Tista’ l-Ministru tgħid kif ġie ristrutturat dak li kien id-Direttorat Proġetti u Żvilupp fil-Ministeru għal Għawdex? Liema taqsimiet u dipartiment kienu jaqgħu taħt dan id-Direttorat u issa taħt liema direttorat ġew? Min huma d-diretturi li ġew appuntati wara r-ristrutturar?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li il-Ministeru kkummissjona lis-Sur David Spiteri Gingell biex isir rapport għar-ristrutturar tal-Ministeru. Kull tibdil huwa marbut ma’ dan l-eżerċizzju.
Tista’ l-Minsitru tgħid x’kienet ir-raġuni li ġew mibdula s-serraturi ta’ bibien li jagħtu għal ċertu dipartimenti ewlenin fil-bini tal-Ministeru għal Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onoervoli Interpellant li in vista tal-proċess u proġett tar-retro fitting tal-Ministeru għal Għawdex, ser jinbidel kollox. B’hekk ser ikollna uffiċċini ġodda, moderni u energy efficient.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie ppubblikat ir-rapport dwar ir-rispons li l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) irċeviet kif imsemmi fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7092? Jekk ir-rapport ġie ppubblikat, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? U jekk ir-rapport għadu ma ġiex ippubblikat, jista’ jgħid meta ser jiġi ppubblikat? Jista’ jpoġġi kopji tad-diversi risposti li saru fir-rigward tal-konsultazzjoni inkwistjoni?
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7092 fejn il-Ministru għamel referenza għal ‘żviluppi ġurisdizzjonali riċenti ħafna’, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma dawn l-iżviluppi u x’inhu l-impatt tagħhom fir-rigward tat-tibdil li qed jiġi kkontemplat fil-liġi?
Att dwar il-Kompetizzjoni – pubblikazzjoni tal-abbozz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jiġi ppubblikat l-abbozz ta’ liġi li dwaru saret konsultazzjoni pubblika f’Awwissu 2018 fir-rigward tal-emendi proposti għal Att dwar il-Kompetizzjoni u diversi liġijiet oħra, tenut kont ukoll tal-fatt li għaddew iżjed minn sentejn u nofs mid-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali fil-każ tal-Federation of Estate Agents, u li fl-interval tul dan iż-żmien kollu d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) f’ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) effettivament ma jistax jimponi sanzjonijiet qabel ma tinbidel il-liġi?
Tista’ l-Ministru tgħid fir-roundabouts ta’ Għawdex, minn Ġunju 2017 sal-lum:
a. Kemm sar armar differenti tal-istess tip s’issa?;
b. Għal liema okkażjonijiet saru?;
c. Fejn qed jitwaħħlu? Liema huma l-postijiet speċifiċi?;
d. Kemm huma stmati li ġew jiswew?;
e. Min awtorizza dawn il-ħlasijiet?;
f. X’armar hu previst għall-kumplament tas-sena?;
g. Wara li jiżżarmaw, x’qed isir minn dan l-armar u fejn qed jitpoġġa?; u
h. Kemm hemm ħaddiema jaħdmu fuq dan l-armar tar-
roundabouts
u x’inhu l-grad tagħhom?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Forzi Armati ta’ Malta – suldati stazzjonati f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm suldati fil-Forzi Armati ta’ Malta stazzjonati f’Għawdex? Jista’ jgħid x’inhu l-grad tagħhom u f’liema taqsima huma stazzjonati? Jista’ jgħid kemm hemm suldati Għawdxin stazzjonati f’Malta u f’liema taqsima huma stazzjonati dawn is-suldati Għawdxin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ suldati stazzjonati f’Għawdex huwa ta’ 74. Dawn huma kollha stazzjonati fl-Iskwadra Marittima (G Command) u l-gradi tagħhom huwa kif jidher hawn taħt:
GradTotal
Logutenent1
Staff Sergeant6
Sergeant8
Bombardier41
Lance Bombardier10
Gunner8
74
Hemm 153 suldat Għawdxi stazzjonati f’Malta li huma mqassmin kif gej:
UnitàTotal
Headquarters AFM10
1 Regiment52
3 Regiment40
4 Regiment18
Maritime Squadron24
Air Wing9
153
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fi ħdan il-Justice Unit, u x’inhu l-grad jew pożizzjoni ta’ kull persuna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fi ħdan il-Justice Unit Hemm jaħdmu total ta’ seba’ persuni. Il-gradi tagħhom huma hekk kif ġej:
Senior Lawyer1
Lawyer - Scale 61
Adviser 1
Lawyer - Contract for Service1
Higher Clerical Officer1
Legal Adviser part-time1
Senior Operative1
Total 7
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex ix-xogħol fi Triq l-Imġarr fin-Nadur għadu ma bediex u dan minkejja Press Conference li saret kważi tliet xhur ilu fejn tħabbar li kellu jibda x-xogħol? Tista’ tgħid jekk sadanittant wara dik il-Press Conference ċedietx parti mit-triq imsemmija, peress li din hija magħluqa? Meta mistennija tinfetaħ għat-traffiku din it-triq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa għaddej ix-xogħol fuq ir-rerouting tas-servizzi flimkien ma’ iktar analiżi fuq it-terren tat-triq u tal-madwar minħabba sfidi ġeoloġiċi li rriżultaw wara li sar l-ewwel ‘coring’ fit-triq. Ix-xogħol ta’ taħmil ser jibda’ f’Diċembru. Dan huwa xogħol maġġuri u mhux sempliċement tqaxxir tal-wiċċ u asfaltar. Iridu jiġu ndirizzati wkoll problemi li rriżultaw minħabba snin twal ta’ nuqqas ta’ azzjoni mill-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista u xogħol maġġuri f’din it-triq.
Ministeru għal Għawdex – xiri ta’ karozzi, vetturi u makkinarju ġdid
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm inxtraw karozzi ġodda, vetturi ġodda u makkinarju ieħor mid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum? Fil-każ ta’ karozzi ġodda, x’kien il-mudell ta’ kull karozza li nxtrat u kemm kienet tiswa kull karozza? Minn min intużat jew qed tintuża kull karozza minn dawk li nxtraw wara Marzu 2013?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5898 u ċjoè: Tista' l-Ministru tagħti rendikont tad-dħul u l-ħruġ tal-attività Gozo Alive li saret f’Għawdex bejn it-18 u l-20 ta' Mejju 2018? Tista’ tgħid kemm ingħataw Direct Orders għal din l-attività u lil min ingħataw, kif ukoll kemm kien il-valur u għal xiex kienu dawn id-Direct Orders? Tista' tgħid kemm xogħol jew servizzi f’din l-attività saru wara talba għall-quotations u tgħid lil min ingħata dan ix-xogħol u x'tip ta' xogħol jew servizz ingħata wara talba għall-quotations?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 5898.
Construction and Maintenance Unit u Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp – użu ta concrete mesh u rods
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intużaw concrete mesh u rods mill-Construction and Maintenance Unit u mid-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp minn Jannar 2018 sal-lum? Fuq liema proġetti ntużaw u kemm intużaw fuq kull proġett? Tista’ tgħid min kienet il-persuna li ordnat il-concrete mesh u rods fuq kull proġett u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntuża dan l-ammont?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija stazzjonati f’Għawdex, x’inhu l-grad tagħhom u f’liema taqsimiet huma stazzjonati? Jista’ jgħid kemm hemm Għasses tal-Pulizija f’Għawdex u f’kemm-il għassa hemm sistema ta’ computer konnessa mas-Sistema Ċentrali tal-Korp?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li ġewwa Għawdex l-ammont ta’ pulizija stazzjonati f’dan id-Distrett hu ta’ mija u disgħa u għoxrin (129) membru li huma mqassmin kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li barra li turi x’inhu l-grad tagħhom turi wkoll it-taqsimiet fejn huma stazzjonati.
Fizzjali : 3
Maġġur : 1
Surġenti : 18
Kuntistabbli : 99
Kuntistabbli ta’ Riserva : 8
Għawdex hemm sbatax (17)-il għassa li huma fir-Rabat – l-Imġarr – ix-Xagħra – in-Nadur – Marsalforn – ix-Xewkija – l-Għarb – is-Sannat – ix-Xlendi – Kerċem – Għajnsielem – il-Qala - San Lawrenz – iż-Żebbuġ – Għasri – il-Munxar u waħda Kemmuna li tifforma parti minn dan id-distrett.
Infurmat illi fl-ghases tar-Rabat, in-Nadur u l-Imġarr kif ukoll fil-Marina hemm is-sistema ta’
computer
konnessa mas-Sistema Ċentrali tal-Korp (NPS). Fir-Rabat is-sistema tinkludi l-uffiċini, il-
garage
tal-Pulizija u t-Taqsima Forensika. Qabel it-tmiem ta’ din is-sena ser ikun hemm is-sistema fl-għases ta’ Marsalforn, ix-Xagħra, ix-Xlendi u x-Xewkija. Fil-bidu tas-sena 2019 ser ikun hemm is-sistema fl-għassa ta’ Kemmuna wkoll.
Tista' l-Ministru tagħti break down ta’ kif ġew allokati t-13-il miljun ewro mill-fondi ta’ SME Growth Grant Scheme? Tista' tgħid min huma l-kumpaniji/intrapriżi li bbenefikaw minn dan il-fond u fuq xiex ibbenifikaw u kemm kien l-ammont fi flus li kull kumpanija u intrapriża ħadet? Tista’ tgħid ukoll kemm minnhom kienu kumpaniji Maltin u u kemm kienu kumpaniji Għawdxin?
Response (DALLI, HELENA)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant li tikkonċerna l-benefiċarji tal-Business Enhance ERDF Grant Schemes.
Din l-informazzjoni qiegħda fuq il-website https://businessenhance.gov.mt/en/schemes/Pages/General-Information-.aspx
S’issa hemm 209 proġett li bbenefikaw taħt dawn l-iskemi li 21 minnhom huma f’Għawdex.
Attachments:List of Beneficiaries - Business Enhance ERDF GS - 01.11.2018.xlsx
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il tunnellata ta' alka nġabret mill-bajjiet ta’ Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum? Mil-liema bajjiet inġabret din l-alka u kemm kienet l-ispiża xahar b’xahar u sena b’sena biex inġabret l-alka? Tista’ tgħid ukoll x'isir mill-alka, wara li tinġabar?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 7846 MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Ġbir ta alka mill-bajjiet.pdf
Proġett ta’ twessigħ ta’ toroq f’Għawdex — ħlasijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-ħlas li sar mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu, għal kull xogħol li sar mill-Ministru fil-proġett ta’ twessigħ ta’ toroq ġewwa Għawdex fejn dan il-proġett ta’ twessigħ ta’ toroq beda mill-aħħar elezzjoni ġenerali sal-lum? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ toroq li kienu u li qed ikunu parti minn dan il-proġett? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq kull twessigħ ta’ triq? Jista’ jgħid kull kemm sar il-ħlas, jekk ingħatax b’direct order jew kienx magħżul b’tender?
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Dipartimenti u entitajiet – persuni li bbenefikaw minn miżuri family-friendly
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali f'Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li bbenefikaw minn xi miżura family-friendly minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena? F'kull każ, jista' jagħti s-sess tal-persuna kif ukoll l-età ta’ kull uffiċjal? X'tip ta' miżuri kienu u f’liema grad huma l-uffiċjali li bbenefikaw minnhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ uffiċjali fi ħdan id-Direttorati/Dipartiment tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol li bbenefikaw minn xi miżura family-friendly minn Marzu 2013 ‘l hawn, maqsuma sena b’sena, huwa kif muri fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
Maternity Leave (first 14 weeks)
Maternity Leave (additional 4 weeks)
Parental Leave
Responsibility Leave
Reduced Hours
Teleworking
Flexi-Time
Career Break
Nisa
Rġiel
Nisa
Rġiel
Nisa
Rġiel
Nisa
Rġiel
Nisa
Rġiel
Nisa
Rġiel
Nisa
Rġiel
Nisa
Rġiel
2013 ( minn Marzu)
305
0
163
0
253
0
11
3
82
2
76
10
28
19
200
4
2014
317
0
211
0
269
3
11
1
48
0
83
12
52
26
144
2
2015
305
0
184
0
232
3
10
1
62
3
83
15
84
38
128
0
2016
380
0
236
0
255
2
12
4
69
5
87
12
103
56
122
0
2017
300
0
200
0
269
1
13
2
73
6
103
20
127
77
107
1
2018 (sa Ottubru)
236
0
151
0
293
1
12
4
98
6
101
26
162
95
115
1
L-impjegati jinkludu kemm Teaching grades kif ukoll gradi fis-servizz ġenerali. L-etajiet tal-impjegati jvarjaw kif ġej:
Maternity/Parental Leave bejn 20 u 41 sena
Responsibility Leave bejn 37 u 58 sena
Reduced Hours bejn 32 u 61 sena
Teleworking bejn 20 u 62 sena
Flexi-Time bejn 20 u 61 sena
Career Break bejn 22 u 47sena.
Ngħarraf l-Onor. interpellant li l-informazzjoni dwar l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Mellieħa – bypass – testijiet u ċertifikazzjoni tax-xogħol
Question
Peress li l-bypass tal-Mellieħa hija lesta u ilha xhur lesta, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ testijiet saru, minn min saru u min iċċertifika x-xogħol? Jista' jpoġġi kopja tat-testijiet u taċ-ċertifikazzjoni tax-xogħol fuq il-Mejda tal-Kamra, u jgħid x’kien l-eżitu tat-testijiet kollha li saru? Jista' jgħid ukoll jekk Infrastruttura Malta u l-Ministeru tiegħu, humiex kuntenti bl-eżitu tat-testijiet u bil-kwalità tax-xogħol?
Response (BORG, IAN)
Hekk kif indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6735, it-testijiet tekniċi meħtieġa sabiex janalizzaw il-kwalità tax-xogħol fit-triq imsemmija twettqu u t-tagħrif miġbur qed jiġi pproċessat sabiex jiġu konklużi r-riżultati finali. It-testijiet imsemmija jsiru minn entitajiet indipendenti minn Transport Malta u Infrastructure Malta.
Filwaqt li r-rapporti finali għadhom qed jiġu ffinalizzati, mit-tagħrif tekniku disponibbli jidher li se jkun meħtieġ isiru xi tiswijiet sabiex it-triq tilħaq il-livelli ta’ kwalità rikjesti minn Infrastructure Malta. Minkejja li dawn in-nuqqasijiet m’għandhomx impatt fuq is-sigurtà ta’ dawk li jużaw din it-triq, Infrastructure Malta diġà tkellmet mal-kuntrattur konċernat sabiex jieħu l-azzjonijiet kollha neċessarji ħalli jintlaħqu l-livelli ta’ kwalità mixtieqa.
Infrastructure Malta se tkompli taħdem sabiex ittejjeb il-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna.
Il-Marsa – Tender għal Refurbishment and Upgrading Works (Phase 2) fid-Deep Water Quay – xogħlijiet infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijet li iktar minn 14-il xahar wara li nħarġet it-tender għal Refurbishment and Upgrading Works (Phase 2) fid-Deep Water Quay Marsa, għadu ma sar xejn? F’liema xahar tas-sena 2019 hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali fuq dan il-proġett?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni mgħottija lili minn Transport Malta, il-proċess tal-evalwazzjoni tat-tender CT2039/2017 twal minħabba diversi appelli li issa intemmu wara l-aħħar deċizjoni tal-Board ta’ l-Appelli (PCRB). Il-perjodu tal-appell ingħalaq f’Ottubru. Issa qiegħed jiġi inizzjat proċess ieħor ta’ tender għal dan ix-xogħol.
Hemm ippjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali fit-tieni kwart ta’ 2019, ċjoè wara li jiġu allokati l-fondi fil-2019 għal dan il-proġett u jintemm il-proċess ta’ tender il-ġdid.
Tista’ l-Ministru tgħid f’liema xahar tas-sena 2018 hu ppjanat li jibda x-xogħol ta’ skavar għall-pixxina ġewwa l-area tal-Gozo Sports Complex? Tista' tgħid liema kuntrattur ħa dan ix-xogħol u kemm se jiġi jiswa x-xogħol ta' skavar? Tista' tgħid x'sar minnu l-Public-Private Partnership (PPP) li kien ġie ffirmat mill-Ministru ta' qabilha, dwar dan il-proġett?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess tat-tendering bħalissa qiegħed sospiż peress li ġiet sottomessa oġġezzjoni quddiem il-PCRB. Għaldaqstant ix-xogħol ta’ skavar għall-pixxina ġewwa l-area tal-Gozo Sports Complex jibda ladarba jintemm dan il-proċess.