Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li fl-20 ta’ Lulju 2018, il-Ministeru tiegħu ħareġ sejħa għall-kwotazzjonijiet fuq il-Gazzetta tal-Gvern biex jiġu ingaġġati Security Guards tal-kuntrattur biex jipprovdu back up għal uffiċjali tal-MTA ġewwa Kemmuna?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li fl-eqqel tas-sajf numru sostanzjali ta’ nies iżuru l-gżira ta’ Kemmuna, inħass il-bżonn li tinħareġ sejħa biex ikun hemm security guards fuq il-post sabiex jieħdu ħsieb li tinżamm il-buon ordni u jassiguraw li l-post jinżamm nadif.
Fis-sejħa kien hemm indikat ċar li dawn is-
security guards
huma rikjesti li jaħdmu bejn is-sitta ta’ filgħaxija u nofs il-lejl, u jistgħu jintalbu wkoll li jagħtu assistenza lill-Uffiċjali tal-Infurzar tal-MTA.
Ministeru għal Għawdex – files jew dokumenti distrutti
Question
Tista' l-Ministru tgħid, f'kull Direttorat u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha, kemm kien hemm files jew dokumenti li ġew distrutti a bażi tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data mis-sena 2013 sal-lum, maqsmuma sena b'sena? X'tip ta' files jew dokumenti kienu u ta' liema uffiċċju jew taqsimiet kienu jappartjenu?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid fir-roundabouts ta’ Għawdex, minn Ġunju 2017 sal-lum:
a. Kemm sar armar differenti tal-istess tip s’issa?;
b. Għal liema okkażjonijiet saru?;
c. Fejn qed jitwaħħlu? Liema huma l-postijiet speċifiċi?;
d. Kemm huma stmati li ġew jiswew?;
e. Min awtorizza dawn il-ħlasijiet?;
f. X’armar hu previst għall-kumplament tas-sena?;
g. Wara li jiżżarmaw, x’qed isir minn dan l-armar u fejn qed jitpoġġa?; u
h. Kemm hemm ħaddiema jaħdmu fuq dan l-armar tar-
roundabouts
u x’inhu l-grad tagħhom?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm iddaħħlu u kemm hemm ħaddiema jaħdmu fil-Gozo Culture Unit, fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum? Xi grad huma u x'titlu għandhom dawn il-ħaddiema? Fil-każ ta' ħaddiema li daħlu ġodda, tista’ l-Ministru tgħid meta ġew ippubblikati s-sejħiet għalihom? Tista’ tgħid ukoll mil-liema post qed jaqdu dmirijiethom dawn il-ħaddiema?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra
Attachments:PQ 7843 - Gozo Culture Unit - Ħaddiema.pdf
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha hux qed jaħdem ma’ entitajiet jew kumpaniji privati bil-għan li jinstabu jew jinbnew djar għall-anzjani f'Għawdex? Jekk fl-affermattiv f'liema lokalitajiet f'Għawdex qed isir dan?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-Manifest Elettorali hemm mira ta’ 500 sodda u għal dan il-għan, għaddejjin diversi taħdidiet kemm mad-Djoċesi t’Għawdex kif ukoll mas-settur privat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża f’tiswijiet fuq il-vapuri tal-Gozo Channel, minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena? F'kull każ tista’ tgħid liema kien il-vapur li fuqu saret it-tiswija? Fiex kienet tikkonsisti t-tiswija, lil min kienet ikkummissjonata t-tiswija u kemm kienet l-ispiża għal kull tiswija li saret?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi ta' natura kummerċjali sensittiva u għalhekk ma tistgħax tingħata.
Ministeru għal Għawdex – ramel u żrar li intuża mid-Direttorati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm u x’tip ta’ ramel u żrar intuża mid-Direttorati li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex, sena b’sena u xahar b’xahar mis-sena 2013 sal-lum? Tista’ tgħid fejn intuża dan ir-ramel u żrar u min kienu l-kuntratturi li ssupplixxew dan il-materjal u kemm kienet l-ispiża xahar b’xahar u sena b’sena fuq dan il-materjal?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-medja taż-żmien biex jiġu deċiżi każijiet mill-Administrative Review Tribunal fl-oqsma ta’ appelli mid-deċiżjonijiet meħuda mir-regolaturi fis-settur tal-enerġija u ilma (Regulator for Energy and Water Services) u fis-settur tal-Komunikazzjoni (Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni) għas-snin 2015, 2016 u 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella A li tindika l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant ghas-snin 2015, 2016 u 2017 kif ukoll Tabella B li tindika informazzjoni identika ghas-snin 2010, 2011 u 2012.
L-Onor. Interpellant ghalhekk jista’ jinnota li l-efficjenza fir-rigward tal-Administrative Review Tribunal rregistrat titjieb sinifikanti, kemm fejn tidhol l-clearance rate kif ukoll d-disposition time, meta kkumparata ma’ statistika identika migbura fis-snin ta’ qabel l-2013 u cioe zmien amministrazzjoni Nazzjonalista.
Intant, ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li l-informazzjoni fir-rigward tal-efficjenza tal-Administrative Review Tribunal, b’mod generali, turi li mill-2014, l-clearance rate tal-istess Tribunal kienet dejjem teccedi l-100% u ghalhekk tindika b'mod car kristall l-impenn ta’ da nil-Gvern illi jtejjeb l-efficjenza billi jigu rizolti aktar kazijiet. Dan l-impenn jidher ukoll fl-2017 bi clearance rate globali ta' 147%.
Qorti tal-Appell — appelli minn deċiżjonijiet tal-Administrative Review Tribunal?
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għas-snin 2015, 2016 u 2017 kemm kienet il-medja taż-żmien biex jiġu deċiżi każijiet mill-Qorti ta’ Appell (inferjuri) għal dawk li huma appelli minn deċiżjonijiet tal-Administrative Review Tribunal?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella A li tindika l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għas-snin 2015, 2016 u 2017 kif ukoll Tabella B li tindika informazzjoni identika ghas-snin 2010, 2011 u 2012.
L-Onor. Interpellant ghalhekk jista’ jinnota li l-efficjenza fir-rigward tal-Qorti ta’ Appell (inferjuri) għal dawk li huma appelli minn deċiżjonijiet tal-Administrative Review Tribunal rregistrat titjieb sinifikanti, kemm fejn tidhol l-clearance rate kif ukoll d-disposition time, meta kkumparata ma’ statistika identika migbura fis-snin ta’ qabel l-2013 u cioe zmien amministrazzjoni Nazzjonalista.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm proprjetajiet mikrija mill-Ministeru għal Għawdex mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma xahar b’xahar? Tista’ tgħid f’liema raħal jinsabu dawn il-proprjetajiet u għal liema raġuni nkrew, kif ukoll għal kemm-il sena nkrew u kemm hu l-ħlas għal kull proprjetà, sena b’sena? Tista’ tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinkrew iktar binjiet f’Għawdex u għal liema raġuni?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fiż-żewġ tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità tal-Ippjanar – sottomissjonijiet mill-pubbliku għal Pjan Lokali għal Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-gżira ta’ Għawdex, bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali għall-Għawdex?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant japprezza li din id-domanda mressqa titlob ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk qed nitolbu aktar ħin biex tinġabar tali informazzjoni.
Skejjel tal-Istat f’Għawdex – interventi infrastrutturali u manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ interventi infrastrutturali u ta’ manutenzjoni saru matul is-sajf 2018 ġewwa l-Iskejjel tal-Istat f’Għawdex u f’liema skejjel u kemm kienet in-nefqa fuq kull skola? Kemm-il tender inħareġ għal dan it-tip ta’ xogħol, kemm ġew awarded, lil min ingħataw, u min kienu l-periti inkarigati fuq dawn ix-xogħlijiet u kif ġew magħżula?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mid-Dipartiment Strateġija u Sapport li l-programm ta’ xogħlijiet ġewwa l-Iskejjel tal-Istat f’Għawdex kien kif muri fiż-żewġ tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Gozo Sports Complex – art biex tifforma parti mill-Iskola Primarja l-ġdida fir-Rabat Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk parti mil-art li llum tifforma parti mill-Gozo Sports Complex, inkluż garaxx tal-istess Gozo Sports Complex, fil-fatt se jittieħdu biex minflok jiffurmaw parti mill-Iskola Primarja l-ġdida li qed tiġi ppjanata li tinbena ġewwa r-Rabat Għawdex?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala parti mill-proġett ta' bini ta' estensjoni tal-Middle School eżistenti, kif ukoll tal-bini tal-Iskola Primarja l-ġdida fir-Rabat, Għawdex, se tinbena faċilità sportiva fil-miftuħ li se tmiss fuq l-arja tal-Kumpless Sportiv biswit dawn l-iskejjel. L-ammont ta' bini li se jirfes fuq l-arja tal-Kumpless Sportiv hi ta' madwar 450 metru kwadru.
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta u impressjonijiet artistiċi tal-proġett li juri aħjar dan li qiegħed ngħid. Il-parti tal-faċilità sportiva li se tinbena fuq l-arja tal-Kumpless Sportiv hi mmarkata bil-kulur blu. Din il-proposta għadha suġġett għall-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Wasteserv Malta sena b’sena u xahar b’xahar mill-2013 sal-lum? Jista’ jgħid kemm kien il-valur ta’ kull direct order u fiex kien jikkonsisti kull direct order li ngħata mill-Wasteserv Malta mill-2013 sal-lum?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn f’ħafna mill-korrispondenza li tintbagħat mill-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi fosthom avviżi ta’ likwidazzjoni, m’hemmx il-postcode inkluż fl-indirizz u dan meta fl-aħħar snin saret ħafna enfasi biex tintuża l-postcode?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fl-indirizz tal-korrispondenza li tinbagħat mill-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi, il-postcode ma jitnizzilx f’dawk il-kazijiet biss fejn il-persuna ma tkunx infurmat lid-Dipartiment bil-postcode tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-mija u erbgħin miljun ewro ta' investiment fit-toroq minn fondi tal-Unjoni Ewropea mħabbra minnu f'konferenza tal-aħbarijiet li saret is-Sibt 11 ta' Novembru, kemm minnhom ser jintużaw fuq toroq jew proġetti f'Għawdex? Jista’ jagħti lista ta’ toroq f'Għawdex li ser isiru b’dawn il-fondi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali ser ikun qiegħed jappoġġja l-ħidma ta’ titjib tat-toroq f’Għawdex permezz tar-riżorsi ta’ Infrastructure Malta, b’mod gradwali, fiż-żmien li ġej, attwalment ir-responsabilitajiet tat-toroq f’din il-gżira tinsab f’idejn entitajiet u ministeri oħra.
Għalhekk, nitlob li din il-mistoqsija tiġi diretta lill-Ministeru konċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex jikkonsisti l-proġett ta’ Multi-Modal Hub ġewwa x-Xewkija ħdejn il-Korsa taż-Żwiemel? Tista’ tpoġġi kopji tal-pjanti, site plan, il-PA number kif ukoll kopja tal-permessi, għal dan il-proġett peress li issa ġie ppubblikat it-tender u allura jidher li hemm il-permessi meħtieġa? Kemm hu stmat li jiġi jiswa dan il-proġett? Min hu l-perit inkarigat minn dan il-proġett? Meta hu ppjanat li jibda dan il-proġett u jitlesta u kemm hi l-istima ta’ dan il-proġett?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan huwa l-proġett tal-Park and Ride li jifforma parti mid-decarbonisation strategy tal-Ministeru għal Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex iffirmat collective agreement ġdid għall-ħaddiema tal-Enemalta? Jekk iva, jista' jgħid meta ġie ffirmat u min kienu l-firmatarji tiegħu? Jista' jgħid liema perjodu jkopri dan il-collective agreement?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li ma ġie ffirmat l-ebda collective agreement għall-ħaddiema tal-Enemalta plc.
Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – dispożizzjonijiet fil-każ tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6667, filwaqt li ssir referenza għall-artikolu 3 tal-Kap. 545 li jipprovdi li “ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) li jkun magħmul minn President u mhux inqas minn erbgħa u mhux iktar minn sitt membri oħra”, jista’ l-Prim Ministru jgħid, fid-dawl ta’ dak li jingħad fl-imsemmi artikolu jekk ir-referenza għar-Regolatur fit-Tieni Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Kap 497, tapplikax biss għall-President tar-Regolatur imsemmi jew inkella wkoll għall-membri l-oħra tar-Regolatur? Jekk tapplika biss għall-President, għalfejn tapplika għalih biss?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill Ministru kkonċernat.
Federation of Estate Agents kontra d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni)
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fid-dawl tal-proposti għall-emendi fl-Att dwar il-Kompetizzjoni u diversi liġijiet oħra, skont kif pubblikati f’Awwissu 2018, jekk ġiex ikkonsidrat ukoll l-impatt tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tat-3 ta’ Mejju 2016 fil-każ tal-Federation of Estate Agents kontra d-Direttur Ġeneral (Kompetizzjoni) et fuq il-poteri ta’ awtoritajiet pubbliċi oħra li dawn jimponu multi jew sanzjonijiet oħra, u jekk iva x’passi qed jiġu kkonsidrati f’dan ir-rigward?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed issir diskussjoni ġenerali f'diversi livelli internament fi ħdan il-Gvern.