Għawdex – Ir-Rabat – Triq ta’ Wara s-Sur – bini ta’ triq
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjan li t-Triq ta' Wara s-Sur ġewwa Victoria Għawdex, tinbena mill-ġdid matul is-sena 2019, peress li din tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender għax-xogħlijiet f’din it-triq ser jiġi ppubblikat dalwaqt.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ ħaddiema li hemm fil-grad ta’ labourer li huma maċ-Ċivil (Servizz Pubbliku) u f’liema Ministeru jaħdmu u kemm hu l-ammont tagħhom? Jista' jgħid kemm ilhom jaħdmu maċ-Ċivil kull wieħed u waħda minnhom? Jista' jgħid x’korsijiet intbagħtu jagħmlu u x’korsijiet hemm ippjanat li jsirilhom matul is-sena 2019?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
In-numru ta’ ħaddiema li hemm fil-grad ta’ labourer li huma maċ-Ċivil (Servizz Pubbliku) huwa ta’ 205. Dawn il-ħaddiema jaħdmu mal-Uffiċċju tal-President (1), l-Uffiċċju tal-Prim Ministru (1), il-Ministeru għas-Saħħa (4), il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol (9), il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-ilma (2), il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali (2), il-Ministeru għall-Gustizzja, Kultura u Gvern Lokali (83), il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima (28), il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali (6) u l-Ministeru ta’ Għawdex (69).
175 ilhom maċ-Ċivil (Servizz Pubbliku) għal 10 snin jew inqas, 27 ilhom bejn 11 u 20 sena u 3 ilhom iktar minn 20 sena.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija tieghu, ninsab informat li l-IPS, għall-ewwel darba kemm ilu jeżisti dan id-Dipartiment tat-Taħriġ fil-Gvern, bdew isiru korsijiet għall-ħaddiema fi gradi bħal labourers.
Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-proġett ta’ bini ta' pixxina (Gozo Natatorium Pool) ġewwa r-Rabat Għawdex? F’liema xahar tas-sena hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali u jitlesta dan il-proġett li ilu mwiegħed li ħa jiġi mwettaq għal diversi snin? Tista' tgħid l-ewwel fażi tal-proġett kemm ser tiġi tiswa u min ser iħallas għal dan ix-xogħol hux il-privat jew il-Ministeru għal Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett beda
Ir-Rabat Għawdex – Pjazza San Franġisk – proġett ta’ tisbiħ
Question
Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-proġett ta' tisbiħ ta' Pjazza San Franġisk ġewwa r-Rabat, Għawdex li ilu mwiegħed għal dawn l-aħħar ħames snin u għadu ma sar xejn? Ħarġu t-tenders? Ġew awarded? Jekk le, x’inhi r-raġuni li għadhom ma ġewx awarded?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-permess għal dan il-proġett ħareġ u ħareġ ukoll it-tender. Dan it-tender jinsab fil-proċess biex jiġi awarded.
Peress li Infrastruttura Malta ħadet taħt idejha ukoll il-proġetti kollha marittimi tal-gżejjer Maltin, jista’ l-Ministru jgħid x’hemm ippjanat li jsir matul is-sena 2019 rigward il-bini mill-ġdid tal-Breakwater ta’ Marsalforn?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat – jiġifieri dik responsabbli mill-Ministeru għal Għawdex.
Tista’ l-Ministru tgħid fuq liema proġetti u xogħol ieħor qed jaħdem u ħadem l-individwu u l-kumpanija li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sena b'sena mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Kif intgħażel/intgħażlet din il-persuna/kumpanija biex jagħtu s-servizzi lill-Ministeru għal Għawdex u min approva li jintgħażel/tintgħażel din il-persuna/kumpanija u kemm qed jitħallas l-individwu/kumpanija għal kull siegħa xogħol li jagħmel u kemm-il siegħa xogħol għamel dan l-individwu/kumpanija s’issa u kemm tħallas s’issa u min awtorizza l-pagamenti f'kull każ?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-Mistoqsija Parlamentari għadha qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.
Breakwater ta’ Marsalforn – tim ta’ esperti tekniċi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min huma t-'tim ta’ esperti tekniċi' u xi kwalifiki għandhom rigward xogħol marittimu li raw u evalwaw ir-rapporti u l-istudji li sara qabel Marzu 2013 dwar il-breakwater ta' Marsalforn? Kif intgħażlu, min għażilhom u kemm qed jitħallsu għal kull siegħa xogħol li għamlu u kemm tħallsu sa issa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tim ta’ esperti tekniċi li evalwaw ir-rapporti u l-istudji li saru qabel Marzu 2013 dwar il-breakwater ta’ Marsalforn huma diversi kemm lokali kif ukoll internazzjonali u qed jiġu kkordinati mill-kumpanija DORIC Studios. Din il-kumpanija ntgħażlet permezz ta’ sejħa għall-espressjoni ta’ interess. Sa issa għadu ma sar l-ebda ħlas.
Tista’ l-Ministru tgħid min hu l-perit/kumpanija ta' periti inkarigati mill-proġett tal-Breakwater ta’ Marsalforn? Kif intgħażel dan il-perit/kumpanija u min ta l-awtorizzazzjoni biex jintgħażel/tintgħażel dan il-perit/kumpanija u kemm-il siegħa xogħol għamel/għamlet s’issa u x’tip ta’ xogħol fuq dan il-proġett u kemm tħallas/tħallset s’issa? Min ta l-awtorizzazzjoni biex jitħallas/titħallas? Kemm hu ppjanat li jitħallas/titħallas dan l-individwu/kumpanija fuq il-Breakwater ta' Marsalforn matul is-sena 2019?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol kollu konness mal-Breakwater qed jiġi kkordinat minn pool ta’ periti tal-Ministeru għal Għawdex.
Tista’ l-Ministru tgħid sena b'sena u xahar b’xahar minn Marzu 2013 sal-lum kemm hemm ħaddiema jaħdmu fil-Gozo Experimental Farm fix-Xewkija? X'inhu l-grad tagħhom? X’tip ta’ xogħol jagħmlu u x’responsabilitajiet għandhom? Kemm ilhom jaħdmu kull wieħed u waħda minn dawn il-ħaddiema fiċ-Ċivil u x’inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra fuq il-varji Masters Plans li qed iħejji u jagħmel il-Ministeru għal Għawdex bħalissa? Fiex jikkonsisti u għalxiex qed isiru dawn il-Masters Plans u minn min qed isiru? Kif intgħażlu l-persuni li qed jagħmluhom u kemm tħallsu s’issa u meta huma ppjanati li jiġu konklużi dawn il-Master Plans? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Master Plans li ġew konklużi fl-aħħar sena u nofs?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, żewġ stqarrijiet li ħarġu mid-DOI waħa dwar ix-Xlendi u l-oħra dwar Marsalforn.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta’ bini ta’ Housing ġdid ġewwa Taċ-Ċawla fir-Rabat Għawdex? Ħarġu l-permessi u jekk le x’inhi r-raġuni li għadhom ma ħarġux? Meta hu ppjanat li joħorġu t-tenders u jibda x-xogħol infrastrutturali u kemm hu ppjanat li ħa jiġu jiswew dawn il-units tal-Housing ġodda ġewwa Għawdex?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li, dwar il-proġett ta’ bini ta’ Housing Soċjali ġdid, f’Taċ-Ċawla r-Rabat, Għawdex, għaddejjin id-diskussjonijiet mal-Ministeru għal Għawdex.
Awtorità Maltija dwar ir-Riżorsi – bord tat-tmexxija – laqgħat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4600 u jgħid minn mindu twaqqfet l-Awtorità Maltija dwar ir-Riżorsi (MRA) kemm-il darba l-Bord tat-tmexxja fi ħdan l-istess MRA, kellu laqgħat sena b’sena? Kemm minn dawn il-laqgħat tal-Bord kienu dejjem preżenti l-membri kollha, u jekk tul il-laqgħat qattx ittieħed vot u jekk iva, kemm-il darba u dwar xiex?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar
Għawdex – Ix-Xagħra — Ex Miżbla tal-Qortin – water reservoir
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema skop inbena l-Water Reservoir ġewwa l-ex Miżbla tal-Qortin fix-Xagħra Għawdex li nbena matul is-sena 2015 u jekk qattx intuża? Jekk le, x’inhi r-raġuni li għadu qatt ma ntuża? Jista’ jgħid matul is-sena 2018 kif u minn fejn issaqqew is-siġar u l-arbuxelli li hemm ġewwa l-ex Miżbla tal-Qortin fix-Xagħra Għawdex u jekk humiex ħa jissaqqew is-sigar u l-arbuxelli matul is-sena 2019?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ġibjun (water reservoir) li hemm ġewwa l-ex-Miżbla tal-Qortin fix-Xagħra, Għawdex, inbena bil-ħsieb li s-siġar u l-arbuxelli jissaqqew mill-ilma li jinħażen ġo dan il-ġibjun. Matul is-sena 2018, minkejja li inħarġu żewġ tenders dipartimentali sabiex jiġu installati l-pompi li hemm bżonn biex ikun jista’ jittella’ l-ilma minn dan il-ġibjun u jintuża għat-tisqija, dawn it-tenders waqgħu minħabba li l-offerta li kien hemm ma kinitx konformi mal-parametri meħtieġa. Sadanittant il-WasteServ għadha għaddejja bill-proċess meħtieġ sabiex kemm jista’ jkun malajr matul din is-sena jista’ jitlesta x-xogħol ta’ upgrading li għandu jsir fil-Qortin biex tinfetaħ għall-pubbliku u kif ukoll isir ix-xiri u l-installazzjoni tal-pompi. Sadanittant tajjeb wieħed jinnota li meta tħawlu, is-siġar kienu qed jissaqqew bil-bowsers sakemm qabdu u issa qed jgħixu b’mod naturali. Ix-xogħol li fadal fuq is-sistema tal-pumping tal-ilma xorta ser isir sabiex fix-xhur tas-sajf is-siġar ikunu megħjunin permezz tal-ilma miġbur fil-ġibjun.
MCCAA — Dipartiment għall-Ilmenti u l-Medjazzjoni - ADR Officers
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ADR officers fi ħdan id-Direttorat għall-Ilmenti u l-Medjazzjoni (CCD) li jagħmel parti mill-MCCAA, li jieħdu ħsieb l-każijiet li jaslu għand l-istess bħala entità tal-ADR residwu għall-finijiet ta' L.S. 378.19 tal-Liġijiet ta' Malta? Jista' jgħid x'inhu l-grad u, jew professjonali ta' kull wieħed minn dawn l-ADR officers tenut kont b'mod partikolari tar-rekwiżiti skont ir-regolament 7 tal-istess L.S. 378.19?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għall-Ilmenti u l-Medjazzjoni taħt l-Awtorità ta’ Malta għall-Konsumatur u l-Kompetizzjoni, għandha ħames Uffiċjali Amministrattivi illi huma imħarġa u kompetenti biex jittrattaw każijiet skont ir-rekwiżiti tar-regolament fil-leġiżlazzjoni Sussidjarja minnek ċitata.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-2013 s’issa fit-rigward ta’ liema entitajiet pubbliċi saret kontestazzjoni a bażi tal-kostituzzjoni għar-rigward tal-poter mogħti bil-liġi li tiġi imposta penali amministrattiva? F’kull każ fil-proċeduri quddiem il-Qrati kostituzzjonali x’kien l-eżitu?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, li hija disponibli online ukoll.
Entitajiet Pubbliċi — poter li jimponu penalitajiet amministrattivi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jelenka dawn l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li skont il-liġi għandhom il-poter li jimponu penalitajiet amministrativi (‘administrative fines’), kemm f’kull każ hu l-massimu tal-penali li tista’ tiġi imposta wkoll fir-rigward fejn hemm ta’ penali li tista’ tiġi imposta għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità mal-liġi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li skont il-liġi għandhom il-poter li jimponu penalitajiet amministrativi huma l-Malta Gaming Authority, il-Malta Digital Innovation Authority, il-Malta Communications Authority, il-Malta Financial Services Authority u l-Malta Residency and Visa Agency.
Id-dettalji ta’ dawn il-penali jinsabu kif indikat:
Malta Gaming Authority – Taqsima XVI tal-ATT Nru XVI tal-2018
Malta Digital Innovation Authority – Taqsima XVIII u Taqsima IX tal-ATT Nru XXXI tal-2018
Malta Communications Authority – Artikolu 33 tal-Kap. 418 tal-ATT VII tal-2004 u sussegwentement mibdul tramite s-segwenti liġijiet: l-ATT XIII tal-2005, l-ATT XXX tal-2007, l-ATT IX tal-2011 u l-ATT VIII tal-2014.
Malta Financial Services Authority – ATT XVI tal-2011, ATT XX tal-2013, Avviz Legali 239 tal-2018
Registrar of Companies – Skeda 11 tal-Att dwar il-Kumpaniji
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8302 u t-tweġiba li ngħatat, jista’ l-Ministru jikkonferma li kull ordni li Transport Malta toħroġ skont l-artikolu 4 tal-Kap. 81 (Att dwar ir-Regolamenti ta’ Ċerti Xogħlijiet f’Utilitajiet u Servizzi) qabel ma jiġu mqiegħda xi cables eċċ. li jkunu ser jgħaddu minn proprjetà privata, qed tiġi notifikata lil sid l-art inkwistjoni mill-inqas għaxart ijiem qabel kif titlob il-liġi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li fil-każ li Transport Malta toħroġ ordni taħt Cap 81, dan isir fir-rispett tal-kapitlu u l-artikli kollha jiġu segwiti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ordnijiet s’issa mill-2017 taħt l-artikolu 4 tal-Kap. 81 (Att dwar ir-Regolamenti ta’ Ċerti Xogħlijiet f’Utilitajiet u Servizzi), fil-konfront ta’ sidien ta’ art privata peress li ma ġiet mogħtija l-ebda figura kif mitlub fil-mistoqsija 8302?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-2017 sal-lum ma nħarġet l-ebda ordni minħabba li Transport Malta ma jirriżulta li kellha ebda talba li kienet tirrikjedi ordni fis-sens ta’ dan il-kapitlu inkluż fuq art privata.
Uffiċjali tal-Komunità — impjegati li telqu jew spiċċaw mix-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2017 u matul is-sena 2018 kif ukoll din is-sena s'issa kemm kien in-numru ta' uffiċjali tal-komunità (qabel gwardjani lokali) li telqu mix-xogħol tagħhom? Kemm minnhom għax spiċċaw bl-età u kemm minnhom għax irreżenjaw?
Response (BONNICI, OWEN)
Fil-perjodu minn bejn Mejju sa Diċembru 2018 irriżenjaw 11-il uffiċjal tal-komunità filwaqt li l-ebda uffiċjal ma’ rtira bl-età.
Ma nistax inwieġeb għal qabel Mejju 2018 stante li dawn il-ħaddiema kienu ingaġġati mas-settur privat. Kien wara Mejju 2018 li sar it-
tranfer of business.
Irrid ngħid li preżentament wasal prattikament fi tmiemu proċess ta' ingaġġar ta' uffiċjali ġodda.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-uffiċjali tal-komunità għandhomx collective agreement in vigore? Jekk iva, meta sar u meta jiskadi? Jekk le meta skada l-aħħar collective agreement u fiex wasal il-proċess għal collective agreement ġdid? Jista' jgħid x'benefiċċji bħal allowances, eċċ. li dawn il-persuni kienu jieħdu meta kienu gwardjani lokali u issa ma għadhomx jieħdu meta saru Uffiċjali tal-Komunità u r-raġuni għaliex ma baqghux jeħduhom?