropea numru 261/2004 fir-rigward ta’ titjiriet li tħassru mill-2011 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija u maqsuma xahar b’xahar? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll jekk saru dawn it-talbiet f’kull każ kontra min kienu u għal kemm flus?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella dettaljalta bl-informazzjoni mitluba għas-snin 2016 'l hawn. Rigward is-sena 2015 infurmat li l-Awtorità għandha biss informazzjoni tas-somma globali ta’ €33,398.36 li ngħatat lil 86 konsumatur. Infurmat ukoll li għas-snin preċedenti l-Awtorità m’għandix rekord.

L.S. 378.14 – multi imposti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk a tenur tal-L.S. 378.14, sena b’sena jekk qatt ġewx imposti xi multi u jekk iva, kontra min u għal kemm flus?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta r-Regolamenti dwar il-kumpens u l-assistenza għall-passiġġieri tal-ajru li ma jitħallewx jitilgħu ġew trasferiti lill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur fl-2011, qatt ma kien hemm il-ħtieġa li jiġu imposti multi.
Leg 13 PQ #6274 Sitting 137 2018-07-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xewkija – Government Experimental Farm – Home Assistance Section

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ilha mwaqqfa l-Home Assistance Section ġewwa l-Government Experimental Farm fix-Xewkija? Kif intgħażel il-Government Experimental Farm bħala l-post fejn topera din is-sezzjoni? Kemm hemm jaħdmu ħaddiema f’din is-sezzjoni? X’inhu l-grad tagħhom? Kemm ilhom jaħdmu mal-Gvern? Kif intgħażlu dawn il-ħaddiema biex jaħdmu f'din is-sezzjoni? X'inhu l-irwol ta’ din is-sezzjoni?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Il-Home Assistance Section huwa servizz ġdid għall-azzjoni ġdid għall-anzjani li beda’ jiġi offrut mill-Ministeru għal Għawdex minn Marzu 2018. Provizorjament, din is-sezzjoni qed topera mill-Government Experimental Farm. F’din is-sezzjoni hemm dawn il-ħaddiema kif ġej: Numru ta’ ĦaddiemaGradKemm ilhom jaħdmu mal-Gvern 1Senior Care Worker1 ta’ Diċembru 1992 19Impjegati tal-Community Worker SchemeImpjegati ma’ kumpanija privata L-irwol ta’ din is-sezzjoni huwa li jipprovdu kuntatt u għajnuna lill-persuni anzjani li jgħixu fid-djar u l-persuni li jaħdmu f’din is-sezzjoni ingħataw taħriġ professjonali.

Għarb Għawdex – Triq Franġisk Portelli – tarmak

Question

B’referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 5913 li ngħatat mill-Ministeru għal Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li tingħata t-tieni kisja ta' tarmak fi Triq Franġisk Portelli ġewwa l-Għarb, Għawdex qabel jibda l-istaġun tas-sajf 2018 u jekk le meta hu ppjanat li tingħata t-tieni kisja ta' din it-triq peress li kif intqal fit-tweġiba parlamentari indikata, ix-xogħol qed isir mill-Water Service Corporation?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja b’diskussjonijiet rigward ix-xogħol meħtieġ mal-Ministeru għal Għawdex.
Leg 13 PQ #6276 Sitting 137 2018-07-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm se jkun hemm ħaddiema f'kull uffiċċju, Dipartiment u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha, li se jilħqu l-età tal-irtirar f’kull sena, minn din is-sena sas-sena 2025?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bord ta’ Riabilitazzjoni tad-Droga – każijiet ta’ persuni resident f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Bord ta' Riabilitazzjoni tad-Droga fejn ikollu każijiet ta' persuni residenti f'Għawdex ma jżommx is-seduti tiegħu f'Għawdex stess fis-sede tat-Tribunal Lokali tar-Reġjun ta' Għawdex biex ix-xhieda u l-persuni li jkunu se jidhru quddiemu, ma jkollhomx għalfejn jaqsmu kull darba lejn Malta għas-seduti tal-Bord?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li minn Għawdex il-Bord ikollu numru żgħir wisq ta’ każijiet u ma jkunx prattiku li l-Bord kollu u l-istaff tiegħu jitilgħu Għawdex biex jisimgħu każ wieħed biss. Jekk il-każijiet minn Għawdex jiżdiedu, tista’ tiġi kkunsidrata possibilità li jitwaqqaf Bord għal Għawdex. Minkejja dan ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-koordinattriċi tal-Bord tmur regolament Għawdex biex tiltaqa' mal-klijenti kif ukoll mal-keyworkers kull meta jkun hemm il-bżonn.