B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26589 dwar tindif ta’ widien, fejn ġie mwieġeb li “din is-sejħa ser isir it-tindif ta’ dawn il-widien:
· Wied il-Kbir, Wied il-Kbir, San Lawrenz, Gozo;
· Wied il-Kbir, Triq ta’ Spiteri, San Lawrenz, Gozo;
· Wied ta’ Mġarr ix-Xini;
· Wied tal-Imġarr;
· Wied l-Infern”,
jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi widien oħra li kienu f’din is-sejħa iżda ma ssemmewx fl-istess tweġiba? Jista’ jgħid ukoll jekk hix ser titnaddaf parti ta’ dawn l-imsemmija widien jew jekk humiex ser jitnaddfu kollha kemm huma? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra site-plan tal-area ta’ fejn dawn il-widien ser jiġu mnaddfa?
Wara li dawn l-imsemmija widien jitnaddfu, x’inhu l-perjodu ta’ żmien (skont is-sejħa) li għalih il-kuntrattur li rebaħ is-sejħa se jkun responsabbli għat-tindif u manutenzjoni tagħhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ma dawn il-widien imsemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26589 jistgħu jiżdiedu widien oħra skont l-assorbiment tal-kwantitajiet tal-materjal li jinġabar mill-widien.
Widien oħra li jistgħu jitnaddfu permezz ta’ l-istess sejħa għall-offerti huma il-Wied ta’ Xħajma fin-Nadur, u il-Wied ta’ Marġa fil-Qala. Apparti dawn il-widien, is-sejħa għall-offerti tagħti d-dritt lill-Awtorita’ Kuntrattwali li tnaddaf widien oħra li mhumiex imsemmija b’mod espliċitu, dment li jkun hemm il-permessi meħtieġa minn qabel.
Is-siteplans approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar jistgħu jinkisbu kollha minn fuq is-sit tal-istess Awtorità. Il-manutenzjoni ta’ dawn il-widien wara li jkunu tnaddfu ser tkun f’idejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-Site Plan ta’ fejn qed isir ix-xogħol ta’ tindif f’Wied tas-Salve Regina fir-Rabat, Għawdex u ta’ dak li hemm ippjanat li jsir fl-istess wied? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Commencement Notice u s-Summary Responsibility Form relatati ma’ dawn ix-xogħlijiet ukoll?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tgħarif qed jinġabar.
Ta’ Sannat - Triq Ta’ Xagħman u Triq Dun Lazzru Camilleri
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30456 fl-intier tagħha u jgħid għaliex ix-xogħlijiet fi Triq Ta’ Xagħman u Triq Dun Lazzru Camilleri f’Ta’ Sannat m’humiex ser jitkomplew immedjatament peress li l-livelli issa ilhom iktar minn xahrejn li ġew stabbiliti u hemm inkonvenjenti kbar għar-residenti u għall-persuni li ta’ kuljum jużaw dawn it-toroq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Sannat illi x-xogħol għandu jibda fil-ġimgħat li ġejjin.
CT3007/2025 TENDER FOR THE UPGRADING OF RURAL ROADS IN A RESOURCE EFFICIENT MANNER – WIED JUNU, GHAJN ABDUN AND TRIQ TA’ SPITERI, L/O KERCEM AND SAN LAWRENZ, GOZO’
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna l-Kamra dwar is-sejħa ‘CT3007/2025 TENDER FOR THE UPGRADING OF RURAL ROADS IN A RESOURCE EFFICIENT MANNER – WIED JUNU, GHAJN ABDUN AND TRIQ TA’ SPITERI, L/O KERCEM AND SAN LAWRENZ, GOZO’?
Jista’ jgħid ukoll:
i. jekk ix-xogħol inbedix;
ii. x’sar sa issa u x’inhu jsir fil-preżent; u
iii. meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol kollu relatat ma’ din is-sejħa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq din it-triq inbeda. Ix-xogħlijiet sa issa jinvolvu t-tindif tal-wiċċ tat-triq biex ikunu jistgħu jittieħdu s-
surveys
u jiġu stabbiliti l-livelli. Il-perjodu ta’ implimentazzjoni huwa ta’ sitt xhur.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-proġett tal-immodernizzar tal-faċilitajiet tal-Heliport kif ukoll il-Helipad u r-Runway fix-Xewkija, u fiex waslu t-tħejjijiet biex ikun jista’ jinbeda x-xogħol meħtieġ? Jista’ jgħid ukoll f’liema xahar u sena hu maħsub li toħroġ is-sejħa u meta hu maħsub li jinbdew ix-xogħlijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li nħareġ l-permess mill-Awtorita’ tal-Ippjanar, sar xogħol preparatorju fuq l-abbozzar tas-sejħa għall-offerti tax-xogħolijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid meta (xahar u sena) hu maħsub li jinbena u jsiru x-xogħlijiet neċessarji għall-persuni li jkunu qed jistennew li jirkbu l-fast ferry fil-Port tal-Imġarr, peress li qed ikun hemm inkonvenjent kbir għall-persuni li jużaw il-fast ferry għax m’għandhomx fejn jistkennu minħabba l-elementi tat-temp?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tinsab għaddejja bit-tħejjijiet u l-proċess meħtieġ sabiex tiffinalizza x-xogħlijiet li ser iwasslu għall-interventi neċessarji fuq il-Ferry Landing Place tal-Imġarr. L-għan ta’ dawn l-interventi hu li jitjiebu l-faċilitajiet għall-passiġġieri ta’ dan is-servizz.
CT3047/2023 Tender for the structural consolidation and conservation of the aqueduct in Triq Papa Ġwanni Pawlu II, Rabat, Gozo using environmentally friendly measures”
Question
Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar is-sejħa “CT3047/2023 Tender for the structural consolidation and conservation of the aqueduct in Triq Papa Ġwanni Pawlu II, Rabat, Gozo using environmentally friendly measures”? Jista’ jgħid ukoll x’sar f’dawn l-aħħar xahrejn?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dawn ix-xahrejn saru xogħlijiet preparattivi mill-kuntrattur, biex jkunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet.
CT3018/2024 DESIGN AND BUILD TENDER FOR BLOCK 6, AT MOUNT CARMEL HOSPITAL CAMPUS, USING ENVIRONMENTALLY FRIENDLY CONSTRUCTION MATERIALS AND PRODUCTS”
Question
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar is-sejħa “CT3018/2024 DESIGN AND BUILD TENDER FOR BLOCK 6, AT MOUNT CARMEL HOSPITAL CAMPUS, USING ENVIRONMENTALLY FRIENDLY CONSTRUCTION MATERIALS AND PRODUCTS” li għalqet fis-17 ta’ Settembru 2024 u x’ser jiġri issa? Jista’ jgħid ukoll jekk dan il-proġett huwiex ser isir jew le?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li t-tender ma ngħatax minħabba li ma kienx konformi mar-rekwiżiti tekniċi. Bħalissa qed isiru d-diskussjonijiet meħtieġa sabiex jiġi determinat il-pass li jmiss.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea ta’ moll ġdid u xogħol ieħor f’Ras Ħanżir u x’sar f’dawn l-aħħar xahrejn?
Jista’ jgħid ukoll:
i. jekk dan ix-xogħol sarx permezz ta’ direct order;
ii. x’hemm ippjanat li jsir fil-ġimgħat li ġejjin; u
iii. jekk ix-xogħol li ser isir huwiex ser isir permezz ta’ direct order?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dawn l-aħħar xhur sar xogħol ta’ abbozz mill-ġdid għal sejħa għall-offerti, liema sejħa għandha tiġi ppublikata fil-ġimgħat li ġejjin. Fil-frattemp kien hemm xogħlijiet mibdija li tkompla x-xogħol fuqhom.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġiet imwaqqfa Projects Gozo? Jista’ jgħid ukoll liema inizjattivi u proġetti ħadet ħsieb u mexxiet Projects Gozo minn meta ġiet imwaqqfa sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija Projects Gozo bdiet topera f’Mejju 2025 waqt li nħatar CEO f’Ġunju 2025. Il-kumpanija ġiet inkarigata li tara l-fażi finali tax-xogħlijiet tal-faċilitajiet fil-Gozo Indoor Sports and Aquatic Pavillion u l-ġestjoni sussegwenti.
SPD3/2024/053 - TENDER FOR THE SUPPLY, DELIVERY TESTING, COMMISSIONING AND MAINTENANCE OF TWO (2) BRAND NEW LOW EMISSION REFUSE COLLECTION VEHICLES FOR THE ECO GOZO DIRECTORATE, MGP
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li terġa’ toħroġ is-sejħa: SPD3/2024/053 - TENDER FOR THE SUPPLY, DELIVERY TESTING, COMMISSIONING AND MAINTENANCE OF TWO (2) BRAND NEW LOW EMISSION REFUSE COLLECTION VEHICLES FOR THE ECO GOZO DIRECTORATE, MGP?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender toħroġ ladarba tkun ippublikata fuq l-portal tal-EPPS. F’dan l-istadju ma tistax tingħata aktar informazzjoni.
Upgrading and Retrofitting of the Administration Centre, Victoria, Gozo - Proġett
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29280 u jaġġorna l-Kamra dwar il-proġett tal-Upgrading and Retrofitting of the Administration Centre, Victoria, Gozo? Jista’ jgħid meta nbeda dan il-proġett, x’sar sa issa, x’fadal isir u meta huwa ppjanat (xahar u sena) li jitlesta dan il-proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid dwar il-proġetti li Project Green qed tiffinanzja fil-gżira ta’ Għawdex?
Tista’ tgħid ukoll:
i. meta nbdew kull wieħed minn dawn il-proġetti;
ii. jekk hux ta’ kuljum qed isir xogħol fuqhom mill-kuntratturi rispettivi; u
iii. meta huma ppjanati li jitlestew biex ikunu jistgħu jitgawdew mill-pubbliku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, b’investiment ta’ madwar €1,050,000, Project Green qed tiżviluppa Rainwater Harvesting Park f’Għajnsielem. Dan il-proġett jinvolvi spazju multifunzjonali b’diversi attrazzjonijiet fosthom tagħmir tal-logħob għat-tfal, anfiteatru u ċentru edukattiv. Ix-xogħol fuqu nbeda fil-bidu ta’ din is-sena u bħalissa għaddej xogħol ta’ skavar u tħejjija għall-pedamenti biex mill-ġimgħa d-dieħla jibdew jitħaffru l-piles. Huwa mmirat li x-xogħlijiet jitlestew fit-tielet kwart tal-2026.
Proġett ieħor f’Għawdex li qed twettaq Project Green hu dak ta’ EcoGarden fix-Xewkija li għalih l-investiment hu ta’ madwar €470,000. Hawnhekk l-Aġenzija se tkun qed tagħti priorità lill-enerġija rinnovabbli biex il-ġnien ikun awtosuffiċjenti. Se jinbena wkoll ġibjun għall-ħażna tal-ilma u se jiġi installat tagħmir tal-logħob għat-tfal. F’dan il-każ tlesta l-proċess tat-tendering u bħalissa qed jinġiebu l-permessi meħtieġa sabiex ikun jista’ jinbeda x-xogħol. Fil-frattemp, qed isiru wkoll interventi preparatorji relatati mal-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà waqt li jkunu qegħdin isisru x-xogħlijiet. Dan il-proġett hu mmirat li jitlesta fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla.
F’dan iż-żewġ każijiet, u kif tagħmel fi kwalunkwe proġett ieħor, Project Green tassigura li l-kuntratturi responsabbli mix-xogħlijiet jonoraw l-iskedi u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt.
Tajjeb wieħed iżid li minbarra l-proġetti li qed twettaq Project Green, il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika kien u għadu involut f’diversi proġetti oħra f’Għawdex.
Fost l-oħrajn, Ambjent Malta kienet involuta f’xogħlijiet ta’ tisbiħ f’San Lawrenz, il-Munxar u Għajniselem, filwaqt li fl-Għasri assistiet fir-riġenerazzjoni ta’ Ġnien Kenn is-Salvatur. F’ħidma konġunta mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), Ambjent Malta qed twettaq ukoll xogħlijiet ta’ manutenzjoni tal-ħbula u s-sinjali tal-informazzjoni li jipproteġu l-għaram tar-ramel fir-Ramla l-Ħamra, biex tiġi mħarsa l-veġetazzjoni endemika. Barra minn hekk, is-sena l-oħra ġew installati sinjali ta’ informazzjoni ġodda f’diversi żoni protetti u f’siti ġodda ddikjarati bħala protetti.
Min-naħa tagħha l-ERA qed taħdem biex tindirizza u tikkontrolla l-ispeċi aljeni invażivi li qed jheddu l-integrità ekoloġika tas-sit protett tal-Għadira ta’ Sarraflu. Filwaqt li, permezz tal-proġett CORALLO, ċ-Ċentru ta’ Interpretazzjoni tad-Dwejra ġie promoss bħala ċentru ta’ edukazzjoni ambjentali marittima u użat bħala sit ewlieni ta’ għarfien dwar in-Natura 2000.
In-Nadur - Triq ir-Rabat u Triq Ta’ Xħajma - Sinjali taż-żebgħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta nżebgħu l-aħħar is-sinjali taż-żebgħa tan-nofs ta’ Triq ir-Rabat u Triq Ta’ Xħajma, it-triq prinċipali li twassal għar-raħal tan-Nadur? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn is-sinjali jistgħux jerġgħu jinżebgħu mill-aktar fis possibli, peress li kważi m’għadhomx jidhru?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sinjali taż-żebgħa tan-nofs fi Triq San Anard inżebgħu nhar it-22 ta’ Settembru 2025. Parti minn Triq ir-Rabat inżebgħet fil-11 ta’ Settembru 2025. Il-bqija tat-Triq ir-Rabat u Triq tax-Xħajma huma proġettati li jinżebgħu matul il-ġimgħa d-dieħla.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 29983 u 29984, dwar kemm hemm jaħdmu fil-preżent u f’dawn l-aħħar xhur, ‘REFUSE COLLECTION VEHICLES’ fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar u jekk kienx hemm minnhom mikrijin mingħand il-privat, fejn ġie mwieġeb li ‘wieħed minnhom huwa mikri mingħand il-privat. Dan ġie mikri mingħand il-privat bejn Mejju u Diċembru 2024 u bejn Frar 2025 sal-lum’ u fejn intqal li dan “qed jinkera għall-prezz ta’ €100 kuljum u jitħaddem tliet darbiet kuljum’’, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet fl-intier tagħhom u jgħid meta u fejn ħarġu s-sejħiet biex jinkera dan ir-Refuse Collection Vehicle? Jista’ jgħid ukoll minn min jinstaq u meta hu maħsub li toħroġ sejħa pubblika?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli din il-vettura tinstaq mill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Indafa Pubblika fil-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar. Ninsab infurmat li s-sejħa pubblika għax-xiri ta’ żewġ
refuse collection vehicles
ġodda mistennija toħroġ fil-ġimgħat li ġejjin.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar - Nefqa fuq Overtime
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29576 u 29989 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali fuq overtime f’kull diviżjoni, dipartiment, direttorat, awtorità u fil-Ministeru stess mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29582 u 29995 u jgħid kemm hemm Supervisors u Assistant Foreman u kemm hemm jaħdmu f’kull Ministeru?
Response (ABELA, ROBERT)
It-tagħrif mitlub huwa kif ġej:
Ministeru
Grad
Supervisor
Assistant Foreman
Total
UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
2
1
3
MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI
5
3
8
MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI
12
11
23
MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL
1
6
7
MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA
108
4
112
MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR
98
24
122
MINISTERU GĦALL-FINANZI
2
0
2
MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA
50
10
60
MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI
28
1
29
MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI
1
1
2
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbdew ix-xogħlijiet fi Triq Ġorġ Pisani fir-Rabat, Għawdex u meta huwa ppjanat (xahar u sena) li jitlesta x-xogħol fuq din l-imsemmija triq minn tarf sa tarf u b’ hekk tkun tista’ tibda tintuża mill-pubbliku? Jista’ jgħid ukoll kemm huma stmati li se jiġu jiswew ix-xogħlijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq Ġorġ Pisani mistennija jitlestew f’Ottubru 2025. Peress li dan il-progett huwa ibbażat fuq
certified measured works
, l-ispejjeż preċiżi jkunu magħrufa ladarba jiġi ċċertifikat ix-xogħol. Permezz ta’ dan l-investiment, se jitnaqqas it-traffiku li jgħaddi minn Triq ir-Repubblika għal dawk il-vetturi li jkunu jmorru lejn Marsalforn u l-inħawi tal-madwar.
Triq Sir Arturo Mercieca u Triq il-Vajringa – Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru fiex waslu x-xogħlijiet qed isiru fi Triq Sir Arturo Mercieca, kantuniera ma’ Triq il-Vajringa? Jista’ jgħid ukoll meta nbeda x-xogħol, kemm fiha tul, kemm huma stmati li ser jiġu jiswew dawn ix-xogħlijiet, u meta hu maħsub (xahar u sena) li jitlesta x-xogħol kollu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq Sir Arturo Mercieca hija twila 170m. Ix-xogħlijiet mistennija jitlestew f’Ottubru ta’ din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħlijiet qed isiru f'parti mill-Wied tas-Salve Regina fir-Rabat Għawdex? Jista’ jgħid meta ħarġet is-sejħa biex isiru dawn ix-xogħlijiet u kemm huma stmati li ser jiswew? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Commencement Notice relatati ma’ dan ix-xogħol? Jista’ jgħid ukoll fiex jikkonsistu x-xogħlijiet u x'tip ta’ monitoraġġ minn persuni kompetenti qed isir fuq ix-xogħlijiet li qed isiru fuq dan il-Wied?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-wied qiegħed jiġi mnaddaf mill-ħafna materjal li nġabar fih matul is-snin. Dan il-materjal kien kważi qed jimblokka għal kollox il-mgħodija tal-ilma.
Is-sejħa għall-offerti li tkopri dawn ix-xogħlijiet hija CT 3004/2025 u l-ispiża fuq dan il-wied tinħadem malli jitkejlu x-xogħlijiet. Kumpanija mqabbda b’sejħa għall-offerti SPD3/2025/039 qiegħda timmaniġġja dan il-proġett. Din il-kumpanija flimkien mal-kuntrattur tax-xogħlijiet għandhom nies kompetenti (Key Experts) kemm fuq perizja, immaniġġjar tal-proġett, ta’ moniteraġġ ekoloġiku u nies kompetenti oħra.