Legislature:
Category:
Reset
Active:

Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) — funzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jittieħdu xi passi fid-dawl tas-sentenza tal-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fl-ismijiet Falzon Group Holdings Limited et versus Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) et mogħtija fit-8 ta’ Novembru 2018, b’mod partikolari biex fl-intervall sakemm isir il-bdil meħtieġ fil-liġi, id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) ikun f’qagħda li jista’ effettivament jaqdi l-funzjonijiet tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li s-sentenza li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hija sentenza parzjali. Peress li l-każ jinsab quddiem il-Qrati u għadu sub judice, tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata meta tinqata’ s-sentenza definittiva mill-Qrati.
Leg 13 PQ #7804 Sitting 169 2018-11-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Seaman

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 7666 u tgħid kemm qed jitħallsu għal kull siegħa l-ħaddiema fil-grad ta' Seaman u li huma impjegati direttament mal-Gozo Channel? Tista' tgħid ukoll kemm qed jitħallas il-kuntrattur għal kull siegħa ta' ħaddiem fil-grad ta' Seaman li jipprovdi lil Gozo Channel u kemm fil-fatt minn dan l-ammont jispiċċa għand il-ħaddiem li jaħdem mal-kuntrattur u li iżda joffri servizz lil Gozo Channel?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija f’PQ 7666 li l-informazzjoni mitluba hi ta’ natura kummerċjali u sensittiva u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Leg 13 PQ #7805 Sitting 169 2018-11-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – Cabin Attendants

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 7665 u tgħid kemm qed jitħallsu għal kull siegħa l-ħaddiema fil-grad ta' Cabin Attendant u li huma impjegati direttament mal-Gozo Channel? Tista' tgħid ukoll kemm qed jitħallas il-kuntrattur għal kull siegħa ta' ħaddiem fil-grad ta' Cabin Attendant li jipprovdi lil Gozo Channel u kemm fil-fatt minn dan l-ammont jispiċċa għand il-ħaddiem li jaħdem mal-kuntrattur u li iżda joffri servizz lil Gozo Channel?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija f’PQ 7666 li l-informazzjoni mitluba hi ta’ natura kummerċjali u sensittiva u għaldaqstant ma tistax tingħata.

L-Għarb, Għawdex – Triq Franġisk Portelli – tieni kisja ta’ tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li tingħata t-tieni kisja ta' tarmak fi Triq Franġisk Portelli ġewwa l-Għarb, Għawdex sal-aħħar tas-sena 2018 u jekk le meta hu ppjanat li tingħata t-tieni kisja ta' din it-triq peress li x-xogħol fuq din it-triq ġejt infurmat f’risposta għall-mistoqsija parlamentari oħra li qed issir mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li t-tieni kisja ta’ tarmak fi Triq Franġisk Portelli ġewwa l-Għarb, Għawdex hija prevista li ssir fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla.

MCCAA – tagħrif qarrieqi ta’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħadet l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) mill-bidu tal-2017 sad-data meta tiġi mwieġba din id-domanda fir-rigward ta’ tagħrif allegatament qarrieqi tal-Volkswagen għar-rigward ta’ vetturi mibjugħa minn din id-ditta lill-konsumaturi Maltija dan ukoll fid-dawl ta’ rapport li deher fil-media lokali fejn skont tagħrif miġbur mill-Unjoni Ewropea, minn total ta’ 774 vettura f’Malta, ftit iżjed minn nofs ġew irranġati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li minn Jannar 2017, id-Direttorat tas-Sorveljanza tas-Suq fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur kellu 6 laqgħat mar-rappreżentanti tad-ditti li jiffurmaw il-Grupp Volkswagen u dan sabiex tittieħed l-azzjoni neċessarja fi sforz biex il-karozzi effetwati minn din ir-recall issirilhom il-fix neċessarja ħalli jiġu konformi mar-regolamenti neċessarji. Id-Direttorat ordna lir-rappreżentanti tad-ditti sabiex jikkunttatjaw lill-klijenti tagħhom biex isir ix-xogħol meħtieġ. Kienu ordnati wkoll sabiex jikkuntattjaw lil Transport Malta sabiex jintlaħqu wkoll dawk il-karozzi li jiġu impurtati muhx min continental cars limited. Dawn jinkludu individwi li jimpurtaw karozzi ghal uzu personali kif ukoll dealers tal-karozzi second hand. Id-Direttorat regolarment jesiġi lill-Grupp Volgswagen biex iżommu aġġornat bis-sitwazjoni. Matul l-2017, l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-istess Awtorita’, ingħaqad f’azzjoni koordinata tan-Network tal-Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumaturi f’livell Ewropew fejn matul din l-azzjoni l-Grupp Volkswagen ġie mitlub iħaffef il-proċess fejn il-karozzi affettwati jsirulhom it-tibdiliet neċessarji. Fil-bidu tal-azzjoni l-Grupp Volkswagen kienu qablu li jkomplu joffru dawn it-tibdiliet b’xejn sas-sena 2018, nħolqot miżura msejħa Trust Building Measure u bdiet ukoll tingħata aktar informazzjoni dwar it-tibdiliet permezz tal-websajt tad-ditti konċernati. Wara aktar negozjati l-Grupp Volkswagen ikkommettew ukoll li jkompu joffru t-tibdiliet neċessarji b’xejn sas-sena 2020 minħabba li kien għad hemm numru ta’ karozzi li kien għadu ma sarilhomx l-upgrade.
Leg 13 PQ #7781 Sitting 168 2018-11-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp – taqsima tal-kostruzzjoni u manutenzjoni — ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema fit-Taqsima tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan id-Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp? X'inhu l-grad tagħhom? Kif inhuma mqassma dawk fuq il-lantijiet tax-xogħol barra, x’inhu l-grad tagħhom u x'tip ta' xogħol jagħmlu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra
Leg 13 PQ #7782 Sitting 168 2018-11-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – tibdil fl-isem tad-Direttorat tal-Customer Services

Question

Tista' l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni għaliex inbidel l-isem tad-Direttorat tal-Customer Services li jaqa' fid-dekasteru tagħha? X'inhu l-isem il-ġdid tiegħu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Il-Ministeru kkumissjoni lis-Sur David Spiteri Gingell biex isir rapport għar-ristrutturar tal-Ministeru. Kull tibdil huwa marbut ma’ dan l-eżerċizzju.

Ix-Xewkija — area tal-Ħofra - xogħol ta' kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-area tal-Ħofra ġewwa x-Xewkija fejn preżentement qiegħed issir ix-xogħol ta' kostruzzjoni: a. min se jkun responsabbli mit-tqassim/allokazzjoni ta' spazju għall-SMEs f'dan il-park; b. min huma d-ditti jew kumpaniji li ntgħażlu s'issa biex jingħataw spazju f'din l-area; c. x'kriterji se jkun hemm għal min se jkun eleġibbli li jista' japplika għal post f'dan il-park; u d. xi ħlas se jkun mitlub iħallas min se japplika għal post f'dan il-park għall-SMEs f'Għawdex?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-proċess t'allokazzjoni ta' spazju għall-SME's f'dan il-park għadu għaddej u qiegħed jitmexxa mill-Korporazzjoni Malta Enterprise skond kriterji stabiliti fl-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji. Inkwantu għar-rati tal-kera dawn ġew stabiliti wara ezerċizzju ta’ cost benefit analysis liema ezerċizzju jifforma parti minn analizi u studji oħra kif huma rikjesti waqt il proċess tal- applikazjoni għall proġetti ta’ ko-finazjament mill fondi Ewropej.
Leg 13 PQ #7797 Sitting 168 2018-11-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp - Taqsima tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni - impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena, kemm kien hemm impjegati tat-taqsima tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan id-Direttorat għall-Proġetti u Żvillupp li ġew mislufa lill-Kunsilli Lokali f'Għawdex? Ma' liema kunsilli lokali kienu mislufa? X'xogħol kienu qed jagħmlu lil dawn il-kunsilli lokali u x'inhu l-grad ta' dawn l-impjegati?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #7798 Sitting 168 2018-11-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Dipartimenti u entitajiet - impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn Ottubru 2015 sal-lum, maqsmum sena b'sena, kemm kien hem impjegati f'kull Dipartiment u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha li rtiraw, ġew boarded out jew li l-impjieg tagħhom intemm għal xi raġuni jew oħra? F'kull każ, x'kien il-grad u kemm kienet l-età tal-impjegati meta ntemm l-impjieg tagħhom?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Xagħra Għawdex – Pjazza l-Vittorja – flushing tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, min meta tlesta l-proġett ta’ rinnovazzjoni, kemm-il darba sar flushing tad-drenaġġ ġewwa Pjazza l-Vittorja fix-Xagħra Għawdex, xahar b’xahar mil-ewwel ta’ Settembru 2016? Jista’ jikkonferma jekk hemmx xi problemi fis-sistema tad-drenaġġ f'din il-Pjazza? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhuma dawn il-problemi fis-sistema l-ġdida tad-drenaġġ li saret reċentement ġewwa din l-istess Pjazza u x’inhuma l-pjanijiet biex jissolvew?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma marru diversi drabi ġo Pjazza l-Vittorja fix-Xagħra Għawdex sabiex jagħmlu tindif ta’ xaħmijiet oriġinati minn ristoranti li jimblukkaw il-katusi u biex jissiġillaw tappieri għax titla’ riħa kkaġunata mill-ibblukar tax-xaħmijiet. Barra minn dan ma jirriżultax li hemm xi problema fis-sistema tad-drenaġġ tal-imsemmija Pjazza. Fit-tabella segwenti hawn dettalji tal- flushing tad-drenaġġ li sar: Ottubru 2016 2 Novembru 2016 2 Diċembru 2016 1 Jannar 2017 4 Frar 2017 1 April 2017 1 Ġunju 2017 2 Lulju 2017 2 Awwissu 2017 1 Settembru 2017 2 Jannar 2018 2 Awwissu 2018 1
Leg 13 PQ #7694 Sitting 167 2018-11-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Uffiċċju tal-artijiet f’Għawdex – bdiewa li qed iħallsu l-qbiela tar-raba’

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm bdiewa li qed iħallsu l-qbiela tar-raba' tal-gvern fl-uffiċċju tal-artijiet f'Għawdex? Għal kull każ f'liema lokalitajiet f'Għawdex qiegħed ir-raba' li għalih qed titħallas il-qbiela u kemm hu n-numru ta' bdiewa li qed iħallsu l-qbiela? Tista' tgħid jekk humiex bdiewa part-time jew full-time?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jistaqsi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 13 PQ #7695 Sitting 167 2018-11-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Direttorat Proġetti u Żvillupp – xogħol ta’ bini ta’ lqugħ u tas-sejjiegħ

Question

Tista' l-Ministru tgħid matul l-aħħar tliet snin, u ċjoè mill-bidu tas-sena 2016 sal-lum, kemm sar xogħol ta' bini ta’ ħitan għall-ilqugħ u tas-sejjiegħ mill-ħaddiema tat-Taqsima ta' Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan id-Direttorat Proġetti u Żvilupp? F'liema lokalitajiet f'Għawdex sar dan ix-xogħol u kemm kien l-għoli u t-tul ta' dawn il-ħitan?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #7696 Sitting 167 2018-11-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Rabat Għawdex – Skola Primarja ġdida

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6958, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li għadha ma ġietx ikkalkulata l-istima fuq il-bini tal-Iskola Primarja l-ġdida ġewwa r-Rabat Għawdex? Meta hemm ħsieb li tiġi kkalkulata l-istima għall-bini u tlestija ta’ din l-Iskola ġdida Primarja?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-istima fuq il-bini u x-xogħlijiet ta' tlestija tal-Iskola Primarja l-ġdida fir-Rabat, Għawdex, hi ta' madwar €9.5 miljuni.

Għawdex – Second Class Water

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma toħroġ it-tenders meħtieġa ħalli tkun tista’ tikber il-firxa tan-network tas-Second Class Water ġewwa Għawdex sabiex jinqdew iżjed bdiewa? Jista’ jgħid f'liema xahar u sena huma ppjanati li joħorġu t-tenders għal dan il-proġett?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li t-tenders huma fi stadju avvanzat ta’ ppjanar. Id-dati ta’ meta ħa joħorġu t-tenders jitħabbar fil-ħin opportun.

Regolament tal-Unjoni Ewropea – geo-blocking

Question

Tista’ l-Ministru tispjega x’miżuri qed jittieħdu fir-rigward tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Unjoni Ewropea numru 2018/302 tat-28 ta’ Frar 2018 dwar il-geo-blocking, u jekk s’issa ġietx identifikata l-entità pubblika f’Malta li se tkun responsabbli għall-infurzar ta’ dan ir-regolament?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza mhuwiex il-Ministeru responsabbli għad-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Unjoni Ewropea numru 2018/302 tat-28 ta’ Frar 2018 dwar il-geo-blocking.
Leg 13 PQ #7668 Sitting 166 2018-11-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – entitajiet u dipartimenti — impjegati f’substantive grades

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati f'substantive grade b'kuntratt u li l-kuntratt tagħhom ma ġiex imġedded għal xi raġuni jew oħra, f'kull dipartiment u entità li taqa' taħt id-dekasteru tagħha, mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena? X'kien il-grad ta' dawn l-impjegati qabel u wara li l-kuntratt tagħhom ma ġġeddidx? F'liema uffiċċju kienu u qegħdin fil-preżent? X'inhu x-xogħol tagħhom bħalissa u x’inhi d-data ta’ meta l-kuntratt tagħhom ma kienx imġedded?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #7669 Sitting 166 2018-11-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – entitajiet u dipartimenti — promozzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati li ngħataw promozzjoni f'kull dipartiment u entità li taqa' taħt id-dekasteru tagħha mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena? Tista' tagħti dan it-tagħrif skont jekk il-promozzjoni ngħatatx abbażi ta' eżami kompetittiv jew permezz ta' intervista quddiem Bord tal-Għażla? Għal kull każ, tista’ tgħid f'liema grad kienu u x’inhu l-grad li fih ġew promossi? Tista' tgħid ukoll kemm kien hemm impjegati li ngħataw iktar minn promozzjoni waħda f' dan il-perjodu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #7670 Sitting 166 2018-11-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — entitajiet u dipartimenti - impjegati fi grad differenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid, preżentement f'kull uffiċċju jew sezzjoni ta' kull dipartiment li jaqa' fid-dekasteru tagħha, kemm hemm impjegati fil-grad ta' Direttur Ġenerali, Direttur, Assisstant Direttur, Senior Manager u Manager? X'inhu x-xogħol ta' kull wieħed minnhom bħalissa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ir-Rabat Għawdex – Poliklinika – konsultazzjoni għar-rilokazzjoni

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6710 kollha u ċjoè: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’tip ta’ konsultazzjoni saret, ma’ min saret u meta saret dwar ir-rilokazzjoni għall-post ieħor tal-poliklinika tar-Rabat, Għawdex? Jista' jgħid jekk saritx applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar biex issir din ir-rilokazzjoni u jekk iva meta saret u meta ħarġu l-permessi meħtieġa? Jista' jagħti n-numru ta' din l-applikazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa għaddej xogħol fuq id-disinn u l-medical brief taċ-ċentru tas-saħħa l-ġdid fir-Rabat Għawdex. Kif jitlesta dan il-proċess il-pjanti ikunu jistaw jiġu sottomessi lill-Awtorita’ tal-Ippjanar.