Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #8923 Sitting 200 2019-02-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Victoria – Triq l-Ewropa – xogħlijiet ta’ skavar tal-pixxina

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li x-xogħol ta’ skavar tal-pixxina ġewwa l-area fi Triq l-Ewropa fil-Victoria Għawdex waqaf għal kollox f’dawn l-aħħar ġranet fejn saħansitra l-makkinarju li kien qed jintuża għal iskavar ma għadux hemm?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ma waqfux. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet biex isir appoġġ ta’ ġibjun eżistenti u sabiex issir mobilizzazzjoni skont ir-rikjesti imposti mis-Superintendenza għall-Patrimonnju Kulturali wara li sar aċċess fuq il-post wara li kienu bdew ix-xogħlijiet.

Ix-Xewkija – Area tal-Ħofra – xogħol ta’ kostruzzjoni

Question

Fl-area tal-Ħofra ġewwa x-Xewkija Għawdex fejn preżentement qiegħed isir ix-xogħol ta' kostruzzjoni, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-allokazzjoni ta' spazju għall-SMEs f'dan il-park u min huma d-ditti jew kumpaniji li ntgħażlu s'issa biex jingħataw spazju f'din l-area u kemm minnhom huma kumpaniji lokali u kemm minnhom huma barranin?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-allokazzjoni ta’ SME units fil-park tal- 'Ħofra' qiegħed fil-proċess. Fil-fatt, il-Malta Enterprise evalwat numru ta’ applikazzjonijiet u s’issa ħdax il-intrapriża lokali kwalifikaw u inħarġitilhom il-Letter of Intent skont il-prassi stabbiliti.
Leg 13 PQ #8925 Sitting 200 2019-02-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema tal-Passaporti — Bini ta’ Akkomodazzjoni Soċjali f’Għawdex

Question

B'referenza għal dak li tħabbar mill-Prim Ministru reċentement li se jiġi allokat fond ta' 50 miljun mill-Iskema tal-Passaporti biex jinbnew 500 appartament għall-akkomodazzjoni soċjali, jista’ l-Prim Ministru jgħid fejn se jkunu mibnija dawn l-appartamenti u kemm minnhom se jkunu f'Għawdex? Dawk li se jinbnew f'Għawdex, f’liema lokalità se jkunu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Għawdex — Żoni identifikati għat-tkabbir ta' kannabis għal skopijiet mediċi

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ta' dawk iż-żoni f'Għawdex identifikati bħal żoni li fihom jistgħu jsiru l-faċilitajiet li minnhom joperaw l-azjendi li se jkunu qed jipproduċu l-kannabis għal skopijiet mediċinali?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'hemm l-ebda żona speċifika li ġiet identifikata għal tkabbir u produzzjoni ta’ Kannabis għal skopijiet mediċinali.

Għawdex – Heritage Malta — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu jaħdmu ħaddiema u f’liema pożizzjoni/grad daħlu ma’ Heritage Malta ġewwa Għawdex u f’liema post u lokalità qed jaħdmu minn Marzu 2013 maqsuma sena b’sena u xahar b’xahar? Meta ħarġu s-sejħiet, fejn ħarġu u fejn dehru s-sejħiet u għal kull sejħa x’kienu r-rekwiżiti meħtieġa?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba. Year 2013 No of employees engaged - HM Gozo Grade Site Locality employment date Date call was issued Issued in requisites 1 Senior Clerk All Gozo Sites Citadel & Xaghra 07/10/2013 06/08/2013 Jobs+ Passes at Ordinary level in five subjects including Maltese, English, Mathematics and one other language and proven work experience in a customer care environment + Basic computer skills considered an asset + valid police conduct 1 Senior Clerk All Gozo Sites Citadel & Xaghra 07/10/2013 06/08/2013 Jobs+ Year 2014 No of employees engaged - HM Gozo Grade Site Locality employment date Date call was issued Issued in requisites 1 Senior Clerk Gozo Area Office Citadel 12/02/2014 06/08/2013 Jobs+ Passes at Ordinary level in five subjects including Maltese, English, Mathematics and one other language and proven work experience in a customer care environment + Basic computer skills considered an asset + valid police conduct Year 2015 No of employees engaged - HM Gozo Grade Site Locality employment date Date call was issued Issued in requisites 1 Skilled Tradesman Gozo Area Office Citadel 09/02/2015 11/12/2014 Jobs+ Technical Certification in the trade of electrician + experience 1 Senior Clerk All Gozo Sites Citadel & Xaghra 06/04/2015 02/10/2014 Jobs+ Passes at Ordinary level in five subjects including Maltese, English, Mathematics and one other language and proven work experience in a customer care environment + Basic computer skills considered an asset + valid police conduct 1 Senior Clerk All Gozo Sites Citadel & Xaghra 06/04/2015 02/10/2014 Jobs+ Year 2016 No of employees engaged - HM Gozo Grade Site Locality employment date Date call was issued Issued in requisites 1 Senior Clerk All Gozo Sites Citadel & Xaghra 16/05/2016 02/10/2014 Jobs+ Passes at Ordinary level in five subjects including Maltese, English, Mathematics and one other language and proven work experience in a customer care environment + Basic computer skills considered an asset + valid police conduct Year 2017- NIL Year 2018 No of employees engaged - HM Gozo Grade Site Locality employment date Date call was issued Issued in requisites 1 Senior Clerk Gozo Area Office Citadel 02/04/2018 20/07/2017 Jobs+ Passes at Ordinary level in five subjects including Maltese, English, Mathematics and one other language and proven work experience in a customer care environment + Basic computer skills considered an asset + valid police conduct 1 Senior Clerk Gozo Area Office Citadel 10/12/2018 20/07/2017 Jobs+ 1 Senior Clerk Gozo Area Office Citadel 08/12/2018 09/11/2018 Jobs+ 1 General Hand Gozo Area Office Citadel 30/07/2018 02/07/2018 Jobs+ secondary school leaving certificate + police conduct + valid driving licence
Leg 13 PQ #8934 Sitting 200 2019-02-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Għawdex – Ekokontribuzzjonijiet — Proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti saru ġewwa Għawdex s’issa u kemm intnefqu flus, mill-Ekokontribuzzjoni li jħallas kull turist li jżur pajjiżna u xi proġetti hemm ippjanati li jsiru matul is-sena 2019?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għat-Turiżmu wettaq diversi xogħlijiet ġewwa l-gżira Għawdxija kemm permezz tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Projects Malta u l-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi. L-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu investiet bis-saħħa fil-prodott u l-immaniġjar tal-bajjiet ġewwa Għawdex bil-għan li jitjiebu l-faċilitajiet u s-servizzi fid-diversi żoni turistiċi. Bejn l-2017 u l-2018 l-MTA nefqet kważi €650,000 f’Għawdex. Bis-saħħa ta’ dan l-investiment, fl-2017 il-bajjiet ta’ Marsalforn u Ħondoq ir-Rummien rebħu l-istatus ta’ Blue Flag, u kien ukoll possibbli li jiġġedded il-Blue Flag status ġewwa l-bajja tar-Ramla. Għas-sena 2019 huwa ppjanat li dan l-investiment ikompli jissaħħaħ. Flimkien mal-Ministeru għal Għawdex, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kienet katalista sabiex inġieb il-festival Abode on the rock direttament għal Għawdex, torganizza wkoll l-International Fireworks Festival fejn waħda mis-serati sseħħ propju ġewwa Għawdex, tellgħet ukoll il-Gozo Alive u għenet diversi attivitajiet li saru ġewwa Għawdex fosthom il-Gozo Carnival u Gozo New Year’s Eve. Permezz ta’ Conventions Malta saru wkoll diversi konferenzi ta’ daqs żgħir u medju ġewwa l-gżira Għawdxija. Min-naħa tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-Conventions Malta, Għawdex qiegħdha tiġi promossa bħala destinazzjoni minnha nfisha li għandha n-neċessitajiet kollha għal avvenimenti MICE. Fil-fatt waqt fieri MICE, Għawdex tkun promossa bħala post ideali għal programmi soċjali u inċentivi marbuta ma’ negozju, minbarra li sservi wkoll bħala destinazzjoni alternattiva. Il-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi qegħdha tikkolabora mal-Ministeru għal Għawdex fuq ir-riġenerazzjoni tax-Xlendi u titjieb fuq il-bajjiet, filwaqt li sa mit-twaqqif tagħha Projects Malta Ltd dejjem tat prijorita’ għall-proġetti relatati mal-qasam tas-saħħa fil-gżira Għawdxija, fosthom il-proġett ta’ Barts Medical School. Il-Ministeru tat-Turiżmu flimkien mal-Ministeru għal Għawdex ħabbru wkoll l-iskema Enable Tourism li permezz tagħha stabbilimenti turistiċi ġewwa Għawdex jistgħu jagħmlu xogħol relatat mal-aċċessibilità ta’ siti turistiċi b’50% tal-ispiża tkun iffinanzjata mill-Gvern taħt din l-iskema. Ġew imħabbra ukoll pjanijiet għar-riġenerazzjoni tax-Xlendi, fejn apparti li l-parkeġġ eżistenti se jikber b’60 parking spaces oħra, għaddejjin ukoll diskussjonijiet bejn iż-żewġ Ministeri fuq ir-riġenerazzjoni u sand replenishment tal-istess bajja. L-istrateġija tal-Gvern dwar it-turżmu f’Għawdex hija li tiġi indirizzata aktar il-kwistjoni tal-istaġjonalità u jitjiebu r-rati tal-okkupanza fix-shoulder months.
Leg 13 PQ #8785 Sitting 199 2019-02-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex — annotazzjonijiet ta' annullamenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid, kemm saru annotazzjonijiet ta' annullamenti fir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex mis-sena 2013 sal-lum, sena b'sena? Kemm minnhom kienu annullamenti ċivili u kemm minnhom kienu tat-Tribunal Ekkleżjastiku?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #8786 Sitting 199 2019-02-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex – divorzji reġistrati

Question

Tista' l-Ministru tgħid, kemm ġew reġistrati divorzji fir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex mis-sena 2013 sal-lum, sena b'sena? Tista' tgħid ukoll jekk xi ħadd mill-partijiet kienx ta' ċittadinanza barranija u jekk iva mil-liema pajjiż?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #8787 Sitting 199 2019-02-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Portijiet taċ-Ċirkewwa u tal-Imġarr — Tfittxijiet fuq karozzi u passiġġieri

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il-tfittxija saret fuq karozzi u passiġġieri kemm fil-Port taċ-Ċirkewwa kif ukoll fil-Port tal-Mġarr mis-security imqabbda mill-Gozo Channel tal-kuntrattur minn meta bdew isiru dawn it-tfittxijiet sal-lum? Tista' tgħid kemm minnhom taw riżultat pożittiv u x'instab u kemm minnhom ġew riferruti lill-pulizija għal aktar investigazzjoni?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Ġunju tas-sena 2017 sal-lum saru 5,015-il tfittxija fil-Port tal-Imġarr u 4,067-il tfittxija oħra fil-Port taċ-Ċirkewwa. Dawn it-tfittxijiet saru kollha fuq vetturi. Tfittxijiet fuq passiġġieri li jaqsmu bil-mixi mit-terminals isiru biss f’każ li l-persuna tkun meqjusa bħala Person of Particular Interest. Sal-lum qatt ma kien hemm każijiet simili. Dawk il-vetturi li ġew imfittxija, u li fil-pussess tagħhom instabulhom xi tip ta’ dangerious goods, u li iżda kienu intenzjonati li jużaw is-servizz li ma jintużax għal dangerous goods, ma ngħatawx aċċess biex jaqsmu l-fliegu, u d-dettalji tat-tali vetturi ġew irrekordjati u tniżżlu fuq il-Vehicle Black List. Eventwalment l-imsemmija vetturi ġew mogħtija permess jużaw il-vjaġġi li jintużaw apposta għal Dangerous Goods. Il-vetturi kollha li sa issa ġew blacklisted kienu biss qegħdin jiksru r-regolamenti skont il-Gozo Channel Operations Limited Dangerous Goods Procedures, u allura ma kinux suġġett għal passi kriminali kontrihom.

Direttur Ġenerali Kompetizzjoni vs Federation of Estate Agents

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, da parti tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea kienx hemm xi komunikazzjoni mal-Gvern Malti fir-rigward tal-impatt u l-ħtieġa li jittieħdu miżuri neċessarji sussegwenti għas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tat-3 ta’ Mejju 2016 fl-ismijiet Federation Of Estate Agents vs Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) Et? Jekk kien hemm, jista’ l-Ministru jippreżenta kopji tal-korrispondenza pertinenti inkluż jekk hemm it-tweġiba tal-Gvern Malti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif imsemmi fil-mistoqsija parlamentari 28525, l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni informa lil Kummissjoni Ewropeja bis-sentenza tal-Qorti Kostizzuzzjonali tat-3 ta’ Mejju 2016 fid-9 ta’ Mejju 2016. Il-kopja ta’ din il-korrispondenza hija kif ingħatat fit-tweġiba għal-mistoqsija parlamentari 28888. Qed tiġi mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra l-komunikazzjoni kollha oħra li saret minn dak iż-żmien sal-llum bejn l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni u l-Kummissjoni Ewropeja, intant ninfurma li sal-llum, bħala Ministeru, ma kienx hemm korrispondenza oħra mal-Kummissjoni Ewropeja fuq dan il-każ. L-Uffiċċju ngassa dawk il-partijiet minn dawn il-komunikazzjoni li hu jqis li hija informazzjoni nterna ai termini tal-Artikolu 28 tal-Kap 510.
Leg 13 PQ #8833 Sitting 199 2019-02-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

TESS – riżultati tal-interviews għal scholarship

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser joħorġu r-riżultati għal scholarship taħt l-iskema tat-TESS wara li saru l-interviews għal dawk li applikaw fl-2018?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-riżultati tat-TESS diġà ġew pubblikati u l-applikanti kollha ġew infurmati b’ittre u sms. Ir-riżultati/rankings huma fil-fatt pubblikati fis-sit elettroniku ta’ myscholarship.gov.mt. Bdiet issir ukoll komunikazzjoni mal-applikanti fuq l-andament tal-proċessi li jmiss.
Leg 13 PQ #8922 Sitting 199 2019-02-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Proġett ta’ restawr tal-Fanal tal-Ġordan

Question

Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-Proġett ta’ Restawr tal-Fanal tal-Ġordan ġewwa Għawdex? X’sar s’issa? Kemm qed ikun hemm ħaddiema jaħdmu kuljum u x’inhu l-grad tagħhom? F’liema xahar u sena huwa ppjanat li jitlesta dan il-proġett? Kemm kienet in-nefqa s’issa fuq dan il-proġett?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol qed isir mill-ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex u miexi skont kif pjanat u ikkoordinat ma’ diversi stakeholders li matul is-snin għamlu użu mis-sit.
Leg 13 PQ #8777 Sitting 198 2019-02-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Xewkija Għawdex – investiment fil-Gozo Campus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment infrastrutturali u investiment ieħor sar fil-Gozo Campus ġewwa x-Xewkija Għawdex matul is-sena 2018 u x’kienet in-nefqa? Jista’ jgħid x'investiment infrastrutturali u investiment ieħor hemm ippjanat li jsir fil-Gozo Campus matul is-sena 2019?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lilll-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3861, fejn ġie muri momentum ċar, fir-rigward tal-manutenzjoni ta' infrastruttura eżistenti, kif ukoll għall-installazzjoni ta' infrastruttura ġdida. L-2018 kienet ikkaratterizzata minn kontinwazzjoni ta' din ix-xejra - pereżempju, l-installazzjoni ta' lockers li jissakkru għall-istudenti, kif ukoll vettura ġdida għall-użu tal-Kampus f'Għawdex, eċċ., li ammontaw għal €1,828 (naturalment, eskluża l-ispiża għal kiri tal-vettura). Iżda l-attenzjoni prinċipali matul l-2018 kienet fuq l-ippjanar u d-disinn tal-estensjoni l-ġdida tal-Kampus, ir-restawr tal-faċċata u l-ħitan ta' barra u r-rinnovazzjoni tal-binja eżistenti. Regolarment, saru bosta laqgħat tekniċi u ta' konsultazzjoni ma' u bejn periti, inġiniera, speċjalisti ta' l-IT, amministraturi, funzjonarji mill-ministeri kkonċernati u partijiet konċernati oħra ewlenin. Il-proċess tkabbar biex jinkludi konsultazzjoni mad-Dekani u d-Diretturi minn madwar l-Università bil-ħsieb ta' diskussjoni inklussiva sabiex l-użu tal-kampus f'Għawdex jiġi massimizzat. Barra minn hekk, peress li t-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3861 u bħala riżultat tal-konsultazzjoni estensiva msemmija hawn fuq, it-tqassim tad-disinn tal-estensjoni l-ġdida nbidel u applikazzjoni emendata kienet ġiet sottomessa u konsegwentement approvata mill-Awtorità tal-Ippjanar. Offerta għall-kostruzzjoni ta' l-estensjoni bħalissa tinsab fid-Dipartiment tal-Kuntratti għall-ivverifikar u l-pubblikazzjoni, li ssir eventwalment.
Leg 13 PQ #8778 Sitting 198 2019-02-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Principal Technical Officers u Senior Principal Technical Officers

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fil-Ministeru għal Għawdex kemm hemm Principal Technical Officers u Senior Principal Technical Officers, f'liema Dipartiment u x’sezzjoni qegħdin, x’responsabilitajiet għandhom u x'tip ta’ xogħol għandhom u x’inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru għal Għawdex hemm 7 Principal Technical Officers filwaqt li niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-grad ta’ Senior Principal Technical Officer ma jesistix fil-Gradi tal-Gvern.
Leg 13 PQ #8779 Sitting 198 2019-02-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema li jagħmlu xogħol fuq l-injam

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema jagħmlu xogħol fuq l-injam (mastrudaxxa) fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex sena b'sena u xahar b’xahar minn Marzu 2013 sal-lum? X'inhu l-grad tagħhom? X’tip ta’ xogħol jagħmlu u x’responsabilitajiet għandhom, u kemm ilhom jaħdmu kull wieħed u waħda minn dawn il-ħaddiema fiċ-Ċivil u x’inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom? Xi kwalifiċi għandhom u x’korsijiet intbagħtu jagħmlu minn meta daħlu maċ-Ċivil u x’korsijiet hemm ippjanati li jsirulhom matul is-sena 2019?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-ħaddiema tal-Ministeru jiġu nfurmati u nkoraġġuti jattendu għall-korsijiet u taħriġ li perjodikament jiġu offruti mill-Institute for Public Services.
Leg 13 PQ #8780 Sitting 198 2019-02-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — inkjesti/ investigazzjonijiet / stħarriġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid, kemm saru inkjesti/ investigazzjonijiet / stħarriġ f'kull dipartiment /uffiċċju, entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, sena b' sena? Tista' tgħid kemm minnhom għadhom pendenti u kemm ġew konklużi? Tista' tgħid in-natura ta' kull każ? Tista' tgħid jekk itteħdux passi dixxiplinari / legali u jekk ġewx sospiżi xi nies fid-dipartiment / entità konċernata u l-kariga tal-persuni involuti?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #8781 Sitting 198 2019-02-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – lift

Question

Tista' l-Ministru tgħid u telenka kemm-il uffiċċju/dipartiment u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha għandu żewġ sulari jew aktar u tgħid f'liema hemm lift funzjonabbli?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Barra minn hekk il-Ministeru għal Għawdex għamel studju ta’ ristrutturar sabiex iżid l-aċċessibilità f’dan il-Ministeru u fl-immedjat hemm il-pjan li jinbidlu żewġ liftijiet u jiżdiedu tlieta oħra.

Ħal Tarxien / Santa Luċija – underpass

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett tal-underpass ġewwa Ħal Tarxien/Santa Luċija? Jista’ jgħid jekk ħarġux it-tenders? Jista’ jgħid jekk ġewx awarded? Meta hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tal-bini mill-ġdid tar-roundabout ta’ Santa Luċija biex taħtha jitħaffru żewġ mini li jgħaqqdu Vjal Santa Luċija ma’ Triq tal-Barrani jinsab fl-aħħar fażijiet ta’ ppjanar sabiex fiż-żmien li ġej ikun jista’ jibda x-xogħol infrastrutturali meħtieġ b’kordinazzjoni ma’ għadd ta’ proġetti ewlenin oħra li Infrastructure Malta qed twettaq fl-inħawi. Ir-roundabout ta’ Santa Luċija hija junction importanti li minnha jgħaddu eluf ta’ persuni fis-siegħa sabiex jaslu minn u lejn in-naħa t’isfel ta’ Malta. Hija wkoll wieħed mill-aċċessi ewlenin għal Santa Luċija, Ħal Tarxien u Raħal Ġdid. Permezz ta’ dan il-proġett, ser jitħaffru żewġ mini sabiex dawk li jivvjaġġaw minn u lejn Triq tal-Barrani u Vjal Santa Luċija ma jkollhomx għalfejn jieqfu u jduru mar-roundabout, kif inhi s-sitwazzjoni bħalissa. Fuq dawn il-mini ser tinbena mill-ġdid ir-roundabout b’disinn aħjar, sabiex persuni li jgħixu jew jaħdmu Santa Luċija, Ħal Tarxien u Raħal Ġdid ikollhom aċċess aktar sikur, u b’inqas dewmien, għal dawn il-lokalitajiet. Fl-istess waqt, il-proġett se jkompli jżid l-infrastruttura ġdida għal mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi, permezz ta’ korsija maqtugħa għaliha mit-triq għall-mixi u r-roti. Din il-korsija se tingħaqad ma’ faċilitaijiet simili li qed jinbnew fil-Marsa Junction Project u l-proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq Ħal Luqa, biex tinħoloq rotta ta’ korsiji għar-roti u l-mixi sikura bejn il-Gudja, Santa Luċija, Ħal Tarxien, Raħal Ġdid u l-Marsa. Il-permessi tal-iżvilupp biex jitwettaq dan il-proġett ħarġu s-sena li għaddiet, wara li tlestew il-konsultazzjonijiet u l-istudji tekniċi meħtieġa. Fl-istess waqt, kien għaddej ukoll il-proċess tal-għażla tal-kuntratturi li se jwettqu l-proġett. Wara li ntemmet l-aġġudikazzjoni tal-offerti mitfugħa, kien hemm proċeduri ta’ appelli. Għalhekk, il-proċess tal-għażla għadu ma ġiex iffinalizzat. It-twettiq ta’ dan il-proġett qed jiġi ppjanat u kkordinat mal-Marsa Junction Project u mal-bini mill-ġdid ta’ Triq Ħal Luqa, sabiex jiġi żgurat li x-xogħol infrastrutturali jkun jista’ jsir bl-inqas diffikultà lill-eluf ta’ persuni li jivvjaġġaw minn dawn ir-rotot ewlenin fin-nofsinhar ta’ Malta. Fil-fatt, ħafna mix-xogħol tal-proġett tar-roundabout ta’ Santa Luċija jkun jista’ jibda wara li jitlestew xogħlijiet relatati li għaddejjin bħalissa fi Triq Ħal Luqa u fis-sit fejn qed jinbnew is-seba’ flyovers tal-Marsa Junction Project.
Leg 13 PQ #8714 Sitting 197 2019-02-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Proġett tal-Pjazza tax-Xewkija – perit inkarigat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min hu l-perit/kumpanija ta' periti inkarigati mid-disinn u mill-proġett tal-Pjazza tax-Xewkija? Kif intgħażel dan il-perit/kumpanija u min ta l-awtorizzazzjoni biex jintgħażel/tintgħażel dan il-perit/kumpanija u kemm-il siegħa xogħol għamel/għamlet s’issa u x’tip ta’ xogħol fuq dan il-proġett u kemm tħallas/tħallset s’issa? Min ta l-awtorizzazzjoni biex jitħallas/titħallas? Kemm hu ppjanat li jitħallas/titħallas dan l-individwu/kumpanija fuq il-Progett tal-Pjazza tax-Xewkija matul is-sena 2019?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn żmien għal żmien, il-Ministeru għal Għawdex jagħmel użu minn numru ta’ konsulenti fuq id-diversi proġetti tiegħu. Dawn il-konsulenti huma kollha inqabbda skond proċeduri stabbiliti, u mħallsa skond rati fissi, l-istess bħalma kien isir taħt amministrazzjonijiet preċedenti.

Transport Malta – ordnijiet maħruġa skont Kap. 81

Question

Fid-dawl tat-tweġibiet mogħtija għal mistoqsijiet parlamentari 8486 u 8487, jista’ l-Ministru jispjega a bażi ta’ liema dritt fil-liġi, entitajiet li jipprovdu servizzi ta’ utilitajiet bħat-telefonija fissa jew servizz ta’ dawl, fl-2017 u fl-2018 għaddew cables, wires, trinek eċċ tagħhom minn proprjetà privata ġaladarba Transport Malta ma ħarġet l-ebda ordni a tenur tal-artikolu 4 tal-Att dwar ir-Regolament ta’ Ċerti Xogħlijiet f’Utilitajiet u Servizzi, Kap. 81 f’dan ir-rigward matul 2017 s’issa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill- Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni miġbura mill-Awtorità tat-Transport Malta d-Direttorat tal-Enforcement ma ħariġx permessi u ma kellu l-ebda notifika jew ilment li sar xi xogħol mingħajr ma ġie mogħti permess. Dan nista’ ngħidu bejn Marzu 2018 sa Dicembru 2018.