Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #8773 Sitting 197 2019-02-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Żebbuġ Għawdex – shooting range

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm membri attivi fix-Shooting Range ġewwa ż-Żebbuġ Għawdex sena b’sena, xahar b’xahar, mis-sena 2013 sal-lum? Tista’ tgħid ukoll x’inhuma l-miżati li jitħallsu biex wieħed juża x-Shooting Range u x’kien l-introjtu ta’ flus sena b’sena mill-2013 sal-lum kif ukoll għalxiex intuża l-introjtu li kien hemm mill-użu tax-Shooting Range?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onoevoli Interpellant li fil-perijodu 2013 sa’ 2019, l-Għajn Melel Shooting Range kienet amministrata mill-kumitat Gozo Clay Target Association. Għalhekk l-informazzjoni rikjesta ma hijiex aċċessibbli.
Leg 13 PQ #8774 Sitting 197 2019-02-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nadur Għawdex – Triq tal-Ħanaq – xogħol

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjan li jitlesta x-xogħol tat-tieni kisja tarmak fi Triq tal-Ħanaq fin-Nadur, Għawdex qabel is-sajf 2019 peress li din it-triq għadha b'kisja waħda ta' tarmak fejn diġà ġratilha ħsara kbira peress li ma kienx tkompla x-xogħol? Jekk mhux se ssir qabel is-sajf 2019, tista' tgħid meta hu ppjanat li jsir dan ix-xogħol?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li in vista tal-kontenut ta’ din il-Mistoqsija Parlamentari, ser issir ispezzjoni biex jsir rapport dwar il-ħsara f’din it-triq msemmija fl-istess Mistoqsija.

Xogħol minn Steward Health Care

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra u jagħti iktar dettalji dwar x’tibdil kien hemm, kemm fil-pjanti kif ukoll fit-targets u fit-timeframe il-ġodda ta’ meta għandu jibda u jitlesta x-xogħol ta’ Steward Healthcare għall-proġetti infrastrutturali li hija obbligata tagħmel ġewwa Għawdex u Malta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Diċembru li għadda ġie inawgurat ic-Ċentru tal-Anatomija Barts fuq il-kampus tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u li x-xogħol fuq l-iskola medika ta’ Barts miexi b’ritmu mgħaġġel. Ladarba ikun lest ix-xogħol fuq din l-iskola medika, jibda’ x-xogħol fuq l-isptar il-ġdid ta’ Għawdex.

Sptar Ġenerali t’Għawdex – Master plan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-master plan għall-area tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Jista' jgħid ukoll f'liema xahar tas-sena 2019 hu ppjanat li jiġi approvat?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni għall-masterplan (PA 7491/16) tinsab fl-istadju ta’ screening fejn l-Awtorità tal-Ippjanar qegħda tistenna aktar informazzjoni minn għand il-perit.
Leg 13 PQ #8708 Sitting 196 2019-02-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti, Awtoritajiet, Aġenziji u entitajiet governattivi – ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8123 u jgħid kemm kien hemm u preżentement kemm hemm jaħdmu, ħaddiema Għawdxin ġewwa Malta f'Dipartimenti, Awtoritajiet, Aġenziji u entitajiet governattivi sena b’sena, mis-sena 2013 sal-lum? Jista' jgħid preżentement dawn il-ħaddiema ma' liema Entità, Dipartiment, Awtorità, Aġenzija qed jaħdmu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamenatri 8288. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #8709 Sitting 196 2019-02-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija – Triq Sannat – xogħol

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8204 kollha u tgħid min hu l-perit inkarigat mit-tieni parti ta' Triq Sannat, Xewkija, kif intgħażel u kemm tħallas sa issa? Tista’ tgħid min ipprepara l-Bill of Quantities għal din it-triq?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm appell għaddej u kull talba għall-informazzjoni mhix f’lokha.

Malta Investments Plc – proġetti f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti saru minn Malta Investments plc ġewwa Għawdex sena b’sena mis-sena 2013 sal-lum? Jista' jgħid xi proġetti hemm ippjanati li ser isiru matul is-sena 2019 ġewwa Għawdex?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema entità qed jirreferi fil-mistoqsija.
Leg 13 PQ #8711 Sitting 196 2019-02-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Master Plan ta’ Kemmuna

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’sar sa issa fuq il-Master Plan ta’ Kemmuna? Min hu l-perit/kumpanija ta' periti inkarigati mill-Master Plan u xogħol ieħor relatat ma’ Kemmuna? Kif intgħażel dan il-perit/kumpanija u min ta l-awtorizzazzjoni biex jintgħażel/tintgħażel dan il-perit/kumpanija u kemm-il siegħa xogħol għamel/għamlet s’issa u x’tip ta’ xogħol fuq dan il-proġett u kemm tħallas/tħallset s’issa? Min ta l-awtorizzazzjoni biex jitħallas/titħallas? Kemm tħallas sa issa? Kemm hu ppjanat li jitħallas/titħallas dan l-individwu/kumpanija fuq il-Master Plan ta’ Kemmuna u xogħol relatat matul is-sena 2019?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn żmien għal żmien, il-Ministeru għal Għawdex jagħmel użu minn numru ta’ konsulenti fuq id-diversi proġetti tiegħu. Dawn il-konsulenti huma kollha inqabbda skont proċeduri stabbiliti, u mħallsa skont rati fissi, l-istess bħalma kien isir taħt amministrazzjonijiet preċedenti.
Leg 13 PQ #8712 Sitting 196 2019-02-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Birkirkara – Villa Lauri – proġett ta’ rinnovar u xogħol ieħor

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min hu l-perit/kumpanija ta' periti inkarigati mill-proġett ta’ rinnovar u xogħol ieħor f'Villa Lauri f'Birkirkara? Kif intgħażel dan il-perit/kumpanija u min ta l-awtorizzazzjoni biex jintgħażel/tintgħażel dan il-perit/kumpanija u kemm-il siegħa xogħol għamel/għamlet s’issa u x’tip ta’ xogħol fuq dan il-proġett u kemm tħallas/tħallset s’issa? Min ta l-awtorizzazzjoni biex jitħallas/titħallas? Kemm hu ppjanat li jitħallas/titħallas dan l-individwu/kumpanija fuq il-proġett ta’ rinnovar u xogħol ieħor ta' Villa Lauri f'Birkirkara matul is-sena 2019?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn żmien għal żmien, il-Ministeru għal Għawdex jagħmel użu minn numru ta’ konsulenti fuq id-diversi proġetti tiegħu. Dawn il-konsulenti huma kollha inqabbda skont proċeduri stabbiliti, u mħallsa skont rati fissi, l-istess bħalma kien isir taħt amministrazzjonijiet preċedenti.

Regolament tal-Unjoni Ewropea dwar il-Geo-blocking

Question

B’referenza għar-Regolament tal-Unjoni Ewropea dwar il-Geo-blocking li daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2018, u tenut kont li minkejja l-mistoqsijiet parlamentari 5837, 7777 u 8103 fejn allura ma ġiex żvelat liema awtorità pubblika f’Malta hija l-awtorità kompetenti għall-infurzar ta’ dan ir-regolament, jista’ l-Ministru jgħid liema hi l-awtorità kompetenti li lilha jistgħu jsiru lmenti jekk ikun hemm ksur tar-Regolament dwar il-Geo-blocking?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-awtorità kompetenti għall-infurzar tar-regolament dwar il-Geo-blocking skont l-Artikolu 7 hija l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Kommunikazzjoni. Ilmenti mingħand operaturi ekonomiċi jintlaqgħu mill-istess Awtorità filwaqt li ilmenti mingħand konsumaturi jintlaqgħu miċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur ta’ Malta, li huwa l-entità li ġie assenjat li jagħti assistenza prattika lill-konsumaturi.
Leg 13 PQ #8702 Sitting 195 2019-02-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – inservice courses għall-impjegati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru inservice courses għall-impjegati tal-Ministeru għal Għawdex u l-entitajiet li jaqgħu taħtha u tgħid il-kors kemm dam, x’tip ta’ kors kien u fejn sar sena b’sena minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #8703 Sitting 195 2019-02-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Uffiċċju tal-Ħarsien tal-Familja – każijiet ta’ aċċess superviżjonat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta’ aċċess superviżjonat li saru minn social workers tal-Uffiċċju tal-Ħarsien tal-Familja li jaqa’ fid-dekasteru tal-Ministeru għal Għawdex u tgħid kemm ingħataw sigħat fil-ġimgħa għal dan it-tip ta’ aċċess minn kull social worker, sena b’sena minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fid-Dokument ‘A’ li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #8704 Sitting 195 2019-02-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Servizzi ta’ komunità f’Għawdex għall-persuni b’diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kienu s-servizzi fil-komunità ta’ Għawdex għall-persuni b’diżabilità? Tista’ tgħid x’tip ta’ servizzi fil-komunità kienu u f’liema lokalitajiet f’Għawdex saru, sena b’sena minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fid-Dokument ‘A’ li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Deep Water Quay — Refurbishment and Upgrading Works (Phase 2)

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett Refurbishment and Upgrading Works (Phase 2) fid-Deep Water Quay? Jista’ jgħid f’liema sena u xhar hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett ta’ tkabbir tal-faċilitajiet tad-Deep Water Quay fil-Port il-Kbir huwa investiment importanti tal-Gvern sabiex inkomplu nsaħħu s-settur marittimu f’pajjiżna u diversi oqsma oħra relatati, fosthom dawk tal-cruise liners u tal-merkanzija. Ix-xogħol fuq it-tieni fażi ta’ dan il-proġett mistenni jibda hekk kif jintemmu l-proċeduri tal-għażla tal-kuntratturi meħtieġa.
Leg 13 PQ #8706 Sitting 195 2019-02-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Attivitajiet Kulturali f’Għawdex – ħaddiema tal-Gvern

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8121 u tgħid kemm ġew organizzati attivitajiet kulturali f’Għawdex u kemm ġew inkarigati ħaddiema tal-Gvern u mill-privat, biex għamlu xogħol in konnessjoni ma’ dawn l-attivitajiet mis-sena 2013 sal-lum, u għal kull attività separatament u maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqisja parlamentrari 8121.
Leg 13 PQ #8707 Sitting 195 2019-02-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – xogħlijiet biex l-uffiċċju jsir aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8122 u tgħid x'xogħlijiet saru f'kull uffiċċju tal-Ministeru u d-dipartimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħtha biex ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità nkluż għal dawk li għandhom nuqqas ta' smigħ jew nuqqas ta' dawl mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex għamel xogħlijiet fl-Uffiċċju tal-Passaporti sabiex dan ikun aċċessibbli għal persuni b’diżabbilità, u ġie installat lift fl-uffiċini tan-Nutar tal-Gvern, tar- Reġistru Pubbliku, u tar-Reġistru tal-Artijiet. Barra minn dan, saru xogħlijiet ukoll fic-ċimiterju ta’ Santa Marija fejn twaħħlu żewġ platform lifts għal persuni b’diżabbilità, u fiċ-Ċittadella fejn tneħħew diversi turġien minn ġot-toroq biex b'hekk ikunu aktar aċċessibbli. Ġew installati wkoll diversi lifts li jiffaċilitaw l-aċċess għal diversi partijiet li qabel kienu inaċċessibbli. Il-Ministeru għal Għawdex huwa kommess sabiex jaċċerta li l-uffiċini tal-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jkunu aċċessibbli għal persuni b'diżabbilità. Fil-fatt bħalissa għaddej proġett fil-Ministeru sabiex isir ir-retro-fitting. Fiż-żewġ entraturi prinċipali tal-Ministeru għal Għawdex, ġew installati interactive monitors li jservu biex ikun aktar facli biex il-klijent ikollu l-informazzjoni ta’ fejn qegħdin l-uffiċini, ħinijiet u aktar informazzjoni fuq is-servizzi li jipprovdu. Sar ftehim mal-prodotturi ta’ Għawdex Illum biex dan il-program popolari jixxandar ukoll bis-sottotitoli.
Leg 13 PQ #8545 Sitting 193 2019-02-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħaddieda impjegati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema jagħmlu xogħol ta’ ħaddied fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex sena b'sena u xahar b’xahar minn Marzu 2013 sal-lum? X'inhu l-grad tagħhom? X’tip ta’ xogħol jagħmlu u x’responsabilitajiet għandhom, u kemm ilhom jaħdmu kull wieħed u waħda minn dawn il-ħaddiema fiċ-Ċivil u x’inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom? Xi kwalifiċi għandhom u x’korsijiet intbagħtu jagħmlu minn meta daħlu maċ-Ċivil u x’korsijiet hemm ippjanati li jsirulhom matul is-sena 2019?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – canteen għall-ħaddiema u qraba tal-pazjenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta hu ppjanat li jkun hemm canteen għall-ħaddiema u l-qraba tal-pazjenti ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex peress li l-canteen li kien hemm qabel twaqqa’ aktar minn sena u nofs ilu biex minfloku tinbena l-iskola ta’ Barts u sal-lum l-Isptar ta' Għawdex għadu bla canteen?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iżvilupp li hu pjanat li jsir ġewwa l-isptar jinkludi wkoll canteen għall-ħaddiema u l-qraba tal-pazjenti ġewwa l-Isptar. Sakemm dan iseħħ, saru arranġamenti provisorji biex il-ħaddiema u qraba tal-pazjenti ġewwa l-isptar ikunu moqdija b’mod temporanju, fil waqt li diversi ħaddiema tal-isptar huma ukoll intitolati u jistgħu jagħmlu u¿u mis-servizz ta’ catering li jipprovdi l-istess sptar.

Fibre Optic Cable – proċess tat-tendering

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tat-tendering u meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol infrastrutturali fuq it-tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tat-tender ingħalaq u kien aġġudikat u ntgħażel il-kuntrattur. Bħalissa d-Dipartiment tal-Kuntratti qiegħed fil-proċess biex jagħlaq ix-xogħol amministrattiv biex ikun jista' iġi iffirmat il-kuntratt. Malli dan isir, jibdew il-preparamenti (mobilisation) biex jibda x-xogħol.

Investigazzjoni dwar korruzzjoni jew nuqqasijiet fil-bini tat-toroq f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar allegazzjonijiet li ħarġu f'Lulju 2017 dwar korruzzjoni jew nuqqasijiet oħra fil-bini ta’ toroq f'Għawdex ġietx konkluża? Jekk ġiet konkluża x'passi ttieħdu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi dan il-każ huwa suġġett ta' inkjesta Maġisterjali u li l-investigazzjonijiet dwaru għadhom għaddejjin.